|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2441 |
10.12.2025 |
REGOLAMENT (UE) 2025/2441 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 fir-rigward tar-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2), il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri (il-“ħtieġa tal-viża”) u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta’ viża għal soġġorni ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum (l-“eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża”). |
|
(2) |
L-ivvjaġġar mingħajr viża jġib miegħu benefiċċji sinifikanti kemm għall-Unjoni kif ukoll għall-pajjiżi terzi. Ir-relazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali ma’ pajjiżi terzi joħolqu prosperità u jippromwovu internazzjonalment in-natura miftuħa u ħielsa tal-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-politika komuni tal-Unjoni dwar il-viżi, f’dak ir-rigward, hija pedament tal-impenn tagħha mal-pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, il-kuntest ġeopolitiku li qed jevolvi ġab miegħu sfidi ġodda marbuta mal-ivvjaġġar mingħajr viża. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-isfidi l-ġodda u firxa usa’ ta’ riskji ta’ migrazzjoni irregolari, ta’ politika pubblika u ta’ sigurtà li jirriżultaw mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806 (“pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża”), il-mekkaniżmu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz eżentat mill-viża (il-“mekkaniżmu ta’ sospensjoni”) jenħtieġ li jissaħħaħ u jsir aktar effiċjenti. |
|
(3) |
L-użu tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jenħtieġ li jiġi ffaċilitat, b’mod partikolari, billi jiġu estiżi r-raġunijiet possibbli biex jiġi attivat, jiġu adattati l-limiti u l-proċeduri rilevanti u jissaħħu l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-Unjoni kkonkludiet għadd ta’ ftehimiet ta’ eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ma’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża u fil-ġejjieni għandha mnejn tikkonkludi aktar ftehimiet bħal dawn. Meta l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jiġi attivat fir-rigward ta’ pajjiż terz li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet tali ftehim, jenħtieġ li jiġi applikat mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-proċeduri stabbiliti f’dak il-ftehim ikkonċernat. Għaldaqstant, sabiex is-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża skont il-liġi tal-Unjoni tidħol fis-seħħ f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, l-applikazzjoni tal-ftehim rilevanti trid tiġi sospiża b’mod parallel permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill. |
|
(5) |
Minħabba l-bżonn li jiġi żgurat rispons immedjat u xieraq għat-theddid ibridu li huwa f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni meta jkun hemm riskji jew theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna ta’ Stati Membri li jirriżultaw minn theddid ibridu bħal sitwazzjonijiet ta’ strumentalizzazzjoni tal-migranti sponsorjata minn Stat, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li għandhom l-għan li jiddestabilizzaw jew jimminaw is-soċjetà u l-istituzzjonijiet ewlenin. |
|
(6) |
Huwa essenzjali li jistgħu jiġu fdati bis-sħiħ id-dokumenti tal-ivvjaġġar, tal-identità u dawk oriġinaturi maħruġa minn pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża. Huwa essenzjali wkoll li tali dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu ffalsifikati jew kontrafatti faċilment. Billi nuqqasijiet ta’ natura sistemika fil-liġi tas-sigurtà tad-dokumenti jew fil-proċeduri tas-sigurtà tad-dokumenti ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża jistgħu jwasslu għal riskji jew theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli li l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jiġi attivat għal dik ir-raġuni. |
|
(7) |
L-iskemi taċ-ċittadinanza b’investiment imħaddma minn pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża jippermettu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li altrimenti jkunu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża, jivvjaġġaw lejn l-Unjoni mingħajr viża. Taħt skema taċ-ċittadinanza b’investiment, iċ-ċittadinanza tingħata lil persuna inkambju għal pagamenti jew investimenti predeterminati mingħajr li dik il-persuna jkollha rabta ġenwina mal-pajjiż terz ikkonċernat. Filwaqt li l-Unjoni tirrispetta d-dritt tal-pajjiżi sovrani li jiddeċiedu dwar il-proċeduri ta’ naturalizzazzjoni tagħhom stess, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża jiġu skoraġġuti milli jużaw l-aċċess mingħajr viża għall-Unjoni bħala għodda biex jinġieb investiment individwali inkambju għaċ-ċittadinanza. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kontrolli tas-sigurtà, proċeduri ta’ skrinjar u diliġenza dovuta komprensivi minn tali pajjiżi terzi fir-rigward ta’ skemi ta’ ċittadinanza għal investituri joħloq diversi riskji serji għas-sigurtà għaċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal dawk li jirriżultaw mill-ħasil tal-flus u mill-korruzzjoni. Sabiex jiġi evitat li l-aċċess mingħajr viża għall-Unjoni jintuża għal dak l-iskop, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi sospiża l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal pajjiż terz li jagħżel li jħaddem skemi taċ-ċittadinanza b’investiment, li taħthom iċ-ċittadinanza tingħata lil dik il-persuna mingħajr ebda rabta ġenwina ma’ dak il-pajjiż terz. |
