<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑535/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0535</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:315">EU:C:2017:315</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170427">27.4.2017</DATE> – KAWŻA C-535/15</P><P>PINCKERNELLE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni u rekwiżiti tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati</KEYWORD><KEYWORD>Esportazzjoni lil hinn mit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-535/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20151014">14 ta’ Ottubru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Freie und Hansestadt Hamburg</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Jost Pinckernelle,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160928">28 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Għall-Freie und Hansestadt Hamburg, minn M. Vogelsang, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Pinckernelle, minn A. Anisic, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller kif ukoll minn Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Russo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Maxian Rusche u D. Kukovec, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>, u Rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament REACH<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Freie und Hansestadt Hamburg, (il-belt libera u anseatika ta’ Hamburg, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>belt ta’ Hamburg<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, il-Ġermanja) u Jost Pinckernelle, dwar l-esportazzjoni barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi kimiċi li huma importaw mingħajr ma huma rreġistrati konformement, b’mod partikolari, mal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 3 u 7 tar-Regolament REACH huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(1)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi, waħedhom, fi preparati u f’oġġetti, filwaqt li jiġu mtejba l-kompetittività u l-innovazzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-funzjonament effiċjenti tas-suq intern tas-sustanzi jista’ jinkiseb biss jekk ir-rekwiżiti għas-sustanzi ma jvarjawx b’mod sinifikattiv minn Stat Membru għal ieħor.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Għandu jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent fl-approssimazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sustanzi, bil-għan li jinkiseb żvilupp sostenibbli Dik il-leġislazzjoni għandha tkun applikata b’mod non-diskriminatorju kemm jekk is-sustanzi jkunu kummerċjalizzati fis-suq intern kif ukoll jekk internazzjonalment skont l-impenji internazzjonali tal-Komunità.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex tkun ippreżervata l-integrità tas-suq intern u sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, speċjalment is-saħħa tal-ħaddiema, u l-ambjent, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-manifattura ta’ sustanzi fil-Komunità tikkonforma mal-liġi Komunitarja, anke jekk dawk is-sustanzi jiġu esportati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent, inkluża l-promozzjoni ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli ta’ sustanzi, kif ukoll il-moviment liberu tas-sustanzi fis-suq intern filwaqt li tittejjeb il-kompetittività u l-innovazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament fil-paragrafu 7(a) tiegħu jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Li ġejjin għandhom jiġu eżentati mit-Titoli II, V u VI:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>sustanzi waħedhom jew fi preparati, reġistrati skont it-Titolu II, esportati mill-Komunità minn attur fil-katina tal-provvista u importati mill-ġdid fil-Komunità mill-istess attur jew attur ieħor fl-istess katina tal-provvista li juri li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>is-sustanza li qiegħda tiġi importata mill-ġdid tkun l-istess bħas-sustanza esportata;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>manifattur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li timmanifattura xi sustanza fil-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>: tfisser l-introduzzjoni fiżika fit-territorju doganali tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>importatur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>: tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun responabbli għall-importazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>12)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>: tfisser li tipprovdi jew li tagħmel disponibbli lil terzi, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas. L-importazzjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>21)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>sustanza notifikata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>: tfisser