<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRT12011MTA.0300117701.case.xml"><NO.CASE>T-384/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006TJ0384</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-1183</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-1221</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>39</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110324">24.3.2011</DATE> — KAWŻA T-384/06</LEFT><RIGHT>IBP U INTERNATIONAL BUILDING PRODUCTS FRANZA vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-384/06,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">IBP Ltd,</HT> stabbilita f’Tipton (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">International Building Products Franza SA</HT>, stabbilita f’Sartrouville (Franza),</P><P>irrappreżentati minn M. Clough, QC, u A. Aldred, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre u V. Bottka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="II-1184"?><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180, tal-<DATE ISO="20060920">20 ta’ Settembru 2006</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. E. Martins Ribeiro, President, N. Wahl (Relatur) u A. Dittrich, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: T. Weiler, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100204">4 ta’ Frar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (2006) 4180, tal-<DATE ISO="20060920">20 ta’ Settembru 2006</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ<?PAGE NO="II-1185"?> COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi) (sunt fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2007" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="63">ĠU 2007, L 283, p. 63</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat li diversi impriżi kienu kisru l-Artikolu 81(1) KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) billi pparteċipaw, matul perijodi differenti bejn il-<DATE ISO="19881231">31 ta’ Diċembru 1988</DATE> u l-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, fi ksur uniku, kumpless u kontinwu tar-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni fil-forma ta’ grupp ta’ ftehim antikompetittivi u ta’ prattiki miftiehma fis-suq tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram, li kienu jkopru t-territorju taż-ŻEE. Il-ksur kien jikkonsisti fl-iffissar tal-prezzijiet, fi qbil dwar il-listi tal-prezzijiet, fi skontijiet u roħs u f’mekkaniżmi ta’ applikazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet, fit-tqassim tas-swieq nazzjonali u tal-klijenti u fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali oħra kif ukoll f’parteċipazzjoni f’laqgħat regolari u fiż-żamma ta’ kuntatti oħrajn intiżi li jiffaċilitaw il-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, IBP Ltd u International Building Products France SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>IBP France<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/>), huma fost id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>IBP France hija 100 % sussidjarja ta’ IBP. Din tal-aħħar ġiet stabbilita fl-2001 minn Oystertec plc sabiex, fit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE>, takkwista mingħand Delta plc, l-assi tal-kumpannija holding preċedenti IBP (imsejħa wkoll IBP Ltd, imbagħha mogħtija l-isem ta’ Aldway Nine Ltd) u l-ishma tas-sussidjarji tagħha, fosthom IBP France. Fl-<DATE ISO="20050601">1 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Oystertec bidlet isimha f’Advanced Fluid Connections plc (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>AFC<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>). Fl-<DATE ISO="20060324">24 ta’ Marzu 2006</DATE>, din ġiet sekwestrata. Fil-<DATE ISO="20060325">25 ta’ Marzu 2006</DATE>, is-sekwestratarji biegħu l-assi kollha ta’ AFC lil Celestial Wing Ltd, u fosthom kien hemm dawk tar-rikorrenti u ta’ International Building Products GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>IBP Allemagne<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>). Celestial Wing dak iż-żmien kienet sussidjarja 100 % ta’ fond ta’ ekwità, Endless LLP. Fil-<DATE ISO="20060915">15 ta’ Settembru 2006</DATE>, Celestial Wing saret Pearl Fittings Ltd (premessa 35 tad-deċiżjoni kkontestata). Permezz ta’ żewġ digrieti tat-<DATE ISO="20070302">2 ta’ Marzu 2007</DATE>, l-Imħallef Richards tal-High Court of Justice (England &amp; Wales) (Qorti tal-Ġustizzja Suprema, Ingilterra u Wales, ir-Renju Unit) beda proċedura ta’<?PAGE NO="II-1186"?> insolvenza fir-rigward tar-rikorrenti u ħatar żewġ amministratturi għal matul din il-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20010109">9 ta’ Jannar 2001</DATE>, Mueller Industries Inc., manufattriċi oħra ta’ attrezzaturi tar-ram, informat lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta’ akkordju fis-settur tal-attrezzaturi u f’industriji oħra konnessi fis-suq tal-pajpijiet tar-ram u bir-rieda tagħha li tikkoopera abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni jew it-tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1996" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="4">ĠU 1996, C 207, p. 4</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/> (premessa 114 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-22 u t-<DATE ISO="20010323">23 ta’ Marzu 2001</DATE>, fil-kuntest ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-pajpijiet u tal-attrezzaturi tar-ram, il-Kummissjoni wettqet, skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, L-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3) spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ diversi impriżi (premessa 119 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Wara dawn l-ewwel spezzjonijiet, f’April 2001 il-Kummissjoni qasmet l-investigazzjoni tagħha fuq il-pajpijiet tar-ram fi tliet proċeduri distinti, jiġifieri, il-proċedura dwar il-Każ COMP/E-1/38.069 (Pajpijiet tar-ram għall-plumbing), dik dwar il-Każ COMP/F-1/38.121 (Attrezzaturi) u dik dwar il-Każ COMP/E-1/38.240 (Pajpijiet industrijali) (premessa 120 tad-deċiżjoni kkontestata)</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-24 u fil-<DATE ISO="20010425">25 ta’ April 2001</DATE>, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet oħra għall-għarrieda fil-bini ta’ Delta plc, il-kumpannija ewlenija ta’ grupp ta’ inġinerija internazzjonali li d-dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Inġinerija<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/> tiegħu kien jiġbor fih diversi manifatturi ta’ attrezzaturi. Dawn l-ispezzjonijiet kienu jikkonċernaw biss l-attrezzaturi (premessa 121 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1187"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Minn Frar u minn Marzu 2002, il-Kummissjoni bagħtet lill-partijiet ikkonċernati diversi talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 17, sussegwentement skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) (premessa 122 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>F’Settembru 2003, IMI plc ippreżentat talba sabiex tibbenefika mill-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996. Din it-talba kienet segwita minn dawk tal-grupp Delta (Marzu 2004) u ta’ FRA.BO SpA (Lulju 2004). L-aħħar talba għal klemenza ġiet ippreżentata f’Mejju 2005 minn Advanced Fluid Connections plc (premessi 115 sa 118 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20050922">22 ta’ Settembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Każ COMP/F-1/38.121 (Attrezzaturi), bdiet proċedura ta’ ksur u adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li ġiet b’mod partikolari nnotifikata lir-rikorrenti (premessi 123 u 124 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060920">20 ta’ Settembru 2006</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kienu kisru d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fil-każ ta’ IBP, mit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE> sal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> u, u fil-każ ta’ IBP France, mill-<DATE ISO="19980404">4 ta’ April 1998</DATE> sat-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE> (fi ħdan l-impriża Delta) u mit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE> sal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> (fi ħdan l-impriża AFC).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Għal dan il-ksur, il-Kummissjoni imponiet fuq AFC multa fl-ammont ta’ EUR 18.08 miljuni, għall-pagament ta’ liema IBP kienet miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> sal-ammont ta’ EUR 11.26 miljuni (Artikolu 2(c)(i) tad-deċiżjoni kkontestata) u IBP France sal-ammont ta’ EUR 5.63 miljuni (Artikolu 2(c)(ii) tad-deċiżjoni<?PAGE NO="II-1188"?