|
(8) |
Il-fatt li l-politika dwar il-viżi ta’ pajjiż terz eżentat mill-viża ma tkunx allinjata mal-politika tal-Unjoni dwar il-viżi fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża jista’ jirriżulta f’migrazzjoni irregolari lejn l-Unjoni, b’mod partikolari fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun ġeografikament qrib ħafna tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni meta, wara valutazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li tali nuqqas ta’ allinjament tal-politika dwar il-viżi ta’ pajjiż terz jista’ jwassal għal żieda sostanzjali fl-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li jaslu legalment fit-territorju ta’ dak il-pajjiż terz u mbagħad jidħlu b’mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 jiddetermina l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma soġġetti għall-ħtieġa tal-viża jew huma eżentati minnha. Uħud mill-kriterji użati biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-għoti ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża huma riflessi fir-raġunijiet għas-sospensjoni f’dispożizzjonijiet oħra ta’ dak ir-Regolament, u b’hekk tiġi żgurata rabta bejn il-kriterji għall-għoti tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u r-raġunijiet għas-sospensjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni kif rivedut minn dan ir-Regolament jipprevedi wkoll il-possibbiltà li tiġi sospiża l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża meta hemm deterjorament fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ma’ pajjiż terz eżentat mill-viża kkawżat minn ksur serju tal-prinċipji stabbiliti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, ksur serju tal-libertajiet fundamentali jew tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew mid-dritt umanitarju internazzjonali, ksur serju tad-dritt internazzjonali u tal-istandards legali internazzjonali, nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjonijiet u sentenzi tal-qrati internazzjonali jew atti ostili mwettqa kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri bl-għan li jiddestabbilizzaw jew jimminaw is-soċjetà jew l-istituzzjonijiet li huma kruċjali għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna tal-Unjoni jew tal-Istati Membri. Tali atti ostili jistgħu jirriżultaw minn indħil barrani fil-proċessi politiċi, il-koerċizzjoni ekonomika, l-operazzjonijiet ċibernetiċi, l-ispjunaġġ ekonomiku jew is-sabotaġġ ta’ infrastruttura kritika. Barra minn hekk, minħabba li r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni se jiġu affettwati b’mod ġenerali, jenħtieġ li tkun il-prerogattiva esklużiva tal-Kummissjoni li tattiva l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, minħabba raġuni ta’ deterjorament fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ma’ pajjiż terz eżentat mill-viża. Apparti dan, meta l-Kummissjoni tqis li tissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li tqis, fil-valutazzjoni tagħha, l-impatt potenzjali tas-sospensjoni fuq iċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat. |
|
(10) |
Il-ftehimiet dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir ma’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża jistgħu jinkludu raġunijiet għal sospensjoni li huma differenti minn dawk stabbiliti fil-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. Konsegwentement, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jiġi attivat abbażi ta’ dawk ir-raġunijiet. Madankollu, l-użu tar-raġunijiet għas-sospensjoni stabbiliti fil-ftehimiet dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir jenħtieġ li jkun limitat għall-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta, fuq bażi ta’ każ b’każ, il-limiti biex jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni f’każ ta’ żieda sostanzjali fl-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz eżentat mill-viża li jiġu rrifjutati milli jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru jew li jinstabu li jkunu qegħdin jissoġġornaw fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt li jagħmlu hekk, fl-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil miċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz eżentat mill-viża li għalih ir-rata ta’ rikonoxximent hija baxxa jew fl-għadd ta’ reati kriminali serji marbuta maċ-ċittadini tal-pajjiż terz eżentat mill-viża. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk, fil-każijiet innotifikati mill-Istati Membri abbażi tal-analiżi tagħha stess, hemmx iċ-ċirkostanzi speċifiċi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ limiti aktar baxxi jew ogħla minn dawk indikati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2018/1806. Fil-valutazzjoni tagħha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis, inter alia, l-għadd ta’ qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil bla bażi jew l-għadd ta’ reati kriminali marbuta maċ-ċittadini ta’ pajjiż terz eżentat mill-viża proporzjonalment għall-għadd u d-daqs tal-Istati Membri affettwati u l-impatt ta’ dak l-għadd fuq is-sitwazzjoni migratorja kumplessiva, il-funzjonament ta’ sistemi tal-ażil jew is-sigurtà interna tal-Istati Membri affetwati. Jenħtieġ li il-Kummissjoni tqis ukoll l-azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz ikkonċernat biex jirrimedja s-sitwazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-ħtieġa, il-proporzjonalità u l-konsegwenzi ta’ sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża qabel ma tadotta l-att legali rilevanti. |