sustanza li għaliha tkun ġiet preżentata notifika u li tkun tista’ titqiegħed fis-suq skond id-Direttiva 67/548/KEE [tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19670627">27 ta’ Ġunju 1967</DATE> rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 1, p. 27)]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ebda data, ebda suq<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Suġġett għall-Artikoli 6, 7, 21 u 23, is-sustanzi waħedhom, fi preparati jew f’oġġetti ma għandhomx jiġu manifatturati fil-Komunità jew imqegħdin fis-suq sakemm ma jkunux ġew reġistrati skond iddispożizzjonijiet relevanti ta’ dan it-Titolu fejn dan ikun meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Obbligu ġenerali sabiex ikunu reġistrati sustanzi waħedhom jew fi preparati<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Ħlief fejn dan ir-Regolament jgħid mod ieħor, kull manifattur jew importatur ta’ sustanza, waħidha jew fi preparat wieħed jew aktar, fi kwantitajiet ta’ tunnellata metrika jew aktar kull sena għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija [Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi].<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Reġistrazzjoni u notifika ta’ sustanzi f’oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kull produttur jew importatur ta’ oġġetti għandu jippreżenta reġistrazzjoni lill-Aġenzija għal kull sustanza li jkun hemm f’dawk l-oġġetti, jekk ikunu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-sustanza tkun preżenti f’dawk l-oġġetti fi kwantitajiet li jikkostitwixxu total ta’ aktar minn tunnellata metrika kull produttur jew importatur kull sena;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-sustanza tkun intiża li tiġi rilaxxata taħt kondizzjonijiet ta’ l-użu li jkunu normalment jew raġonevolment prevedibbli.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-preżentazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas meħtieġ skond it-Titolu IX.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-manifattura u l-importazzjoni ta’ sustanzi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Reġistrant jista’ jibda jew ikompli l-manifattura jew l-importazzjoni ta’ sustanza, jew il-produzzjoni jew l-importazzjoni ta’ oġġett, jekk ma jkunx hemm indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fi żmien 3 ġimgħat wara d-data tal-preżentazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8).</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ reġistrazzjonijiet ta’ sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali, tali reġistrant jista’ jkompli bil-manifattura jew l-importazzjoni tas-sustanza, jew bil-produzzjoni jew l-importazzjoni ta’ oġġett, jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-tliet ġimgħat wara d-data tal-preżentazzjoni jew jekk preżentata fil-perjodu ta’ xahrejn qabel l-iskadenza tat-terminu perentorju relevanti ta’ l-Artikolu 23, jekk ma jkun hemm ebda indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-tliet xhur minn dik l-iskadenza, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8).</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ aġġornament ta’ reġistrazzjoni skond l-Artikolu 22 reġistrant jista’ jkompli l-manifattura jew l-importazzjoni tas-sustanza, jew il-produzzjoni jew importazzjoni ta’ l-oġġett jekk ma jkunx hemm indikazzjoni għall-kuntrarju mill-Aġenzija skond l-Artikolu 20(2) fit-3 ġimgħat wara d-data ta’ l-aġġornament, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(8).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw sa l-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> għas-sustanzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali klassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-Kategorija 1 jew 2, skond id-Direttiva 67/548/KEE u manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali klassifikati bħala tossiċi ħafna għall-organiżmi akkwatiċi li jistgħu jikkaġunaw effetti ħżiena għal perjodu twil fl-ambjent akkwatiku (R50/53) skond id-Direttiva 67/548/KEE, u manifatturati fil-Komunità jew importati fi kwantitajiet li jilħqu l-100 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 17, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21 ma għandhomx japplikaw sa l-<DATE ISO="20130601">1 ta’ Ġunju 2013</DATE> għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali manifatturati fil-Komunità jew importati, fi kwantitajiet li jilħqu 100 tunnellata metrika jew aktar fis-sena kull manifattur jew kull importatur, mill-inqas darba wara l-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>[…], wara l-<DATE ISO="20180601">1 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3, tista’ tiġi preżentata reġistrazzjoni fi kwalunkwe żmien qabel l-iskadenza relevanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal sustanzi reġistrati taħt l-Artikolu 7 adattat kif meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>L-obbligu ta’ pre-reġistrazzjoni għal sustanzi ta’ introduzzjoni gradwali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="028.