Official Journal L 123 , 17/05/1994 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 31 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 31 P. 0003
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-tħaddim provviżjorju ta' ċerti Ftehim u Protokolli bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u ċerti pajjiżi terzi dwar kummerċ fi prodotti tessili (l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgistan, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, il-Mongolja, ir-Rumanija, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Slovakka, l-Islovenja, it-Taġikistan, il-Turkmenistan, l-Ukrajna, l-Użbekistan) (94/277/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 in konnessjoni ma' l-Artikolu 228 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim fuq il-kummerċ fi prodotti tessili ma' l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgistan, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, il-Mongolja, il-Federazzjoni Russa, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna u l-Użbekistan; Billi l-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti tessili ma' l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgistan, il-Latvja, il-Litwanja, Moldova, il-Mongolja, il-Federazzjoni Russa, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna u l-Użbekistan, għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 1993, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, soġġetti għat-tħaddim proviżorju reċiproku mill-pajjiżi msieħba; Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità ftehim bilaterali fuq il-kummerċ fi prodotti tessili ma' l-Islovenja; Billi l-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti tessili ma' l-Islovenja għandu jkun imħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Settembru 1993, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, soġġett għat-tħaddim proviżorju reċiproku mill-Islovenja; Billi l-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Protokolli Addizzjonali mal-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Slovakka u r-Rumanija; Billi l-Protokolli Addizzjonali bejn il-Komunità u r-Repubblika Ċeka, għall-ewwel parti, u bejn il-Komunità u r-Repubblika Slovakka, għat-tieni parti, tal-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka għandhom jitħaddmu fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 1993, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, soġġetti għat-tħaddim proviżorju reċiproku mill-pajjiżi msieħba; Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mar-Rumanija għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 1933, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, soġġett għat-tħaddim reċiproku mill-pajjiż sieħeb; Billi l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili mar-Repubblika tal-Bulgarija għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Interim iffirmat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija fit-8 ta' Marzu 1993, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tagħhom, suġġett għat-tħaddim proviżorju reċiproku mill-pajjiż sieħeb, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa, u l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakistan, il-Kirgistan, il-Latvja, il-Litwanja, il-Moldova, il-Mongolja, il-Federazzjoni Russa, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukrajna u l-Użbekistan, fuq l-oħra rispettivament, għandhom jitħaddmu fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 1993, sal-konklużjoni formali tagħhom, soġġetti għat-tħaddim reċiproku mill-pajjiżi msieħba. Il-ftehim bilaterali dwar il-kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islovenja għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Settembru 1993, sal-konklużjoni formali tiegħu, soġġett għat-tħaddim reċiproku mir-Repubblika ta' l-Islovenja. Il-Protokolli Addizzjonali bejn il-Komunità u r-Repubblika Ċeka, għall-ewwel parti, u bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Islovakkja, għat-tieni parti, tal-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, u r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, għandhom jitħaddmu fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Jannar 1993, sal-konklużjoni formali tagħhom, soġġetti għat-tħaddim reċiproku mill-pajjiżi msieħba. Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodoti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Rumanija għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 1993, sal-konklużjoni formali tiegħu, soġġett għat-tħaddim reċiproku mir-Rumanija. Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim Ewropa dwar il-kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija għandu jitħaddem fuq bażi proviżorja mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija fit-8 ta' Marzu 1993, sal-konklużjoni formali tiegħu, soġġett għat-tħaddim reċiproku mill-Bulgarija. Artikolu 2 It-testi tal-Ftehim u l-Protokolli huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1993. F'isem il-Kunsill Il-President W. Claes --------------------------------------------------