12003TN12/13/A



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0890 - 0891


A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA

1. 31994 L 0063: Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta'Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw (VOC) li joħorġu mill-ħażniet tal-petrol u fid-distribuzzjoni tiegħu minn terminal għal stazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24).

B'deroga mill-Artikoli 3,4,5,6 u mill-Annessi I sa III tad-Direttiva 94/64/KE, il-ħtiġiet għal installazzjonijiet ta' ħażna eżistenti f'terminali, għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti f'terminali, għal containers mobbli eżistenti, u għat-tagħbija f'installazzjonijiet ta' ħażna eżistenti fi stazzjonijiet ta' servizz, ma għandhomx japplikaw fil-Polonja sal- 31 ta' Diċembru 2005 f'terminali, b'volum ta' aktar min 150000 tunnellata metrika fis-sena, il-ħtiġiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti għandhom japplikaw mill- 1 ta' Jannar 2005.

2. 31999 L 0032: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

B'deroga mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/32/KE, il-ħtiġiet għall-kontenut tal-kubrit fi żjut tal-karburanti ħoxnin ma għandhomx japplikaw għall-Polonja sal- 31 ta' Diċembru 2006. Mill- 1 ta' Jannar 2005, l-ebda żejt tal-karburanti oħxon b'kontenut ta' kubrit li fil-massa tiegħu jaqbeż il-1 % magħmul fir-raffinerija Glimar ma hu ser jkun użat fit-territorju Pollakk.

--------------------------------------------------