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex igawdi mir-reġim transizzjonali previst fl-Artikolu 23 kull reġistrant potenzjali ta’ sustanza ta’ introduzzjoni gradwali fi kwantitajiet ta’ tunnellata metrika jew aktar fis-sena, anke mingħajr intermedji ta’ limitazzjoni, għandu jippreżenta l-informazzjoni kollha li ġejja lill-Aġenzija:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi preżentata f’perjodu ta’ żmien li jibda fl-<DATE ISO="20080601">1 ta’ Ġunju 2008</DATE> u jispiċċa fl-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="028.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reġistranti li ma jippreżentawx l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-Artikolu 23.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Rekwiżiti għal skedi ta’ data ta’ sigurtà<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fil-paragrafu 5 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tingħata f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat jew Stati Membri fejn is-sustanza jew preparat jitqiegħdu fis-suq, sakemm l-Istat jew Stati Membri konċernati ma jipprovdux mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 112 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li jidher taħt it-Titolu XI tiegħu, imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Inventarju tal-klassifikazzjoni u ta’ l-ittikkettar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>D[a]n it-Titolu għandu japplika għal:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>sustanzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 67/548/KEE, li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi skont dik id-Direttiva, u li jitqiegħdu fis-suq jew waħidhom, jew fi preparat ’il fuq mil-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati fid-Direttiva 1999/45/KE, fejn relevanti, li tirriżulta fil-klassifikazzjoni tal-preparat bħala perikoluż.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 126 tar-Regolament REACH, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Penali għan-nuqqas ta’ konformità<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn ikunu implementati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. […]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 129 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Dispożizzjoni ta’ salvagwardja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="129.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3) fi żmien 60 jum minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istat Membru. Id-deċizjoni għandha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tawtorizza l-miżura provviżorja għal perjodu ta’ żmien definit fid-deċiżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>titlob lill-Istat Membru li jħassar il-mizura provviżorja.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="129.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, f’każ ta’ deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru tikkonsisti f’restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew ta’ l-użu ta’ sustanza, l-Istat Membru konċernat għandu jibda l-proċedura Komunitarja ta’ restrizzjoni billi jippreżenta lill-Aġenzija dossier, konformement ma’ l-Anness XV, fi żmien 3 xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Anness XV tar-Regolament REACH jiddefinixxi, skont kliemu stess, il-prinċipji ġenerali għall-preparazzjoni ta’ dossiers li jipproponu u jiġġustifikaw, b’mod partikolari, ir-restrizzjonijiet tal-manifattura, tat-tqegħid fis-suq jew ta’ użu ta’ sustanza fil-Komunità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Gesetz zum Schutz vor gefährlichen Stoffen (Chemikaliengesetz) (liġi dwar il-protezzjoni minn sustanzi perikolużi, imsejħa liġi dwar il-prodotti kimiċi), kif emendata bl-Avviż Uffiċjali tat-<DATE ISO="20130828">28 ta’ Awwissu 2013</DATE> (BGBl. I, p. 3498, 3991), tipprevedi, fl-Artikolu 27b, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Ksur tar-Regolament [REACH]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>[p]ersuna tista’ tiġi kkundannata sa sentejn priġunerija jew tingħata multa jekk tikser ir-Regolament [REACH]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>J. Pinckernelle jikkummerċjalizza prodotti kimiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara l-<DATE ISO="20081201">1 ta’ Diċembru 2008</DATE>, huwa importa miċ-Ċina ta’ mill-inqas 19.4–il tunnellata ta’ sulfat tan-nikotina mingħajr reġistrazzjoni minn qabel meħtieġa b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li J. Pinckernelle ma wettaqx ir-reġistrazzjoni ta’ dan il-prodott b’applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, il-belt ta’ Hamburg iddeċidiet li huwa kellu d-dritt li juża l-imsemmi prodott jew li jqiegħdu fis-suq biss wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni għall-użu intiż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>J. Pinckernelle talab l-awtorizzazzjoni sabiex jesporta dan il-prodott fir-Russja, talba li l-belt ta’ Hamburg, permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20090629">29 ta’ Ġunju 2009</DATE>, irrifjutat, fid-dawl tal-fatt li dan tal-aħħar kien illegalment f’Hamburg. Il-belt ta’ Hamburg ċaħdet ukoll l-ilment ta’ J. Pinckernelle indirizzat kontra din id-deċiżjoni ta’ rifjut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, J. Pinckernelle adixxa l-Verwaltungsgericht Hamburg (qorti amministrattiva ta’ Hamburg, il-Ġermanja) b’rikors kontra dan l-ilment, li ma ntlaqax minn din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ appell li ġie ppreżentat minn J. Pinckernelle, l-Oberverwaltungsgericht (qorti amministrattiva superjuri, il-Ġermanja), fil-<DATE ISO="20140225">25 ta’ Frar 2014</DATE>, annullat is-sentenza tal-Verwaltungsgericht Hamburg (qorti amministrattiva ta’ Hamburg) u imponiet fuq il-belt ta’ Hamburg l-obbligu li tawtorizza lil J. Pinckernelle sabiex ikun jista’ jwettaq l-esportazzjoni mitluba tas-sulfat tan-nikotina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Oberverwaltungsgericht (qorti amministrattiva superjuri) immotivat is-sentenza tagħha billi kkunsidrat li, fi kwalunkwe każ, l-esportazzjoni intiża ta’ sustanza importa bi ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH ma setgħetx imbagħad tikkostitwixxi ksur ġdid tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 3(12) u tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, jekk is-sustanza inkwistjoni ma kinitx, bħal f’dan il-każ, fis-suq Ewropew minħabba projbizzjoni ta’ użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Hamburg ippreżentat appell quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva federali, il-Ġermanja) kontra din is-sentenza. Hija ssostni li l-Artikolu 5 tar-Regolament REACH jipprojbixxi l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ sustanzi li jinsabu fit-territorju tal-Unjoni, bħala u sa fejn dawn ma jkunux irreġistrati konformement għal dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Indipendentement minn dan il-kontenut amministrattiv, J. Pinckernelle ġie kkundannat, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali fil-Ġermanja, għal piena ta’ priġunerija ta’ 18-il xahar, sospiża b’perijodu ta’ probation ta’ tliet snin u għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">340000</FT>, minħabba, b’mod partikolari, li huwa wettaq importazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi bi ksur tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht (qorti amministrattiva federali) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>L-Artikolu 5 tar-Regolament REACH għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla għall-Artikoli 6, 7, 21 u 23 ta’ dan ir-regolament, sustanzi ma jistgħux jiġu esportati barra mit-territorju tal-Unjoni jekk dawn ma jkunux ġew irreġistrati konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu II tal-istess regolament, fejn dan huwa meħtieġ?<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5 tar-Regolament REACH għandux jiġi interpretat fis-sens li s-sustanzi li ma ġewx irreġistrati matul l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni konformement ma’ dan ir-regolament jistgħux jiġu esportati barra minn dan it-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, ir-risposta għal din id-domanda tiddependi mill-portata tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni previst minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Liffers, Rosselle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-99/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:173">EU:C:2016:173</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH, għandu jiġi rrilevat li, fil-verżjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni fil-lingwa Bulgara, Estoni, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Pollakka, Portugiża u Finlandiża, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fil-komunità<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> hija marbuta espressament mal-manifattura ta’ sustanzi. Min-naħa l-oħra, fil-verżjonijiet fil-lingwa Ċeka, Daniża, Latvjana, Ungeriża, Rumena, Slovakka, Slovena u Svediża tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tirrelata mal-manifattura u tqegħid fis-suq ta’ sustanzi. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-verżjonijiet fil-lingwa Spanjola, Ġermaniża u Litwana tal-imsemmi artikolu huma ambigwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ukoll, filwaqt li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH skont liema l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tirrelata kemm mal-manifattura kif ukoll mat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi mhix eskluża fir-rigward tal-assjem ta’ verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni, l-interpretazzjoni skont liema l-imsemmija dispożizzjoni tirreferi esklużivament għall-manifattura ta’ dawn is-sustanzi tmur kontra għall-kliem tal-imsemmija dispożizzjoni fil-lingwa Ċeka, Daniża, Ungeriża, Rumena, Slovakka, Slovena u Svediża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kuntest li fih tinsab id-dispożizzjoni inkwistjoni, għandu jitfakkar li l-Artikolu 3(12) tar-Regolament REACH jiddefinixxi it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bħala l-fatt li jiġi pprovdut prodott jew li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ terz, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas, u jekwipara kull importazzjoni għal tqegħid fis-suq. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni tipprevedi biss li l-esportazzjoni ta’ prodott tista’ tiġi ekwiparata għal tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn l-Artikolu 3(12) tar-Regolament REACH jiddefinixxi, għall-finijiet ta’ dan l-istess regolament, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, dan għandu jinftiehem b’mod uniformi fil-kuntest tal-tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jissemma’ l-Artikolu 3(21) tar-Regolament REACH, skont liema wieħed jifhem li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>sustanza notifikata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> hija sustanza li għaliha tkun ġiet preżentata notifika u li tkun tista’ titqiegħed fis-suq konformement mad-Direttiva 67/548. Madankollu, din id-direttiva tipprevedi, fl-Artikolu 1 u 3 tagħha, minn naħa, li timmira lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi li huma mqiegħda fis-suq fl-Istati Membri tal-Komunità, u, min-naħa l-oħra, li hija ma hijiex applikabbli għal sustanzi perikolużi meta dawn jiġu esportati lejn pajjiżi terzi. Minn dan isegwi li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, li għalih jirreferi l-Artikolu 3(21) tar-Regolament REACH, jirrigwarda biss is-suq intern u jeskludi l-esportazzjonijiet barra minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31(5) tar-Regolament REACH, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>L-iskeda ta’ data ta’ sigurtà għandha tingħata f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat jew Stati Membri fejn is-sustanza jew preparat jitqiegħdu fis-suq, sakemm l-Istat jew Stati Membri konċernati ma jipprovdux mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. B’hekk, din id-dispożizzjoni tqiegħed ukoll it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> inkonnessjoni mas-suq intern biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-Artikolu 112(b) tar-Regolament REACH, li jipprevedi li t-Titolu XI ta’ dan ir-regolament huwa, taħt ċerti kundizzjonijiet, applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>sustanzi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 67/548/KEE<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jiġifieri s-sustanzi perikolużi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, bl-esklużjoni ta’ dawk li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>esportati lejn pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 129(3) tar-Regolament REACH, jekk fil-każ ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-miżuri provviżorji għal perijodu definit, il-miżura provviżorja meħuda mill-Istat Membru tikkonsisti f’restrizzjoni għat-tqegħid fis-suq jew fl-użu ta’ sustanza, l-Istat Membru konċernat għandu jibda l-proċedura Komunitarja ta’ restrizzjoni billi jippreżenta lill-Aġenzija dossier, konformement mal-Anness XV ta’ dan ir-regolament, fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, dan l-Anness XV jiddefinixxi l-prinċipji ġenerali għall-preparazzjoni ta’ fajls li jipproponu u jiġġustifikaw, b’mod partikolari, restrizzjonijiet li jirrigwardaw il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew<?PAGE NO="9"?> l-użu ta’ sustanza fi ħdan il-Komunità. Għaldaqstant, jidher li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> imsemmi fl-Artikolu 129(3) tar-Regolament REACH, tirrigwarda biss dak is-suq intern u ma jkoprix esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fuq dan l-aħħar punt, għandu jiġi enfasizzat li, fil-kuntest tar-Regolament REACH, is-sustanzi li jitilqu mit-territorju tal-Komunità, huma ppreżentati bħala li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>imqiegħda fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>esportati<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. B’hekk, l-Artikolu 2(7)(ċ)(i) ta’ dan ir-regolament, jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>[l]i ġejjin għandhom jiġu eżentati mit-Titoli II, V u VI: stanzi waħedhom jew fi preparati, reġistrati skond it-Titolu II, esportati mill-Komunità minn attur fil-katina tal-provvista u importati mill-ġdid fil-Komunità mill-istess attur jew attur ieħor fl-istess katina tal-provvista li juri li sustanza li qiegħda tiġi importata mill-ġdid tkun l-istess bħas-sustanza esportata.