> kkontestata). Għal dan il-ksur il-Kummissjoni imponiet ukoll fuq Delta multa fl-ammont ta’ EUR 28.31 miljuni, li għaliha IBP France kienet miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> sal-ammont ta’ EUR 5.63 miljuni (Artikolu 2(d)(iii) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-multa imposta fuq kull impriża, il-Kummissjoni applikat, fid-deċiżjoni kkontestata, il-metodu spjegat fil-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>linji gwida tal-1998<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda l-iffissar tal-ammont inizjali tal-multa skont il-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni kkwalifikat il-ksur bħala gravi ħafna, kemm minħabba n-natura tiegħu kif ukoll minħabba l-portata ġeografika tiegħu (premessa 755 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara dan, peress li qieset li hemm differenzi kunsiderevoli bejn l-impriżi kkonċernati, il-Kummissjoni applikat trattament differenzjat, billi bbażat ruħha, għal dan il-għan, fuq l-importanza relattiva tagħhom fis-suq inkwistjoni ddeterminata skont l-ishma tas-suq tagħhom. Fuq din il-bażi, hija qasmet l-impriżi kkonċernati f’sitt kategoriji (premessa 758 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-impriża Delta ġiet ikklassifikata fit-tieni kategorija, li għaliha l-ammont inizjali ġie ffissat bħala EUR 46 miljuni, filwaqt li AFC ġiet ikklassifikata fit-tielet kategorija, li għaliha l-ammont inizjali ġie ffissat bħala EUR 36 miljuni (premessa 765 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1189"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Minħabba t-tul tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur, l-ewwel parti tal-ammont inizjali tal-multa imposta fuq IBP France minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur fi ħdan l-impriża Delta żdiedet b’35 % u t-tieni parti, minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur fi ħdan l-impriża AFC b’20 %. L-ammont inizjali tal-multa imposta fuq IBP żdied b’20 %.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussegwentement, it-tkomplija tal-parteċipazzjoni fil-ksur wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni ġiet ikkunsidrata bħala ċirkustanza aggravanti li tiġġustifika żieda ta’ 60 % tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq l-impriżi Delta u AFC flimkien (premessa 785 tad-deċiżjoni kkontestata). Bl-istess mod, l-ammont bażiku ta’ AFC żdied b’50 % minħabba informazzjoni żbaljata li din tat lill-Kummissjoni (premessa 790 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ IBP, il-limitu ta’ 10 % msemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, jiġifieri EUR 11.26 miljuni, ġie kkalkolat fuq id-dħul mill-bejgħ totali tagħha. Fil-każ ta’ IBP France, dan il-limitu ta’ 10 % ġie applikat għaż-żewġ partijiet tal-ammont tal-multa għall-ħlas ta’ liema l-impriża nżammet responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> flimkien maż-żewġ kumpanniji parent tagħha konsekuttivi. Peress illi dawn iż-żewġ partijiet kienu jaqbżu l-limitu ta’ 10 %, IBP France ġiet ikkunsidrata bħala responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas ta’ nofs l-ammont tal-multa li jikkorrispondi għal-limitu ta’ 10 % ta’ kull kumpannija parent tagħha konsekuttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>AFC u s-sussidjarji tagħha ma bbenefikaw mill-ebda tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Titolu D, l-ewwel u t-tieni inċiż tal-paragrafu 2 tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996 (premessi 861 sa 865 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1190"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE>, ir-rikorrenti ressqu dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20070328">28 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrenti ntiżi għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(c) u (d) tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20100120">20 ta’ Jannar 2010</DATE>, ir-rikorrenti informaw lill-Qorti Ġenerali illi, minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja kritika tagħhom, ma setgħux ikunu preżenti għas-seduta. Sussegwentement, peress li seduta kienet tidher utli sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrispondi ċerti mistoqsijiet mqajma mill-proċess u li ma setgħux ikunu riżolti kompletament bl-osservazzjonijiet bil-miktub, il-Kummissjoni ttrattat u wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-Qorti Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20100204">4 ta’ Frar 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu tapplika fil-konfront tagħhom għall-perijodu mit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE> sal-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-multa li ġiet imposta fuqhom u jew tnaqqasha għal ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq;</P></ITEM><?PAGE NO="II-1191"?><ITEM><P>tordna l-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji meħtieġa sabiex tiddeċiedi l-kontestazzjonijiet li huma għandhom kontra l-Kummissjoni u FRA.BO dwar il-provi relatati mal-laqgħat tal-Fédération française des négociants en appareils sanitaires, chauffage, climatisation et canalisations (FNAS) u tat-telefonati ta’ B., (FRA.BO), b’mod partikolari, is-smigħ tax-xhieda kkonċernati, inklużi I. u B. u T., H., R., u D., kif ukoll kull xhieda oħra li l-Qorti Ġenerali jidhrilha utili illi tisma’;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi, ibbażati rispettivament fuq il-ksur tal-Artikolu 81 KE u fuq il-kalkolu żbaljat tal-ammont tal-multa.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1192"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar illi, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’, wara li tkun semgħet lill-partijiet, tordna li ssir verifika ta’ ċerti fatti permezz ta’ xhieda, jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jew fuq talba tal-partijiet. Skont it-tielet subparagrafu tal-istess dispożizzjoni, it-talba ta’ parti sabiex jiġi eżaminat xhud, għandha tindika b’mod preċiż il-fatti li dwarhom ix-xhud jeħtieġ li jinstema’ u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżami tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mal-evalwazzjoni tat-talbiet għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew għal miżuri istruttorji, imressqa minn waħda mill-partijiet fil-kawża, għandu jitfakkar illi l-Qorti Ġenerali hija l-unika li tista’ tiddeċiedi dwar il-ħtieġa eventwali li tikkompleta l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha marbuta mal-kawża li jkollha quddiemha (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, Sniace vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/05 P" PAGE.ECR="I-10005" YEAR="2007">C-260/05 P, Ġabra p. I-10005</REF.DOC.ECR>, punt 77, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, b’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li anki meta talba magħmula fir-rikors għas-smigħ ta’ xhieda tindika bi preċiżjoni l-fatti li fuqhom għandhom jinstemgħu x-xhud jew ix-xhieda u r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-smigħ tagħhom, hija fid-diskrezzjoni tal-Qorti Ġenerali li tevalwa r-rilevanza tat-talba fir-rigward tas-suġġett tal-kawża u l-ħtieġa li jiġu eżaminati x-xhieda indikati (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/95 P" PAGE.ECR="I-8417" YEAR="1998">C-185/95 P, Ġabra p. I-8417</REF.DOC.ECR>, punt 70; tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punt 68, u d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20050915">15 ta’ Settembru 2005</DATE>, Marlines vs Il-Kummissjoni, C-112/04 P, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1193"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’din il-kawża, bl-eċċezzjoni ta’ dak li jinsab fit-tielet talba tar-rikors, ir-rikorrenti ma taw l-ebda raġuni u lanqas ġustifikazzjoni. Għalhekk, dan il-motiv għandu jiġu miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 81 KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu illi l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 81 KE inkwantu l-konstatazzjonijiet tagħha jikkostitwixxu żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Barra minn hekk, huma jiddikjaraw illi l-Kummissjoni ma mmotivatx biżżejjed id-deċiżjoni tagħha u li kisret id-dritt għal smigħ tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ tliet avvenimenti importanti li abbażi tagħhom hija bbażat ruħha sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Dawn kienu l-parteċipazzjoni tagħhom f’laqgħat tal-FNAS bejn Ġunju 2003 u April 2004, il-laqgħa tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE> li saret f’Essen (il-Ġermanja) ma’ ċerti kompetituri u numru ta’ telefonati li saru bejn żewġ rappreżentanti ta’ FRA.BO u ta’ IBP Banninger Italia Srl bejn l-2001 u April 2004.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-laqgħat tal-FNAS, ir-rikorrenti jsostnu, b’mod preliminari, illi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, huma ma ġewx akkużati bi ksur minħabba dawn<?PAGE NO="II-1194"?> il-laqgħat. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet indirizzata lil FNAS, minkejja illi hija ma kinitx inżammet responsabbli tal-ksur tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jiddikjaraw illi l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq minuti tal-laqgħat tal-FNAS, li, ħlief f’okkażjoni waħda, ma kinux approvati mill-parteċipanti. Dawn iffirmaw biss il-lista li turi li kienu preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu illi l-laqgħat tal-FNAS ma kellhomx għan antikompetittiv. Sabiex isostnu l-pożizzjoni tagħhom, huwa jistrieħu fuq id-dikjarazzjoni ta’ I., kif ukoll fuq l-invit formali għal-laqgħa tal-FNAS tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE>, l-aġenda ta’ liema kienet tirrigwarda suġġett tekniku, jiġifieri l-ippakkjar magħżul mill-klijenti membri tal-FNAS. Huma jżidu illi I. ffirmat id-dikjarazzjoni ta’ Oysertec dwar il-politika tagħha fil-qasam tal-prattiki antikompetittivi. Barra minn hekk, il-laqgħat tal-FNAS ma kinux sigrieti peress illi l-klijenti setgħu jattendu għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu illi l-IBP France ppruvat titbiegħed mit-tentattivi ta’ Comap SA li jiddiskutu l-prezzijiet. Huma jinvokaw, f’dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni ta’ I., li tikkonferma illi dejjem aġixxiet sabiex, matul il-laqgħat tal-FNAS, id-diskussjonijiet ikunu dwar prezzijiet futuri fejn l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali kien jiġi evitat jew imwaqqaf.