|
(12) |
Għall-fini li tiġi nnotifikata l-Kummissjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jistgħu jwasslu għal raġuni għas-sospensjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqisu perjodi ta’ referenza itwal minn xahrejn sabiex jidentifikaw mhux biss bidliet f’daqqa fis-sitwazzjoni rilevanti, iżda wkoll xejriet aktar fit-tul, sa 12-il xahar, li jistgħu jiġġustifikaw l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. |
|
(13) |
Kull meta tqis li jkun meħtieġ, jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-monitoraġġ sistematiku tagħha tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża fir-rigward tal-pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża kollha, abbażi, fost l-oħrajn, ta’ data mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni, bħas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ, stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u mill-korpi, mill-uffiċji u mill-aġenziji tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali rapporti jiffokaw fuq dawk il-pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża li, skont l-analiżi tal-Kummissjoni, ma għadhomx jissodisfaw il-kriterji għall-għoti ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża skont dak ir-Regolament li huma rilevanti għar-raġunijiet għas-sospensjoni jew fuq dawk il-pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa tal-viża li jippreżentaw problemi speċifiċi li, jekk ma jiġux indirizzati, jistgħu jwasslu għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. B’mod partikolari, huwa xieraq li l-Kummissjoni tikkunsidra r-rapportar dwar pajjiżi terzi li jkunu għadhom kif ġew elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1806 mingħajr ma jkunu kkonkludew b’suċċess djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Unjoni, fejn tqis li huwa meħtieġ u, b’mod partikolari, fl-ewwel snin wara d-dħul fis-seħħ tal-att legali li jipprevedi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal dawk il-pajjiżi terzi kkonċernati. |
|
(14) |
Meta l-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jiġi attivat fuq il-bażi li pajjiż terz eżentat mill-viża li miegħu djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża ġie konkluż b’suċċess ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi dwar ir-relazzjonijiet esterni jew id-drittijiet fundamentali li ntużaw biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-għoti ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jew fuq il-bażi li kien hemm deterjorament fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ma’ dak il-pajjiż terz eżentat mill-viża, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffavorixxi approċċ immirat. Skont approċċ immirat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika s-sospensjoni l-ewwel u qabel kollox għal individwi li jkollhom pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà, bħal membri tad-delegazzjonijiet uffiċjali ta’ dak il-pajjiż terz, membri ta’ gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ dak il-pajjiż terz, membri tal-parlamenti ta’ dak il-pajjiż terz jew uffiċjali pubbliċi jew militari ta’ livell għoli ta’ dak il-pajjiż terz, li b’hekk jimminimizzaw il-konsegwenzi negattivi għall-popolazzjoni ġenerali ta’ dak il-pajjiż terz. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament jekk l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jkunx kiseb ir-riżultat maħsub u tirrapporta dwaru regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(15) |
Meta deċiżjoni biex tiġi sospiża temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża tkun ittieħdet fuq il-bażi li pajjiż terz eżentat mill-viża li miegħu ġie konkluż b’suċċess djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi dwar ir-relazzjonijiet esterni jew id-drittijiet fundamentali li ntużaw biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-għoti tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jew minħabba deterjorament fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ma’ pajjiż terz, u dik id-deċiżjoni tkun immirata lejn kategoriji ta’ ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ma jipprevedux eċċezzjonijiet għall-ħtieġa temporanja tal-viża għat-tul kollu tal-miżuri temporanji ta’ sospensjoni. |
|
(16) |
Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li tissospendi eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża abbażi tal-analiżi proprja tagħha jew wara notifika minn Stat Membru, hija jenħtieġ li tqis, fl-evalwazzjoni tagħha, l-impatt tas-sospensjoni fuq is-soċjetà ċivili fil-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari meta s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż terz tkun iddeterjorat. |
|
(17) |