<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, l-esportazzjoni ta’ sustanza lejn pajjiżi terzi ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ta’ din is-sustanza, fis-sens tal-Artikolu 3(12) u tal-Artikolu 5 tar-Regolament REACH.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-għanijiet tar-Regolament REACH ma jipprekludux tali interpretazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar. Fil-fatt, dan ir-regolament huwa bbażat espliċitament fuq l-Artikolu 95 KE, li sar l-Artikolu 114 TFUE, li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw għat-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14 KE, li sar l-Artikolu 26 TFUE, jiġifieri li jiġi stabbilit jew żgurat il-funzjonament tas-suq intern li jinkludi spazju mingħajr fruntieri interni li fihom tiġi żgurata, b’mod partikolari, il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-premessa 1 tar-Regolament REACH tindika li din tal-aħħar għandha tiżgura, b’mod partikolari, il-moviment liberu tal-merkanzija. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dan tal-aħħar jirrigwarda s-suq intern (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Canadian Oil Company Sweden u Rantén</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-472/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:171">EU:C:2016:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Skont il-premessa 2 ta’ dan ir-regolament, il-funzjonament effikaċi tas-suq intern tas-sustanzi jista’ jinkiseb biss jekk ir-rekwiżiti applikabbli għas-sustanzi ma jvarjawx b’mod sinjifikattiv minn Stat Membru għal ieħor. Skont il-premessa 7 tal-imsemmi regolament, sabiex tkun ippreżervata l-integrità tas-suq intern u sabiex ikun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari is-saħħa tal-ħaddiema, kif ukoll l-ambjent, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-manifattura ta’ sustanzi fil-Komunità tikkonforma mad-dritt Komunitarju, anki jekk dawk is-sustanzi jiġu esportati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li s-suq li jsir riferiment għalih fir-Regolament REACH huwa s-suq intern u li għaldaqstant it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> jirrigwarda s-suq intern. Din l-interpretazzjoni ma hijiex kontradetta minn ebda element ta’ dan ir-regolament, iktar u iktar, meta jiġi għall-kwistjoni ta’ tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ sustanzi barra s-suq intern, l-imsemmi regolament jirreferi għall-kunċett ta’ esportazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-belt ta’ Hamburg u l-Gvern Ġermaniż sostnew li, l-interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li jidher fl-Artikolu 5 tar-Regolament REACH f’dan is-sens jirrigwardaw biss is-suq intern u mhux l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ sustanzi kimiċi mhux irreġistrati waqt l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni, jistgħu joħolqu r-riskju li importaturi mingħajr skrupli xjentement jiksru l-obbligi ta’ reġistrazzjoni ta’ sustanzi kimiċi imposti mill-Unjoni, billi jafu li jistgħu sempliċiment jesportaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 126 tar-Regolament REACH, l-Istati Membri jiddeċiedu s-sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, li minnhom huwa l-Artikolu 5 li jimponi r-reġistrazzjoni ta’ sustanzi, b’mod partikolari meta dawn jiġu importati, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-implementazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li, kif ġie ppreċiżat fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tipprevedi li kull persuna li tikser ir-Regolament REACH hija punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ massimu ta’ sentejn jew multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja u, b’mod partikolari, mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikorru għad-dispożizzjonijiet tad-dritt amministrattiv nazzjonali sabiex jimponu l-osservanza, tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 5 tar-Regolament REACH, ta’ sustanza li tkun importata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 5 tar-Regolament REACH, moqri flimkien mal-Artikolu 3(12) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi li ma jkunux ġew irreġistrati waqt l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni konformement mal-imsemmi regolament jistgħu jiġu esportati barra dan it-territorju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P>L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(12) ta’ dan l-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi li ma jkunux ġew irreġistrati waqt l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni konformement ma’ dan ir-regolament jistgħu jiġu esportati barra dan it-territorju.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>