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu illi, jekk iż-żieda tal-prezzijiet ta’ IBP France tal-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE> issemmiet fil-laqgħa tat-<DATE ISO="20031103">3 ta’ Novembru 2003</DATE> minn kummerċjant, il-klijenti ġew informati dwar dan mit-<DATE ISO="20031028">28 ta’ Ottubru 2003</DATE> u li għalhekk l-informazzjoni ma kinitx għadha kunfidenzjali fuq is-suq. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, fid-dawl<?PAGE NO="II-1195"?> tan-nuqqas ta’ fiduċja li kien hemm bejn il-parteċipanti, ma tantx jidher realistiku illi ntlaħaq qbil matul il-laqgħa tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu illi, fi kwalunkwe każ, iż-żieda tal-prezz matul is-sena 2004 ma kinitx marbuta mal-laqgħat tal-FNAS. Iż-żieda tal-prezz imħabbra minn IBP France fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20031028">28 ta’ Ottubru 2003</DATE> ġiet imposta fuq ir-rikorrenti minn Oystertec. Hemm ukoll spjegazzjonijiet plawżibbli oħra għaż-żidiet tal-prezz introdotti minn Comap u minn Raccord Orléanais SAS fl-2004, b’mod partikolari ż-żieda fil-prezz tal-materja prima.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, minn dan jirriżulta illi l-laqgħat tal-FNAS ma kinux parti mill-ksur uniku u kontinwu preċedenti, għaliex l-għan tagħhom kien leġittimu u kien totalment differenti mil-laqgħat imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Super EFMA<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>, organizzati qabel jew wara l-laqgħat tal-European Fittings Manufacturers Association (EFMA, Assoċjazzjoni Ewropea tal-produtturi tal-attrezzaturi).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Kummissjoni kkommettiet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat illi l-portata ġeografika tal-laqgħat tal-FNAS kienet pan-Ewropea. Huma jsostnu illi din kienet limitata għal Franza u li kienu saru biss riferimenti, fir-rigward tal-ippakkjar użat fi swieq oħra nazzjonali. Fil-fehma tagħhom, dawn kienu diskussjonijiet leġittimi dwar ir-rekwiżiti ta’ swieq oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-laqgħa ta’ Essen tat-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE> bejn IBP Allemagne, R Woeste &amp; Co Yorkshire GmbH u Comap, ir-rikorrenti jiddikjaraw illi l-evalwazzjoni tal-fatti mill-Kummissjoni hija żbaljata. F’dan ir-rigward huma jsostnu illi H. ta’ IBP Allemagne wieġeb biss għal mistoqsijiet dwar il-prezzijiet tal-kumpannija tiegħu, iżda li ma kienet saret l-ebda diskussjoni dwar il-perċentwali preċiż jew id-data<?PAGE NO="II-1196"?> eżatta tal-implementazzjoni taż-żidiet. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, din l-informazzjoni kienet diġà ppubblikata u, konsegwentement, ma kinitx kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu wkoll illi l-laqgħa ta’ Essen kienet okkażjoni unika ta’ diskussjoni, iżda li dan ma kien bl-ebda mod premeditat. Fl-opinjoni tagħhom, ma hemm l-ebda prova li turi illi huma kellhom għan identiku għal dak li kien jeżisti qabel l-ispezzjonijiet. Minn dan jirriżulta illi, fin-nuqqas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>pjan ġenerali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>, il-Kummissjoni ma għandhiex tikkunsidra li din il-laqgħa kienet tifforma parti minn ksur uniku u kontinwu preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jenfasizzaw illi l-ilment dwar il-laqgħa ta’ Essen ma ġiex imsemmi fil-konfront tagħhom fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Anki d-deċiżjoni kkontestata tibqa’, f’dan ir-rigward, ma ssemmi xejn dwar eventwali ksur tal-Artikolu 81 KE minn IBP Allemagne jew IBP France.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntatti bit-telefon bejn ir-rikorrenti u xi kompetituri tagħhom, huma jiddikjaraw illi mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta illi l-Kummissjoni għandha biss provi, b’mod partikolari, listi tat-telefonati, li jirrigwardaw il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20020410">10 ta’ April 2002</DATE> u s-<DATE ISO="20030717">17 ta’ Lulju 2003</DATE>. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkommettiet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat illi dawn il-provi kienu bbażati fuq konstatazzjonijiet relatati mal-perijodu minn Marzu 2001 sa April 2004.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Sabiex jikkontradixxu l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti jallegaw, l-ewwel nett, illi B. (FRA.BO) ħadet ħafna iktar ta’ spiss l-inizjattiva illi tikkuntattja lil R. (IBP Banninger Italia) milli bil-kontra. Kuntrarjament għal dak li tallega l-Kummissjoni, it-tul totali ta’ dawn it-telefonati ma kienx ta’ iktar minn siegħa.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1197"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti jsostnu illi hemm spjegazzjoni oħra plawżibbli għall-imsemmija kuntatti bit-telefon, jiġifieri illi, minkejja li l-aħħar irċevuta ta’ IBP Banninger Italia indirizzat lil FRA.BO hija ta’ Settembru 2002, din tal-aħħar kompliet tikkuntattja lil IBP Banninger Italia bil-għan li tixtrilha xi prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jżidu illi l-perijodu kopert bl-imsemmija listi tat-telefonati li saru ma jikkorrispondix maż-żidiet tal-prezz ta’ IBP Banninger Italia. Barra minn hekk, dawn il-listi tat-telefonati juru illi t-telefonati verament saru, iżda ma humiex prova tal-kontenut. FRA.BO għamlet biss allegazzjonijiet mingħajr ma kkorroborathom bi provi dokumentarji, u mingħajr ma tat informazzjoni ddettaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jqisu illi, bħal fil-każ ta’ IMI u ta’ Aalberts Industries NV, it-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur kellu jkun limitat għal mhux iktar mill-perijodu tal-laqgħat tal-FNAS.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jikkunsidraw illi huwa żbaljat illi l-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Huma jenfasizzaw, l-ewwel nett, in-nuqqas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>pjan ġenerali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>għan identiku<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>. Fl-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni ma skopriet l-ebda informazzjoni statistika tal-istess kwalità bħal dawk relatati mal-perijodu qabel l-2001, li tipprova t-tħaddim ta’ sistema ta’ kontroll. Barra minn hekk, huma jsostnu li l-implementazzjoni min-naħa ta’ Oystertec ta’ programm ta’ konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kiser il-katina ta’ kontinwità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, filwaqt li eskluda l-istabbiliment ta’ ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-irregolaritajiet proċedurali, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti jiddikjaraw illi l-Kummissjoni ma ressqet l-ebda motiv xieraq sabiex tiġġustifika l-fatt illi hija bbażat ruħha fuq provi mhux dettaljati u mhux ikkorroborati ta’ FRA.BO, u lanqas indikat għaliex hija użathom kontra r-rikorrenti u mhux kontra Aalberts Industries.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1198"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jallegaw illi d-dritt għal smigħ tagħhom ġie miksur matul il-proċedura amministrattiva. Dan jirriżulta b’mod partikolari mill-fatt illi l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, straħet fuq il-laqgħat tal-FNAS li jikkonċernawhom, minkejja illi, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet hija ma għamlitx dan, filwaqt li barra minn hekk, lanqas kienet ibbażat ruħha fuq tali laqgħat f’dak li jirrigwarda lil AFC, peress li l-Kummissjoni invokathom biss fir-rigward tal-FNAS. Il-Kummissjoni bbażat ruħha wkoll fuq l-aġir ta’ R., filwaqt li IBP Banninger Italia ma rċevietx dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u qatt ma nstemgħet, u l-Kummissjoni ma ddikjaratx illi l-allegazzjonijiet ta’ B. kienu jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 81 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar illi ksur tal-Artikolu 81 KE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn serje ta’ atti jew ukoll minn aġir kontinwata. Meta d-diversi azzjonijiet jaqgħu taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>pjan ġenerali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni ġewwa s-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat fit-totalità tiegħu (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punt 258).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, impriża tista’ tinżamm responsabbli ta’ akkordju sħiħ anki jekk jiġi stabbilit illi hija ma pparteċipatx direttament ħlief f’element wieħed jew f’diversi elementi li jikkostitwixxu l-akkordju, peress illi hija kienet taf, jew kellha tkun taf,<?PAGE NO="II-1199"?> minn naħa waħda, li l-kollużjoni li fiha hija pparteċipat kienet tidħol fi pjan ġenerali u, min-naħa l-oħra, li dan il-pjan globali kien ikopri l-elementi kollha li jikkostitwixxu l-akkordju. Bl-istess mod, impriża li pparteċipat fi ksur uniku u kumpless permezz ta’ aġir tagħha stess u li kien jikkontribwixxi għat-twettiq tal-ksur fit-totalità tiegħu tista’ wkoll tkun responsabbli għall-aġir implementat minn impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha f’dan il-ksur. Dan huwa l-każ meta jiġi stabbilit illi l-impriża inkwistjoni kienet taf bl-aġir ta’ ksur tal-parteċipanti l-oħra jew setgħet, b’mod raġonevoli, tipprevedih u kienet lesta taċċetta r-riskju ta’ dan (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/92 P" PAGE.ECR="I-4125" YEAR="1999">C-49/92 P, Ġabra p. I-4125</REF.DOC.ECR>, punt 203).