|
21.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/149 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/813
tal-20 ta’ Mejju 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (1). |
|
(2) |
Fit-13 ta’ Mejju 2019 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/761 (2), li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta’ Mejju 2021. |
|
(3) |
Fil-kuntest ta’ rieżami strateġiku tal-EUAM Ukraine, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-EUAM Ukraine jenħtieġ li tiġi estiża sal-31 ta’ Mejju 2024 u li jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni strateġika wara sentejn, iffukata fuq l-evoluzzjoni fid-dimensjoni politika. |
|
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/486/PESK jenħtieġ li tiġi estiża sal-31 ta’ Mejju 2024. |
|
(5) |
L-EUAM Ukraine ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUAM Ukraine għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Mejju 2024 għandu jkun ta’ EUR 88 500 000 ”; |
|
(2) |
l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Rieżami strateġiku Għandha titwettaq valutazzjoni strateġika tal-EUAM Ukraine wara l-31 ta’ Mejju 2023, iffokata fuq l-evoluzzjoni fid-dimensjoni politika.”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 19, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2024.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SANTOS SILVA
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/761 tat-13 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 125, 14.5.2019, p. 16).