Fejn tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal pajjiż terz, jenħtieġ li jkun hemm perjodu ta’ żmien adegwat għal djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat li għandu l-għan li jirrimedja ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-sospensjoni. Għal dak l-iskop, id-durata ta’ sospensjoni temporanja, adottata permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li tkun ta’ 12-il xahar, bil-possibbiltà li tiġi estiża b’24 xhur ulterjuri permezz ta’ att delegat. Meta tadotta tali att delegat, huwa importanti li l-Kummissjoni tispjega fid-dettall l-eżitu tad-djalogu msaħħaħ mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-miżuri adottati minn dak il-pajjiż terz u mill-Istati Membri kkonċernati u r-raġunijiet biex jitqies li ma nstabx rimedju għaċ-ċirkostanzi li jwasslu għas-sospensjoni temporanja. Meta ma tinstab l-ebda soluzzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-att delegat u l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għat-trasferiment tar-referenza lill-pajjiż terz ikkonċernat mill-Anness II għall-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1806, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jestendi s-sospensjoni temporanja sad-dħul fis-seħħ tal-proposta leġiżlattiva adottata. Madankollu, jenħtieġ li dik l-estensjoni ma tkunx itwal minn 24 xahar. |
|
(18) |
Meta att ta’ implimentazzjoni, li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ pajjiż terz, jiġi adottat għar-raġuni li dak il-pajjiż terz, li ċ-ċittadini tiegħu jkunu ġew eżentati mill-ħtieġa tal-viża bħala riżultat tal-konklużjoni b’suċċess ta’ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża, ma jkunx ikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi dwar ir-relazzjonijiet esterni jew id-drittijiet fundamentali li ntużaw biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-għoti tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jew abbażi ta’ raġunijiet li kien hemm deterjorament fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni ma’ dak il-pajjiż terz, u dawk iċ-ċirkostanzi jippersistu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi li l-att delegat li jestendi s-sospensjoni jkun japplika biss għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta ma tinstab l-ebda soluzzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak l-att delegat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni u jenħtieġ li tkun tista’ tiddeċiedi li testendi aktar is-sospensjoni permezz ta’ att delegat li japplika għal kategoriji deżinjati ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz. |
|
(19) |
Meta ġustifikat bl-urġenza tal-kwistjoni, pereżempju biex jiġi evitat influss bil-massa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaslu b’mod irregolari fit-territorju tal-Istati Membri jew dannu serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-president tal-kumitat stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2018/1806 biex jgħin lill-Kummissjoni, jikkunsidra it-tqassir tal-perjodu ta’ żmien biex tissejjaħ laqgħa tal-kumitat u jagħmel użu tal-proċedura bil-miktub kif previst fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) peress li dak jagħmilha possibbli li dak il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu aktar malajr milli kieku jkun il-każ mod ieħor. |
|
(20) |
Is-sospensjoni temporanja ta’ eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jenħtieġ li titneħħa meta ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għaliha jiġu rrimedjati qabel tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni meta dak il-perjodu jkun stabbilit f’att ta’ implimentazzjoni, jew att delegat qabel tmiem il-perjodu ta’ sospensjoni meta dak il-perjodu jkun stabbilit f’att delegat. |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (7); għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(22) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti B u C, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9). |
|
(23) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti B u C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11). |
|
(24) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (12), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punti B u C, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (13). |
|
(25) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2018/1806 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 8 1. B’deroga mill-Artikolu 4, l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness II tista’ tiġi sospiża temporanjament, abbażi ta’ data rilevanti u oġġettiva, f’konformità mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8a sa 8f (il-‘mekkaniżmu ta’ sospensjoni’). Il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jista’ jiġi attivat permezz ta’ notifika ta’ Stat Membru lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 8b, jew abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni stess f’konformità mal-Artikolu 8c. 2. Meta ftehim dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir bejn l-Unjoni u pajjiż terz elenkat fl-Anness II ġie konkluż, l-Artikoli 8a, 8e u 8f ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar ir-raġunijiet għal sospensjoni u għall-proċeduri stabbiliti f’dak il-ftehim.” |
|
(2) |
jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 8a 1. Il-mekkaniżmu ta’ sospensjoni jista’ jiġi attivat abbażi ta’ kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (d)(i), u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, żieda sostanzjali għandha tinftiehem li tfisser żieda li taqbeż limitu ta’ 30 %, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, abbażi ta’ eżami skont l-Artikolu 8b(5) jew ta’ analiżi kif imsemmi fl-Artikolu 8c(2), li huwa applikabbli livell differenti fil-każ partikolari. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe konklużjoni bħal din. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif ikun ġie implimentat il-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-valutazzjoni għandha tiffoka, b’mod partikolari, fuq jekk il-limitu huwiex rilevanti għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, rata baxxa ta’ rikonoxximent għandha tinftiehem li tfisser rata ta’ rikonoxximent tal-applikazzjonijiet għall-ażil ta’ inqas minn 20 %, sakemm il-Kummissjoni ma tikkonkludix, abbażi ta’ eżami skont l-Artikolu 8b(5) jew analiżi tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 8c(2), li hija applikabbli rata ta’ rikonoxximent differenti fil-każ partikolari. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet għal kwalunkwe konklużjoni bħal din. 4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), tnaqqis fil-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ma’ pajjiż terz elenkat fl-Anness II għandha tinftiehem li tfisser żieda sostanzjali, issostanzjata minn data adegwata, fir-rata ta’ rifjut ta’ applikazzjonijiet tar-riammissjoni ppreżentati minn Stat Membru lil dak il-pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess jew, meta ftehim ta’ riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew dak l-Istat Membru, u dak il-pajjiż terz jipprevedi dan, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu tranżitaw minn dak il-pajjiż terz. 5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (c), dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni:
Artikolu 8b 1. Stat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni meta, tul perjodu ta’ bejn 2 u 12-il xahar, meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti jew inkella mal-aħħar xahrejn qabel id-data tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness II, teżisti waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li jwasslu għar-raġunijiet għas-sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1), il-punti (a), (b), (c), u (d)(i) fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru. 2. Stat Membru jista’ jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li jwasslu għar-raġunijiet għal sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1), il-punti (d)(ii) u (iii), (e), (f) u (i). 3. In-notifiki kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom isemmu r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Meta jkun applikabbli, tali notifiki għandhom jinkludu data u statistika rilevanti, kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkunu ttieħdu mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja ċ-ċirkostanzi li wasslu għan-notifika. Stat Membru jista’ jispeċifika fin-notifika tiegħu l-kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 8e(1), fejn jistabbilixxi r-raġunijiet dettaljati għaliex ikun qiegħed jagħmel hekk. 4. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe notifika li tirċievi skont il-paragrafu 1 jew 2. 5. Il-Kummissjoni għandha teżamina, mingħajr dewmien, kull notifika li ssir skont il-paragrafu 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tikkunsidra:
6. Bħala parti mill-eżami tagħha skont il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa, il-proporzjonalità u l-konsegwenzi ta’ sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. 7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha skont il-paragrafu 5. Artikolu 8c 1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, fuq bażi regolari, jekk jeżistux iċ-ċirkostanzi li jammontaw għar-raġunijiet għas-sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1). B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha wkoll timmonitorja jekk il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II bħala riżultat tal-konklużjoni b’suċċess ta’ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Unjoni jkomplux jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi, ibbażati fuq l-Artikolu 1, li ntużaw biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-għoti tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn, wara li tkun analizzat id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inklużi d-data, ir-rapporti u l-istatistika minn kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, hija jkollha informazzjoni konkreta u affidabbli dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe ċirkostanza li tammonta għar-raġunijiet għal sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1). Il-Kummissjoni għandha mbagħad tieħu l-miżuri meħtieġa skont l-Artikoli 8e u 8f. Artikolu 8d 1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8c(1) fir-rigward tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II bħala riżultat tal-konklużjoni b’suċċess ta’ djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Unjoni. Dak ir-rappurtar għandu jsir mill-inqas darba fis-sena u għal perjodu ta’ seba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att legali li jeżenta liċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-ħtieġa tal-viża. Wara dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ kull meta tqis li huwa meħtieġ jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Tali rapporti għandhom jiffokaw fuq il-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi ta’ informazzjoni konkreta u affidabbli, bħala li ma għadhomx jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti speċifiċi, abbażi tal-Artikolu 1, li ntużaw biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-għoti tal-liberalizzazzjoni tal-viża. 2. Minbarra l-obbligi ta’ rappurtar previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, kull meta tqis li huwa meħtieġ jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8c(1) fir-rigward ta’ pajjiżi terzi oħra elenkati fl-Anness II. Artikolu 8e 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi għal perjodu ta’ 12-il xahar l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz meta:
2. Meta tasal għal deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:
3. Is-sospensjoni prevista f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tapplika għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat skont it-tipi rilevanti ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun xieraq, skont kriterji addizzjonali. Meta tiddeċiedi għal liema kategoriji għandha tapplika s-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, tinkludi kategoriji li huma estiżi biżżejjed sabiex jikkontribwixxu b’mod effiċjenti għar-rimedju taċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-sospensjoni, filwaqt li jitħares il-prinċipju tal-proporzjonalità u tan-nondiskriminazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jistabbilixxu d-data li fiha għandha ssir effettiva s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. 4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-atti ta’ implimentazzjoni kif msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 11(1):
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). 5. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 8b u l-Artikolu 8c(2), fejn ġustifikat mill-urġenza tal-kwistjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn ikollha informazzjoni konkreta u affidabbli dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li jammontaw għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 8a(1) u tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni rapida, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għall-kategoriji kollha jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perjodu ta’ 12-il xahar. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu d-data li fiha għandha ssir effettiva s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. L-atti ta’ implimentazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Il-president tal-kumitat previst fl-Artikolu 11(1) għandu jikkunsidra li jqassar iż-żmien biex tissejjaħ laqgħa tal-kumitat kif imsemmi fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jagħmel użu mill-proċedura bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament. 6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, matul il-perjodu ta’ sospensjoni, il-kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 1 jew 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu meħtieġa li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 7. Meta l-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 5 ta’ dan l-Artikolu għar-raġuni stabbilita fl-Artikolu 8a(1), il-punt (g), fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi dwar ir-relazzjonijiet esterni jew id-drittijiet fundamentali, jew għar-raġuni stabbilita fl-Artikolu 8a(1), il-punt (h), li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevedu eċċezzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a). L-Istati Membri li jkollhom ftehimiet bilaterali mal-pajjiż terz ikkonċernat għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ma japplikawx l-eċċezzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6(1), il-punt (a). 8. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru li, skont l-Artikolu 6, jieħu miżuri li jipprevedu eċċezzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża għal kategorija ta’ ċittadini tal-pajjiż terz kopert minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 1 jew 5 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkomunika dawk il-miżuri skont l-Artikolu 12. 9. Matul il-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu msaħħaħ mal-pajjiż terz ikkonċernat bl-għan li jiġu rrimedjati ċ-ċirkostanzi inkwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress u l-eżitu tad-djalogu u dwar l-effettività tas-sospensjoni. 