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni tal-prova ta’ ksur tal-Artikolu 81(1)(KE), għandu jitfakkar illi l-Kummissjoni għandha tressaq provi preċiżi u konkordanti sabiex tiġġustifika l-konvinzjoni soda li l-ksur allegat twettaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19840328">28 ta’ Marzu 1984</DATE>, CRAM u Rheinzink vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="29/83+30/83" PAGE.ECR="1679" YEAR="1984">29/83 u 30/83, Ġabra p. 1679</REF.DOC.ECR>, punt 20). L-eżistenza ta’ dubju fil-moħħ tal-qorti għandha tibbenefika lill-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata l-ksur. Il-qorti għaldaqstant ma għandhiex tikkonkludi li l-Kummissjoni stabbilixxiet l-eżistenza tal-ksur inkwistjoni b’mod korrett jekk għadu jippersisti dubju f’moħħha fuq din il-kwistjoni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ rikors li jwassal għall-annullament ta’ deċiżjoni li timponi multa (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-38/02" PAGE.ECR="II-4407" YEAR="2005">T-38/02, Ġabra p. II-4407</REF.DOC.ECR>, punt 215).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Huwa stabbilit ukoll fil-ġurisprudenza illi kull prova mressqa mill-Kummissjoni ma għandhiex neċessarjament tissodisfa kull rekwiżit meta mqabbla ma’ kull element tal-ksur. Huwa suffiċjenti li l-ġabra ta’ provi prodotta mill-istituzzjoni, evalwata b’mod globali u li jkollha diversi elementi li jistgħu jsostnu lil xulxin, tissodisfa dan ir-rekwiżit (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 180, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="II-1200"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa abitwali li l-attivitajiet li l-ftehim antikompetittivi jinvolvu jsiru bil-moħbi, li l-laqgħat jinżammu b’mod sigriet, u li d-dokumentazzjoni relatata magħhom tiġi mnaqqsa għall-minimu. Isegwi li, anki jekk il-Kummissjoni tiskopri dokumenti li juru b’mod espliċitu li kien hemm kuntatt illegali bejn operaturi, bħall-minuti tal-laqgħat, normalment dawn ikunu biss frammentarji u skarsi, b’tali mod li ta’ spiss ikun neċessarju li ċerti dettalji jinġabru permezz ta’ deduzzjonijiet. Għaldaqstant, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-eżistenza ta’ prattika jew ta’ ftehim antikompetittiv għandha tiġi dedotta minn ċertu numru ta’ koinċidenzi u ta’ indizji, li, kkunsidrati flimkien, jistgħu jikkostitwixxu, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni oħra koerenti, il-prova ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punti 55 sa 57, u tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/04 P+C-405/04 P" PAGE.ECR="I-729" YEAR="2007">C-403/04 P u C-405/04 P, Ġabra p. I-729</REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tul tal-ksur, hija l-Kummissjoni li għandha tipprovah, peress li t-tul tal-ksur huwa element li jikkostitwixxi l-kunċett ta’ ksur skont l-Artikolu 81(1) KE. Il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq japplikaw f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20060921">21 ta’ Settembru 2006</DATE>, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/04 P" PAGE.ECR="I-8725" YEAR="2006">C-105/04 P, Ġabra p. I-8725</REF.DOC.ECR>, punti 94 sa 96).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija ġurisprudenza stabbilita illi, fin-nuqqas ta’ distakkar espliċitu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra illi l-ksur ma ġiex mitmum (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>, Archer Daniels Midland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-510/06 P" PAGE.ECR="I-1843" YEAR="2009">C-510/06 P, Ġabra p. I-1843</REF.DOC.ECR>, punti 119 <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi rrilevat illi IBP France ma tikkontestax illi pparteċipat fl-akkordju qabel l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni f’Marzu 2001.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1201"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll illi l-avvenimenti li l-Kummissjoni tikkritika lir-rikorrenti dwarhom, jiġifieri l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-FNAS, il-kuntatti bejn ir-rikorrenti u l-FRA.BO kif ukoll il-kuntatti magħmula matul il-fiera ta’ Essen, ma humiex, fihom infushom, ikkontestati mir-rikorrenti. Huma, għall-kuntrarju, jikkontestaw il-karattru antikompetittiv ta’ dawn l-avvenimenti u l-fatt li dawn kienu jaqgħu fil-kuntest tal-ksur uniku, kumpless u kontinwu kkonstatat għall-perijodu qabel ix-xahar ta’ Marzu 2001.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi stabbilit jekk l-aġir ikkonstatat wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni f’Marzu 2001 għandux jiġi kkwalifikat bħala kuntatt antikompetittiv u jekk jippermettix illi jiġi konkluż illi l-istess ksur ġie mtawwal.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-laqgħat tal-FNAS, mill-minuti ta’ dawn il-laqgħat jirriżulta b’mod partikolari illi, matul il-laqgħat tal-kumitat loġistiku tal-FNAS, ġew diskussi mistoqsijiet dwar il-prezzijiet, bħall-marġni fuq il-bejgħ u ż-żieda tal-prezz tal-attrezzaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat illi l-minuta tal-<DATE ISO="20030625">25 ta’ Ġunju 2003</DATE> tirreferi għar-riżoluzzjoni tal-kompetituri illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-għan li għandu jintlaħaq huwa li jiġi żgurat, tal-inqas, li l-prezzijiet jistabbillizzaw ruħhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>. Mill-minuta tal-<DATE ISO="20031015">15 ta’ Ottubru 2003</DATE> jirriżulta illi Aquatis France, IBP u Comap taw lil manifatturi oħra informazzjoni dwar it-tqassim tal-bejgħ tagħhom bejn ċerti kategoriji ta’ prodotti, kif ukoll il-marġni tagħhom. Matul il-laqgħat tat-<DATE ISO="20031103">3 ta’ Novembru 2003</DATE>, kien hemm skambju ta’ informazzjoni dwar żidiet futuri tal-prezz. Bl-istess mod, mill-minuta tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE> jirriżulta li, wara xi skambji ta’ ideat, L. (Comap) ippropona illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>il-manifatturi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar l-eventwalità ta’ żieda ta’ 6 % marbuta ma’ dik tal-materja prima, sabiex jittestjaw ir-reazzjoni tas-suq, u fl-istess ħin itejbu l-ispiża tal-ippakkjar<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.<?PAGE NO="II-1202"?> Skont din il-minuta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>din iż-żieda tal-ispejjeż tal-materja prima għandha ssir fuq il-prodotti kollha<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>il-prezz unitarju tal-ippakkjar il-ġdid għandu għalhekk jiżdied b’5.3 jew b’5.4 %<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>. Fl-aħħar nett, wara din il-laqgħa, saret konferenza bit-telefon fis-<DATE ISO="20040216">16 ta’ Frar 2004</DATE>, li matulha kull manifattur ta l-parir tiegħu dwar iż-żieda maħsuba tal-prezz.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minkejja illi d-diskussjonijiet mal-fornituri dwar it-talba tagħhom għal bidla fl-ippakkjar kienu mingħajr effett f’dak li jirrigwarda d-dritt tal-kompetizzjoni u li tali talba kienet twassal għal spejjeż tal-produzzjoni addizzjonali, xorta jibqa’ l-fatt illi l-prattika miftiehma dwar il-perċentwali li kien se jiġi rifless fuq il-fornituri jew fuq il-parti tal-ispejjeż li kienu se jiġu assorbiti mill-manifatturi ma hijiex, fiha nnifisha, mingħajr effett fuq is-suq. Din hija kwistjoni li impriża għandha tirregola b’mod awtonomu. L-istess japplika għal dak li jirrigwarda l-marġni fuq il-bejgħ u ż-żidiet tal-prezz tal-attrezzaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tieni nett, ta’ kuntatti bilaterali, mid-dikjarazzjoni ta’ FRA.BO magħmula fil-kuntest tat-talba tagħha għal klemenza u minn xi provi dokumentarji li din ipprovdiet matul il-proċedura amministrattiva, jirriżulta illi tkomplew skambji ta’ informazzjoni sensittiva wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat illi l-prova tal-kontenut tal-konversazzjonijiet bit-telefon tikkonsisti f’xi noti miktuba bl-idejn meħuda waqt laqgħat bejn rappreżentant ta’ Comap u rappreżentant FRA.BO (premessi 508 sa 510 tad-deċiżjoni kkontestata) u f’nota li tikkonċerna konversazzjoni bejn ir-rappreżentant ta’ Aalberts Industries u dak ta’ FRA.BO (premessa 511 tad-deċiżjoni kkontestata). Madankollu, għandu jiġi rrimarkat illi tali prova hija nieqsa fir-rigward tar-rikorrenti. Huwa veru illi l-listi tat-telefonati ta’ FRA.BO juru illi effettivament kien hemm kuntatti bejn rappreżentant ta’ din tal-aħħar u dak tar-rikorrenti, iżda ma jfornu l-ebda indikazzjoni dwar is-suġġetti msemmija matul dawn il-konversazzjonijiet. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat illi l-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq id-dikjarazzjoni ta’ FRA.BO f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1203"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat illi d-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza għandhom rwol importanti. Dawn id-dikjarazzjonijiet, magħmula f’isem impriżi għandhom valur probatorju mhux żgħir, peress illi jinvolvu riskji ġuridiċi u ekonomiċi kunsiderevoli (ara f’dan is-sens, is-sentenzi JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 58 iktar ’il fuq, punti 205 u 211, u Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni, punt 58 iktar ’il fuq, punt 103). Xorta jibqa’ l-fatt illi d-dikjarazzjoni ta’ impriża akkużata li ħadet sehem f’akkordju, li l-eżattezza tagħha hija kkontestata minn diversi impriżi oħra akkużati, ma tistax titqies li tikkostitwixxi prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ ksur kommess minn dawn tal-aħħar mingħajr ma tiġi sostnuta minn provi oħra (ara s-sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 58 iktar ’il fuq, punt 219, u l-ġurisprudenza ċċitata). Minkejja l-fatt illi mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-imsemmija kuntatti bit-telefon ma jistgħux jiġu ġġustifikati minn konsenji konġunti, ħlief dik ta’ Lulju 2002 (premessa 788 tad-deċiżjoni kkontestata) u li l-Kummissjoni għandha provi li juru li FRA.BO kellha kuntatti ta’ karattru antikompetittiv ma’ kompetituri oħra, għandu jiġi konkluż illi li, fin-nuqqas ta’ indizji oħra, l-allegat kontenut antikompetittiv tal-kuntatti bejn FRA.BO u r-rikorrenti ma ġiex ipprovat b’mod suffiċjenti skont il-liġi. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata lanqas ma ssemmi kuntatti bilaterali ta’ karattru antikompetittiv bejn ir-rikorrenti u l-kompetituri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward, it-tielet nett, tal-laqgħa ta’ H. (IBP Allemagne) u r-rappreżentant ta’ Comap waqt il-fiera ta’ Essen fit-<DATE ISO="20040318">18 ta’ Marzu 2004</DATE>, mid-dikjarazzjoni ta’ H. jirriżulta illi huwa rrisponda mistoqsija marbuta mal-prezzijiet u li IBP kienet ipprevediet żieda tal-prezzijiet fl-aħħar tax-xahar ta’ Marzu 2004. Peress li r-rikorrenti ma pprovawx illi din l-informazzjoni kienet diġà pubblika u li l-ittra uffiċjali ta’ IBP dwar din iż-żieda ġiet mibgħuta biss fit-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE>, għandu jiġi kkonstatat illi dan kien kuntatt, irrispettivament minn jekk kienx waħdu jew le, marbut mal-politika tariffarja fis-suq Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>L-argument illi dan l-iskambju ma għandux karattru antikompetittiv minħabba n-nuqqas ta’ reċiproċità ma huwiex rilevanti. Il-ġurisprudenza ma tirrikjedix li<?PAGE NO="II-1204"?> skambju ta’ informazzjoni jkun reċiproku sabiex jikkawża dannu għall-prinċipju tal-aġir awtonomu fis-suq. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta illi l-iżvelar tal-informazzjoni sensittiva jelimina l-inċertezza dwar l-aġir futur ta’ kompetitur u jinfluwenza, direttament jew indirettament, l-istrateġija tad-destinatarju tal-informazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Asnef-Equifax u Administración del Estado, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/05" PAGE.ECR="I-11125" YEAR="2006">C-238/05, Ġabra p. I-11125</REF.DOC.ECR>, punt 51, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan l-istadju, għalhekk hemm lok li jiġi konkluż illi l-parti l-kbira tal-avvenimenti kkundannati li seħħew wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni f”Marzu 2001, jiġifieri l-kuntatti fil-kuntest tal-laqgħat tal-FNAS u l-laqgħa matul il-fiera ta’ Essen, kellhom karattru antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk kienx hemm kontinwazzjoni tal-ksur ikkonstatat qabel ix-xahar ta’ Marzu 2001, għandu jiġi rrilevat li dan tal-aħħar kien jikkonsisti fl-organizazzjoni b’mod regolari, matul diversi snin, ta’ kuntatti multilaterali u bilaterali bejn produtturi kompetituri li l-għan tagħhom kien l-istabbiliment ta’ prattiki illegali, maħsuba sabiex jorganizzaw b’mod artifiċjali l-funzjonament tas-suq tal-attrezzaturi, b’mod partikolari, fil-livell tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>L-imsemmija kuntatti saru matul laqgħat organizzati fil-kuntest ta’ assoċjazzjonijiet professjonali, iktar speċifikatament fil-kuntest tal-EFMA (matul il-laqgħat imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Super EFMA<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>), ta’ fieri kummerċjali, ta’ laqgħat <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u ta’ skambji ta’ perspettivi bilaterali. B’mod ġenerali, l-inizjattivi sabiex tiġi diskussa żieda tal-prezz kienu ħafna drabi meħuda fil-livell Ewropew u r-riżultat kien eżegwit fil-livell nazzjonali, peress illi l-produtturi kellhom proċess ta’ koordinazzjoni ta’ prezzijiet proprju għal kull pajjiż u arranġamenti lokali li kienu jikkompletaw l-arranġamenti meħuda fil-livell Ewropew.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1205"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>L-aġir ikkundannat wara x-xahar ta’ Marzu 2001 kien jikkonsisti wkoll f’kuntatti meħuda fil-kuntest ta’ assoċjazzjonijiet professjonali (laqgħat tal-FNAS), f’kuntatti bilaterali bejn kompetituri li jirrigwardaw il-parametri tal-kompetizzjoni, bħall-prezzijiet, iż-żieda tal-prezz u l-kundizzjonijiet kummerċjali applikati għall-klijenti, u f’kuntatti waqt fieri kummerċjali (fiera ta’ Essen).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress illi l-għan tal-prattiki antikompetittivi ma nbidilx, jiġifieri l-prattiki miftiehma fuq il-prezzijiet, il-fatt illi ċerti karatteristiċi jew l-intensitità ta’ ċerti prattiki nbidlu ma huwiex rilevanti f’dak li jirrigwarda l-kontinwità tal-ksur inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat illi huwa plawżibbli li, wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, l-akkordju ħa forma inqas strutturata u kellu attività b’intensità iktar varjabbli. Minkejja dan, il-fatt li akkordju jista’ jkollu perijodu ta’ attività ta’ intensità varjabbli ma jfissirx li jista’ jiġi konkluż li dan intemm.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat illi, anki jekk, wara l-ispezzjonijiet ta’ Marzu 2001, in-numru tal-parteċipanti fl-akkordju naqas minn disgħa għal erbgħa, il-parteċipanti prinċipali fl-akkordju qabel dawn l-ispezzjonijiet (jiġifieri Comap, IBP u s-sussidjarji preċedenti ta’ IMI) kif jirriżulta miad-deċiżjoni kkontestata, kienu dejjem involuti fl-aġir ikkundannat wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni. Bl-istess mod, uħud mill-persuni li kienu diġà involuti fl-akkordju qabel Marzu 2001 kienu wkoll involuti fl-aġir ikkundannat wara din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-portata ġeografika tal-ksur, minkejja illi l-laqgħat tal-FNAS kienu relatati biss mas-suq Franċiż, kien jidher illi swieq oħra nazzjonali, bħas-suq Ġermaniż, Grieg u Taljan, kienu wkoll imsemmija fil-kuntatti antikompetittivi bejn il-kompetituri wara Marzu 2001. Anki jekk ir-rikorrenti kienu involuti biss fl-akkordju f’dak li jirrigwarda s-suq Ġermaniż u Franċiż, huma kellhom ikunu jafu illi l-akkordju<?PAGE NO="II-1206"?> kellu portata iktar sinjifikattiva u għalhekk li swieq oħra nazzjonali kienu wkoll imsemmija mill-kompetituri tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Peress illi l-aġir ta’ kull parteċipant, inkluż dak tar-rikorrenti, kien intiż sabiex jintlaħaq l-istess għan antikompetittiv, jiġifieri r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-attrezzaturi permezz tal-koordinazzjoni tal-prezzijiet u taż-żidiet tal-prezzijiet kif ukoll permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni sensittiva, il-Kummissjoni setgħet ġustament tikkunsidra illi dan kien tkomplija ta’ ksur preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-argumenti l-oħra mqajma mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv jiġifieri dawk ibbażati fuq il-fatt illi l-minuti tal-laqgħat ma kinux approvati, li l-FNAS stess ma kinitx destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll illi l-programm intiż għall-ġlieda kontra l-prattiki antikompetittivi kien applikabbli, ma jikkontestax din il-konstatazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-argument illi l-minuti tal-laqgħat tal-FNAS ma kinux ġew approvati, dan huwa irrilevanti. Fil-fatt huwa stabbilit illi r-rikorrenti kienu rrappreżentati matul dawn il-laqgħat. Għaldaqstant, peress illi l-imsemmija minuti ġew mqassma lilhom, ir-rikorrenti kellhom il-possibbiltà, jew bil-miktub jew waqt il-laqgħa sussegwenti, illi jikkorreġuhom jew juru l-punti li fuqhom ma kinux jaqblu.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument illi l-FNAS ma kinitx hija stess destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, dan ukoll huwa mingħajr rilevanza. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrimarkat illi mill-premessa 606 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta illi l-Kummissjoni kkunsidrat illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>jekk ikun hemm provi li juru illi l-manifatturi<?PAGE NO="II-1207"?> kkonkludew akkordju illi, skont [AFC], huma implementaw, l-ebda prova ma turi illi l-FNAS aċċettat b’mod attiv il-missjoni li ġiet mogħtija mill-manifatturi jew li hija ffaċilitat l-implementazzjoni tal-akkordju<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>. Għaldaqstant, huwa korrett illi fil-premessa 607 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat illi l-FNAS ma pparteċipatx fl-akkordju inkwistjoni u għalhekk ma kellhiex tidher fost id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-argument ibbażat fuq il-fatt illi l-programm intiż għall-ġlieda kontra l-prattiki antikompetittivi kien applikabbli, għandu jiġi rrilevat illi l-fatt illi r-rikorrenti kienu implementaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>programm ta’ konformità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> ma jikkontestax il-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat antikompetittivi. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat illi ma jeżisti l-ebda dokument rilevanti illi jippermetti li jiġi konkluż li kien hemm id-distakkar pubbliku tagħhom mill-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-raba’ lok, fir-rigward tal-argument illi r-rikorrenti ma ġewx akkużati bi ksur relatat mal-laqgħat tal-FNAS fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u li, għalhekk, id-dritt għal smigħ tagħhom inkiser, għandu jiġi kkonstatat illi r-rikorrenti nfushom, fit-talba tagħhom għal klemenza, ipproduċew il-minuti tal-laqgħat tal-FNAS u li l-Kummissjoni, sussegwentement, indikat fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, illi hija kienet tqis illi l-kuntatti antikompetittivi, inklużi dawk illi saru matul il-laqgħat tal-FNAS, kienu parti mill-ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="II-1208"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq kalkolu żbaljat tal-ammont tal-multa</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jiddikjaraw, l-ewwel nett, illi l-multa imposta fuq IBP France taqbeż l-10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha, li fl-2005 kien biss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4896000</FT>. Konsegwentement, il-limitu tal-ammont tal-multa imposta fuq IBP France kellu jkun ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">489600</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu wkoll illi l-multa ta’ EUR 5.63 miljuni ġiet imposta darbtejn fuq IBP France għall-istess aġir, l-ewwel darba għall-perijodu li matulu hija kienet tappartjeni lil Delta u t-tieni darba għall-perijodu illi matulu hija kienet tappartjeni lil AFC.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-linji gwida tal-1998, ir-rikorrenti jressqu diversi argumenti kontra l-kritika tal-Kummissjoni. Fl-ewwel lok, huma jsostnu illi l-ksur kellu jiġi kkwalifikat bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>mhux gravi ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> u mhux bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>gravi ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/>. Sabiex isostnu l-pożizzjoni tagħhom, ir-rikorrenti jirreferu għall-bidla fil-politika ta’ Oystertec, għad-distakkar illi huma pprovaw li kien hemm fir-rigward tal-akkordju kif ukoll għall-fatt illi huma qatt ma ġew akkużati mill-Kummissjoni li pparteċipaw fi ksur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>gravi ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti jiddikjaraw illi t-tul tal-ksur ipprovat fil-konfront tagħhom ma huwiex iktar minn seba’ xhur, minkejja illi skont il-kalkolu tal-Kummissjoni l-parteċipazzjoni tagħhom damet sentejn u erba’ xhur. Barra minn hekk, huma jqisu illi kienu vittmi ta’ trattament mhux ugwali meta mqabbla ma’ Aalberts Industries, li<?PAGE NO="II-1209"?> ma ġietx akkużata li pparteċipat fi ksur għall-perijodu mill-2001 sa Ġunju 2003, u dan minkejja li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda prova oħra fir-rigward ta’ din tal-aħħar ħlief dawk użati kontra r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti jsostnu illi, meta aġġustat l-ammont tal-multa skont l-ishma fis-suq tal-impriżi inkwistjoni, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt illi AFC kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>operatur ta’ importanza medja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>. Huma jikkontestaw ukoll iż-żieda ta’ 60 % tal-ammont bażiku tal-multa li ġiet applikata fil-konfront tagħhom talli ma temmewx il-ksur wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, filwaqt li jsostnu illi l-akkwist tagħhom minn AFC sar biss fit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE>, jiġifieri tmien xhur wara l-imsemmija spezzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fir-rigward taż-żieda applikata minħabba l-informazzjoni żbaljata mogħtija minn AFC, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi applikat tali żieda ta’ 50 %. Fil-fatt, minkejja li R. ikkometta żball, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi illi huwa pprova jingannaha. Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 1/2003 jippermetti biss lill-Kummissjoni illi timponi multa sa 1 % tad-dħul mill-bejgħ tal-impriża, li tkun tatha, wara talba għal informazzjoni, informazzjoni ineżatta jew żnaturata.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jikkontestaw il-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ FRA.BO. F’dan ir-rigward, huma jqisu illi l-provi prodotti ma humiex ikkorroborati minn provi oħra u li FRA.BO kellha kull interess titfa’ t-tort fuq il-kompetituri tagħha sabiex tikseb tnaqqis tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1210"?><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ir-rikorrenti jikkritikaw lill-Kummissjoni illi rreferiet biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prodott ikkonċernat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> fid-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li injorat id-daqs reali tas-suq tal-prodott, li kien jinkludi wkoll prodotti bħall-attrezzaturi tal-plastik.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, ir-rikorrenti jsostnu illi, li kieku kienu ġew akkużati bi ksur ikkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>gravi ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>, huma kienu jippreżentaw iktar argumenti dwar id-diffikultajiet finanzjarji ta’ AFC. Fl-opinjoni tagħhom, il-Kummissjoni kisret ukoll id-drittijiet tagħhom meta ma ppruvatx issir taf jekk is-sussidjarji ta’ AFC kellhomx il-kapaċitajiet finanzjarji sabiex iħallsu l-multa imposta.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jiddikjaraw illi l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996. B’mod partikolari, huma jindikaw illi kellhom aspettattiva leġittima fil-fatt illi kienu se jiksbu tnaqqis, għaliex il-Kummissjoni kienet laqgħet il-talba tagħhom għal klemenza. Konsegwentement, li kieku din kellha xi riżervi dwar it-talba tagħhom għal klemenza, messha semmiethom.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li tiddikjara l-Kummissjoni, ir-rikorrenti jsostnu illi l-kooperazzjoni tagħhom tat valur miżjud minħabba, b’mod partikolari, il-provi prodotti fir-rigward tal-laqgħat tal-FNAS u tal-laqgħa li saret fl-okkażjoni tal-fiera ta’ Essen. Barra minn hekk, ir-rikorrenti pprovdew informazzjoni li tikkorrobora dik li kienet tinsab fit-talba ta’ klemenza ta’ FRA.BO.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu illi l-Kummissjoni tat importanza żejda lid-data tal-preżentata, allegatament tardiva, tat-talba tagħhom għal klemenza. Huma jsostnu illi, wara li skoprew l-attivitajiet antikompetittivi eventwali, huma immedjatament ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jitolbu l-klemenza.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1211"?><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ eventwali kontestatazzjoni tal-materjalità tal-fatti, ir-rikorrenti jsostnu illi mit-talba tagħhom għal klemenza jirriżulta b’mod ċar illi huma ma jikkontestawx il-fatti li jirrigwardaw lill-FNAS u l-laqgħa li saret matul il-fiera ta’ Essen. Huma ma jaċċettawx biss l-interpretazzjoni li għamlet il-Kummissjoni sabiex issostni l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Fir-rigward tat-telefonati, ir-rikorrenti jiddikjaraw illi ma kinux f’pożizzjoni li jammettu kwalunkwe ħaġa, għaliex dawn l-allegazzjonijiet ma kinux sostnuti.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan, ir-rikorrenti jiddeduċu illi, bis-saħħa tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996, huma kellhom jiksbu tnaqqis tal-ammont tal-multa tal-inqas identiku għal dak mogħti lil Delta, jiġifieri ta’ 20 %, jiġifieri tnaqqis ta’ madwar 50 % sabiex il-kontribut tagħhom fir-rigward tal-provi jiġi kkunsidrat.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li dan il-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq allegata qabża fil-limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali msemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, għandu jitfakkar illi, meta d-destinatarju ta’ deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni timponi fuqu multa huwa l-kap ta’ grupp li jikkostitwixxi entità ekonomika, id-dħul tal-bejgħ li għandu jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-limitu huwa d-dħul mill-bejgħ tal-grupp kollu kemm hu. Fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, IBP France kienet sussidjarja 100 % ta’ IBP, biż-żewġ kumpanniji jiffurmaw entità ekonomika waħda. Għaldaqstant, huwa korrett illi l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-dħul mill-bejgħ globali ta’ IBP għall-kalkolu tal-imsemmi limitu.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1212"?><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment illi l-multa ta’ EUR 5.63 miljuni ġiet imposta darbtejn fuq IBP France għall-istess aġir, l-ewwel darba għall-perijodu li matulu hija kienet tappartjeni lil Delta u t-tieni darba għall-perijodu illi matulu hija kienet tifforma parti minn AFC, dan għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, il-multa unika imposta fuq IBP France, wara l-applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % ikkalkolat abbażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ IBP, ġiet diviża f’żewġ partijiet distinti minħabba r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tagħha, minn naħa waħda, mal-kumpannija parent tagħha preċedenti u, min-naħa l-oħra mal-kumpannija parent tagħha preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-linji gwida tal-1998, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-gravità tal-ksur, l-ewwel nett għandu jitfakkar illi l-argument tar-rikorrenti illi avvenimenti ta’ wara l-2001 ma kinux marbuta ma’ ksur preċedenti, dan diġà ġie miċħud. Għaldaqstant, l-argument illi l-aġir ikkonstatat wara l-2001 ma kinux jikkwalifikaw bħala ksur serju ħafna ma huwiex rilevanti. Fil-fatt, ftehim orizzontali dwar il-prezzijiet huma, min-natura tagħhom, ksur serju ħafna. It-tieni nett, huwa inerenti fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ksur uniku, kumpless u kontinwu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/> illi l-kwalifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>serju ħafna<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/> tapplika għall-elementi kollha li jikkostitwixxu l-ksur u għat-tul tal-ksur kollu. Il-fatt li l-ksur kellu perijodi ta’ attività ta’ intensità varjabbli ma jikkontestax din il-konstatazzjoni. It-tielet nett, il-kwalifika ta’ ksur serju ħafna hija applikabbli f’dak li jirrigwarda l-parteċipanti kollha tiegħu. Huwa skont iċ-ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti illi jista’ jiġi kkunsidrat il-livell ta’ parteċipazzjoni individwali ta’ kull impriża kkonċernata. Fl-aħħar nett, kien diġà ġie ndikat fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat il-ksur bħala serju ħafna. Ir-rikorrenti ma jistgħux għalhekk isostnu validament illi kienet biss IBP France illi kienet ikkonċernata b’din il-kwalifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-argument ibbażat fuq allegat nuqqas ta’ trattament ugwali tar-rikorrenti meta mqabbla ma’ Aalberts Industries, f’dak li jirrigwarda t-tul tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju, dan lanqas għandu jintlaqa’. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkonkludiet, wara evalwazzjoni globali tal-provi, illi hija ma<?PAGE NO="II-1213"?> kellhiex provi biżżejjed sabiex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni ta’ Aalberts Industries għall-perijodu immedjatament wara l-ispezzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, IMI, il-predeċessur ta’ Aalberts Industries, temmet il-parteċipazzjoni tagħha eżatt wara l-ispezzjonijiet. Għall-kuntrarju, dan ma kienx il-każ ta’ Delta u tar-rikorrenti li ma ddistakkawx ruħhom pubblikament mill-akkordju kkontestat. Barra minn hekk, anki jekk il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tal-provi, kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali, ir-rispett ta’ dan il-prinċipju għandu jirrikonċilja ruħu mar-rispett tal-prinċipju ta’ legalità, bis-saħħa ta’ liema, ħadd ma jista’ jinvoka, għall-benefiċċju tiegħu, illegalità kommessa favur ħaddieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-argument dwar iż-żieda ta’ 60 % tal-ammont bażiku tal-multa minħabba l-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-akkordju wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni, għandu jitfakkar illi r-rikorrenti sostnew biss illi tali żieda kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>irrazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/> peress illi l-akkwist mill-ġdid ta’ AFC sar biss fit-<DATE ISO="20011123">23 ta’ Novembru 2001</DATE> u illi d-diretturi ġodda tagħhom immedjatament iddistakkaw ruħhom mill-akkordju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ konformità. Għaldaqstant, fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat illi r-rikorrenti ma jikkontestawx illi l-Kummissjoni hija korretta meta tikkunsidra, bħala ċirkustanzi aggravanti, il-fatt illi impriża kompliet tipparteċipa fi ksur wara l-ftuħ immedjat tal-investigazzjoni f’dan ir-rigward. Fit-tieni lok, kif diġà ġie kkontestat iktar ’il fuq, minkejja l-implementazzjoni ta’ programm ta’ konformità mad-dritt Komunitarju, ir-rikorrenti komplew bil-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju wara Marzu 2001. L-argument imressaq mir-rikorrenti għalhekk ma għandux jiġi milqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fir-rigward, fir-raba’ lok, taż-żieda ta’ 50 % tal-ammont bażiku tal-multa applikata minħabba informazzjoni żbaljata mogħtija minn AFC, mill-premessa 789 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta illi l-Kummissjoni kkunsidrat illi l-informazzjoni mogħtija wasslitha sabiex tiżbalja, ħaġa illi, fl-opinjoni tagħha, għandha tiġi kkwalifikata bħala ċirkustanza aggravanti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1214"?><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar illi l-imsemmija informazzjoni kienet tinkludi dikjarazzjoni annessa mar-risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ta’ AFC, li fiha R. (IBP Banninger Italia) indika illi huwa ma kellux kuntatti ma’ FRA.BO matul il-perijodu inkwistjoni. Wara konfront ta’ dan ma’ ċerti rċevuti tat-telefon ta’ FRA.BO, huwa biddel ftit ir-risposta tiegħu, minn naħa waħda, billi indika li ma kienx jiftakar dawn il-kuntatti u, min-naħa l-oħra, billi sostna illi dawn il-kuntatti ma kellhom l-ebda konsegwenza fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat illi, irrispettivament mill-fatt illi din hija multa imposta bis-saħħa tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jew tal-Artikolu 23(2) tal-istess regolament, din il-multa tista’ tiġi imposta indipendement mill-fatt jekk l-aġir kienx kommess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>intenzjonalment jew b’negliġenza<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/>. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanzi aggravanti jippermettu li tiġi kkunsidrata l-gravità tal-parteċipazzjoni fil-ksur ta’ kull waħda mill-impriżi kkonċernati, peress illi ż-żieda fl-ammont tal-multa għal ċirkustanza aggravanti għandha tkun proporzjonali mal-gravità tal-aġir ikkundannat.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt illi r-Regolament Nru 1/2003 jippermetti lill-Kummissjoni li timponi multa ta’ ammont massimu ta’ 1 % ta’ dħul mill-bejgħ ta’ impriża minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni jew informazzjoni ineżatta jew żnaturata bħala risposta għal talba ta’ informazzjoni, bħala ksur awtonomu, ma jaffettwax il-possibbiltà li dan jiġi kkunsidrat bħala ċirkustanza aggravanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/04 P" PAGE.ECR="I-5977" YEAR="2006">C-308/04 P, Ġabra p. I-5977</REF.DOC.ECR>, punt 64). Madankollu, għandu jiġi ppreċiżat illi l-fatt li tiġi applikata waħda minn dawn iż-żewġ klassifikazzjonijiet jeskludi l-possibbiltà li tiġi applikata wkoll l-oħra f’dak li jirrigwarda l-istess aġir.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Barra minn hekk, inkwantu r-rikorrenti jargumentaw illi l-prinċipju ta’ proporzjonalità ġie miksur għaliex il-limiti msemmija fl-Artikolu 23(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003 huma differenti, il-Qorti Ġenerali ma taqbilx ma’ dan l-argument. Fil-fatt, iż-żewġ dispożizzjonijiet jirrigwardaw ksur differenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1215"?><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 ma huwiex applikabbli f’din il-kawża, peress illi la jirrigwarda talba u lanqas domanda magħmula bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 20 ta’ dan l-istess regolament, iżda risposta għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża. Anki jekk l-impriżi għandhom il-libertà li jirrispondu jew li ma jirrispondux għat-talbiet li jsirulhom bis-saħħa tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament Nru 1/2003, mill-Artikolu 23(1)(a) tal-imsemmi regolament jirriżulta illi, sa fejn l-impriżi jkunu aċċettaw illi jirrispondu, huma obbligati li jagħtu informazzjoni eżatta. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat illi fid-dawl tal-istruttura tar-Regolament Nru 1/2003, l-obbligu li tingħata informazzjoni eżatta japplika fil-każ ta’ risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Madankollu huwa veru illi ma hemmx obbligu li tingħata risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Barra minn hekk, l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża jinvolvi wkoll id-dritt li jiġi kkonstatat il-valur probatorju tad-dokumenti li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha. Madankollu, jekk impriża tagħti iktar informazzjoni, bħal xhieda, sabiex turi illi l-provi prodotti mill-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet huma foloz, din l-informazzjoni għandha tkun eżatta.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>F’din il-kawża, iċ-ċirkustanza aggravanti sostnuta mill-Kummissjoni tikkonsisti fl-għoti ta’ informazzjoni żbaljata. Fil-fatt, il-Kummissjoni tikkritika lil AFC talli innegat, min-naħa waħda, l-eżistenza ta’ telefonati u, min-naħa l-oħra, il-fatt illi dawn it-telefonati kienu, fl-opinjoni tagħha, ta’ karattru antikompetittiv. Kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni stess matul is-seduta, mingħajr dan l-aħħar element, l-imsemmija telefonati kienu jibqgħu mingħajr effett fil-kawża inkwistjoni u, konsegwentement, ma jikkostitwixxux ċirkustanza aggravanti.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni element, għandu jiġi nnotat illi, fl-ewwel dikjarazzjoni tiegħu tad-<DATE ISO="20051129">29 ta’ Novembru 2005</DATE>, R., kif diġà ġie indikat fil-punt 107 iktar ’il fuq, innega l-eżistenza ta’ dawn il-kuntatti. F’dan ir-rigward, huwa ddikjara illi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jifhem illi B iddikjarat li kellha kuntatti bit-telefon miegħu matul il-perijodu 2001-2005, probabbilment limitati għall-perijodu 2001 sa April 2004<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/>, iżda dan kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>skorrett<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032"/>.<?PAGE NO="II-1216"?> Fid-dikjarazzjoni emendata tiegħu tas-<DATE ISO="20060317">17 ta’ Marzu 2006</DATE>, fid-dawl tal-listi tat-telefonati, huwa qal li ma jiftakarx dawn it-telefonati. Huwa vverifika l-eżistenza ta’ dawn it-telefonati fil-listi tat-telefonati tat-telefon ċellulari tiegħu għall-perijodu minn Settembru 2002 sa Diċembru 2003, li kkonfermaw illi huwa ma kienx ċempel in-numri tat-telefon ta’ B.