12004V322

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU V - MIŻURI RESTRITTIVI - Artikolu III-322

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0146 - 0146


Artikolu III-322

1. Meta deċiżjoni Ewropea, li tiġi adottata skond il-Kapitolu II, tipprovdi għall-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjali jew sħiħ, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta konġunta mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni u l-Kummissjoni, għandu jadotta r-regolamenti jew id-deċiżjonijiet Ewropej meħtieġa. Għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bihom.

2. Meta deċiżjoni Ewropea li tkun adottata skond il-Kapitolu II tipprovdi hekk, il-Kunsill jista' jadotta miżuri restrittivi taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 1 kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, kontra gruppi jew kontra entitajiet mhux Statali.

3. L-atti previsti f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu disposizzjonijiet meħtieġa dwar salvagwardji legali.

--------------------------------------------------