10. Meta ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jiġu rrimedjati qabel tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 1 jew 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jneħħi s-sospensjoni temporanja f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Artikolu 8f 1. Meta ċ-ċirkostanzi rilevanti li jammontaw għar-raġunijiet għal sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1) jippersistu fir-rigward ta’ pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma koperti minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 8e(1) jew (5), il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni ta’ 12-il xahar previst mill-att ta’ implimentazzjoni, att delegat f’konformità mal-Artikolu 10, sabiex jemenda l-Anness II biex jissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta’ dak l-Anness għal perjodu ta’ 24 xahar għaċ-ċittadini kollha ta’ dak il-pajjiż terz. 2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, meta l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8e(1) jew (5) li jkopri ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie adottat għar-raġuni stabbilita fl-Artikolu 8a(1), il-punt (g), fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi dwar relazzjonijiet esterni jew drittijiet fundamentali, jew għar-raġuni stabbilita fl-Artikolu 8a(1), il-punt (h), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tissospendi temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness II għal perjodu ta’ 24 xhar għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz, magħżula skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8e(3). 3. L-emenda msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir billi tiddaħħal nota ta’ qiegħ il-paġna biswit l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat, li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perjodu tas-sospensjoni u, meta jkun applikabbli, il-kategoriji deżinjati ta’ ċittadini ta’ dak il-pajjiż terz għal min tapplika s-sospensjoni. L-att delegat għandu jsir effettiv mid-data tal-iskadenza tal-att ta’ implimentazzjoni rilevanti msemmi fl-Artikolu 8e(1) jew (5). L-Artikolu 8e(7) għandu japplika mutatis mutandis. 4. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6 u t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iċ-ċittadini tal-pajjiż terz kopert minn att delegat adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikollhom l-obbligu matul il-perjodu ta’ sospensjoni li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8e(7), Stat Membru li, skont l-Artikolu 6, jieħu miżuri li jipprevedu eċċezzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża għal kategorija ta’ ċittadini tal-pajjiż terz kopert minn att delegat adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jikkomunika dawk il-miżuri skont l-Artikolu 12. 6. Qabel tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta att delegat adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża, dwar id-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu rimedjati ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża. Ir-rapporti kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat tiġi ttrasferita mill-Anness II għall-Anness I. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 10 sabiex temenda l-Anness II biex jiġi estiż il-perjodu ta’ sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża stabbilit mill-att delegat adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sad-dħul fis-seħħ tal-emenda li tittrasferixxi r-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat għall-Anness I. Dik l-estensjoni ma għandhiex taqbeż perjodu massimu ta’ 24 xahar. In-nota ta’ qiegħ il-paġna li takkumpanja r-referenza għandha tiġi emendata kif meħtieġ. Meta, minħabba n-natura persistenti taċ-ċirkostanzi li jammontaw għar-raġunijiet għal sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1), il-punt (g), fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi dwar relazzjonijiet esterni jew drittijiet fundamentali, jew taċ-ċirkostanzi li jammontaw għar-raġunijiet għal sospensjoni stabbiliti fl-Artikolu 8a(1), il-punt (h), att delegat ġie adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u applikat għal ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali, il-Kummissjoni tista’ tindika fir-rapport relatat ma’ dak l-att delegat adottat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li hemm bżonn li jiġi adottat att delegat sabiex il-perjodu ta’ sospensjoni jiġi estiż b’perjodu ieħor ta’ 24 xahar. F’dak il-każ, l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis. 7. Meta ċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għas-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża jiġu rrimedjati qabel tmiem il-perjodu ta’applikazzjoni ta’ att delegat adottat skont il-paragrafu 1 jew 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 10 sabiex temenda l-Anness II biex titneħħa s-sospensjoni temporanja. (*1) Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1896/oj)." (*2) Ir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (ĠU L 468, 30.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2303/oj)." (*3) Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/794/oj).”;" |
|
(3) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Novembru 2025.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2025.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1806/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147 (ĠU L, 2024/1359, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1359/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2226/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1240/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/192/oj).
(8) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kusill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).
(10) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).
(12) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2011/350/oj.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2441/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)