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat illi kienet responsabbiltà tar-rikorrenti illi jivverifikaw il-plawżibbiltà ta’ dikjarazzjoni qabel ma jannettuha mar-risposta tagħhom għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, jew tal-inqas li jivverifikaw il-listi tat-telefonati inkwistjoni, kif dan wara kollox sar għall-finijiet tad-dikjarazzjoni emendata ta’ R. F’dan is-sens, seta’ kien aġir kommess b’negliġenza. Il-fatt li r-rikorrenti ħadu, sussegwentement, miżuri interni ma jibdel xejn f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Madankollu, f’dak li jirrigwarda t-tieni element, għandu jiġi kkonstatat illi l-ebda prova ma tikkorobora d-dikjarazzjoni ta’ FRA.BO illi kienu saru kuntatti bit-telefon regolari b’għan antikompetittiv ma’ R. (IBP Banninger Italia) (ara wkoll il-punt 69 iktar ’il fuq). Fil-fatt, mir-risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ta’ FRA.BO jirriżulta illi P. u B. indikaw illi huma ma kinux jiftakru l-kontenut ta’ kull telefonata. Skont din ir-risposta, huma indikaw biss illi, b’mod ġenerali, jiftakru illi kien hemm ħafna kuntatti bit-telefon, inklużi dawk li kienu jikkonċernaw id-diskussjonijiet ma’ kompetituri fuq il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet miftiehma mal-klijenti. Fid-dikjarazzjoni tagħha, B. indikat sempliċement illi nsiet jekk kellhiex kuntatti ma’ R.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Minn dan isegwi illi, jekk l-eżistenza ta’ tali kuntatti bit-telefon hija pprovata, ma ġiex stabbilit illi dawn kienu kuntatti antikompetittivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija żbaljata meta kkunsidrat illi l-għoti ta’ informazzjoni inkwistjoni kien ċirkustanza aggravanti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1217"?><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta illi, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk ir-rata ta’ żieda kinitx proporzjonata fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, huwa żbaljat illi l-Kummissjoni applikat iż-żieda ta’ 50 % tal-ammont bażiku tal-multa. F’dak li jirrigwarda l-effett fuq l-ammont tal-multa, għandu jiġi kkonstatat illi l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti madankollu tibqa’ ma tinbidilx, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward, fil-ħames lok, tal-argument illi l-Kummissjoni ma ddefinixxietx is-suq inkwistjoni u rreferiet biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>prodott ikkonċernat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/>, għandu jitfakkar illi, skont il-ġurisprudenza, is-suq imsemmi f’deċiżjoni tal-Kummissjoni illi tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE huwa stabbilit skont il-ftehim u l-attivitajiet tal-akkordju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050615">15 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T-71/03, T-74/03, T-87/03 u T-91/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 90). Skont il-premessa 634 tad-deċiżjoni kkontestata, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni uriet illi, f’mumenti differenti tal-perijodu tal-implementazzjoni tal-akkordju, it-tipi kollha u d-daqs kollha tal-attrezzaturi, inklużi l-attrezzaturi li tissikka, kienu s-suġġett ta’ diskussjonijiet antikompetittivi. Barra minn hekk, anki kieku l-attrezzaturi tal-plastik kienu jagħmlu parti mis-suq tal-attrezzaturi, kif isostnu r-rikorrenti, mill-proċess ma jirriżultax illi dawn kienu s-suġġett ta’ miżuri antikompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fir-rigward, fis-sitt lok, tad-diffikultajiet finanzjarji ta’ AFC u inkwantu r-rikorrenti jikkritikaw lill-Kummissjoni li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapaċità tagħhom li jħallsu l-multa, dan l-argument ma għandux jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata, fid-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, tikkunsidra s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina ta’ impriża, peress li r-rikonoxximent ta’ tali obbligu jwassal sabiex jingħata vantaġġ kompetittiv mhux ġustifikat lill-impriżi l-inqas adattati għall-kundizzjonijiet tas-suq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19831108">8 ta’ Novembru 1983</DATE>, IAZ International<?PAGE NO="II-1218"?> Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="96/82+97/82+98/82+99/82+100/82+101/82+102/82+104/82+105/82+108/82+110/82" PAGE.ECR="3369" YEAR="1983">96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369</REF.DOC.ECR>, punti 54 u 55, u Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 31 iktar ’il fuq, punt 327).</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt illi l-kapaċità li tħallas hija speċifikament imsemmija fil-punt 5(b) tal-linji gwida tal-1998 ma jikkontestax din il-ġurisprudenza. Fil-fatt, din il-kapaċità ma tidħolx ħlief fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kuntest soċjali partikolari<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/> tagħha, ikkostitwita mill-konsegwenzi li l-ħlas tal-multa kellu, b’mod partikolari, fuq il-livell ta’ żieda fil-qgħad jew ta’ deterjorament tas-setturi ekonomiċi upstream u downstream tal-impriża kkonċernata (sentenza SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, punt 109 iktar ’il fuq, punt 106).</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma pproduċew l-ebda element li jista’ jsostni l-eżistenza ta’ tali kuntest. Barra minn hekk, bħala destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li kien fiha kwalifikazzjoni tal-ksur, huma ma talbux lill-Kummissjoni sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-inkapaċità tagħhom li jħallsu l-multa matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-argumenti bbażati fuq applikazzjoni żbaljata tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996, minħabba l-fatt illi l-Kummissjoni rrifjutatilhom il-benefiċċju ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet msemmija fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-paragrafu (2) tat-Titolu D tal-imsemmija komunikazzjoni, dawn għandhom ukoll jiġu miċħuda. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta illi tnaqqis tal-multa abbażi tal-kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva ma huwiex iġġustifikat ħlief jekk l-aġir tal-impriża inkwistjoni jkun ippermetta lill-Kummissjoni li tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur b’inqas diffikultà u, jekk ikun il-każ, li twaqqfu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, SCA Holding vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/98 P" PAGE.ECR="I-10101" YEAR="2000">C-297/98 P, Ġabra p. I-10101</REF.DOC.ECR>, punt 36). Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll illi tnaqqis<?PAGE NO="II-1219"?> abbażi tal-komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni ma jistax ikun iġġustifikat ħlief meta l-informazzjoni pprovduta, u b’mod iktar ġenerali, l-aġir tal-impriża inkwistjoni, ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward bħala li juru kooperazzjoni ġenwina min-naħa tagħha (sentenza Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 395). Madankollu, mill-proċess jirriżulta illi l-kooperazzjoni tar-rikorrenti kienet limitata ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat illi AFC ippreżentat talba għal klemenza, għan-nom tal-grupp, fi stadju avvanzat ferm tal-proċedura u wara dik ta’ FRA.BO, li kienet diġà pproduċiet provi diretti tal-ksur. Huwa veru, l-informazzjoni mogħtija minn AFC għenet lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza tal-ksur għall-perijodu bejn Ġunju 2003 u April 2004, għaliex din kienet tikkorrobora lil dik mogħtija minn FRA.BO. Madankollu, AFC irrikonoxxiet biss numru limitat ta’ fatti għall-perijodu wara l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni u għal dan il-perijodu tikkontesta l-parteċipazzjoni ta’ IBP fil-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>It-tieni nett, anki jekk l-informazzjoni dwar il-laqgħa li saret fl-okkażjoni tal-fiera ta’ Essen kienet ġejja minn AFC, ir-rikorrenti imminimizzaw l-importanza ta’ dan l-avveniment. L-istess jgħodd għal-laqgħat li saru fil-kuntest tal-FNAS.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ma jistgħux, f’dan il-kuntest, isostnu aspettattiva leġittima fir-riżultat tat-talba tagħhom ta’ klemenza. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (2) tat-Titolu E tad-dikjarazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-1996 jispeċifikaw fil-fatt illi huwa biss fil-mument li fih il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni tagħha li hija tevalwa jekk il-kundizzjonijiet imsemmija taħt it-Titoli B, C jew D tal-imsemmija komunikazzjoni humiex sodisfatti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-1220"?><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta illi t-tieni motiv għandu jiġi miċħud u għalhekk, ir-rikors kollu kemm hu, mingħajr il-ħtieġa li tintlaqa’ t-talba għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji magħmula mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha jekk il-partijiet ikunu telliefa rispettivament fuq kap jew aktar tat-talbiet tagħhom, jew għal raġunijiet eċċezzjonali. Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża (ara l-punt 117 iktar ’il fuq) għandu jiġi deċiż illi r-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll 80 % ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni u li din tal-aħħar għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-1221"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">IBP Ltd u International Building Products France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 80 % tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Huma għandhom ibatu wkoll l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati 20 % tal-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Martins Ribeiro</P><P>Wahl</P><P>Dittrich</P><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>.</P><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>