<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑469/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0469</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:609">EU:C:2016:609</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160728">28.7.2016</DATE> – KAWŻA C‑469/14</P><P>MASTERRIND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1/2005</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Vjaġġi twal</KEYWORD><KEYWORD>Punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I ,</KEYWORD><KEYWORD>Ħinijiet ta’ vjaġġar u ta’ mistrieħ tal-annimali matul it-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Trasport tal-annimali tal-ifrat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>perijodu ta’ mistrieħ biżżejjed ta’ mill-inqas siegħa<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà li t-trasport jiġi interrott diversi drabi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 22</KEYWORD><KEYWORD>Dewmien matul it-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u (UE) Nru 817/2010</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti fil-qasam tal-benesseri tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Regolament Nru 817/2010</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2) sa (4)</KEYWORD><KEYWORD>Veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ</KEYWORD><KEYWORD>Rapport u entrata fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ tal-annimali mit-territorju doganali tal-Unjoni fir-rigward tal-osservanza jew tan-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005</KEYWORD><KEYWORD>Riżultat mhux sodisfaċenti tal-kontrolli mwettqa</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Natura vinkolanti jew le tal-imsemmija entrata fir-rigward tal-awtorità nazzjonali kompetenti għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑469/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Hamburg (qorti tal-finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20140829">29 ta’ Awwissu 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Masterrind GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hamburg-Jonas,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Hauptzollamt Hamburg-Jonas, minn S. Heise, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn S. Ghiandoni u D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers u B. Schima, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20160121">21 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat‑<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="003" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 3, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas‑<DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="245" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 245, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża li permezz tagħha Masterrind GmbH tikkontesta r-regolarità ta’ deċiżjoni tal-Hauptzollamt Hamburg-Jonas (l-uffiċċju doganali ewlieni ta’ Hamburg-Jonas, il-Ġermanja) dwar l-irkupru totali ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li kienu ingħatawlha għall-esportazzjoni lejn il-Marokk ta’ konsenja ta’ sitt annimali tal-ifrat għat-tgħammir.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1/2005</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11 u 19 tar-Regolament Nru 1/2005 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(11)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni effettiva u konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar il-Komunità fid-dawl tal-prinċipju bażiku tagħha skond liema l-annimali m’għandhomx jiġu trasportati b’mod li jista’ jikkawwża uġiegħ u tbatija żejda għalihom, huwa xieraq li jiġu stabbiliti disposizzjonijiet dettaljati li jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi li jivverfikaw ruħhom rigward it-tipi varji ta’ trasport. Tali disposizzjonijiet dettaljati għandhom jiġu interpretati u applikati in konformità mal-prinċipju msemmi hawn il-quddiem u għandhom jiġu emendati fil-ħin meta, b’mod partikolari fid-dawl ta’ parir xjentifiku ġdid, jidhru li m’ għadhomx jiżguraw konformità mal-prinċipju t’ hawn fuq għal speċi jew tipi ta’ trasport partikolari.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 ta’ l‑<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 319] jipprovdi għal perijodi massimi tas-sewqan u perijodi ta’ mistrieħ minimi għal sewwieqa. Huwa xieraq li l-vjaġġi għall-annimali jkunu regolati b’mod simili. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l‑<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE> dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227] jipprovdi għal apparat ta’ reġistrazzjoni sabiex ikun installat u wżat sabiex jiġu assigurati spezzjonijiet effettivi rigward il-konformità mal-leġislazzjoni soċjali li tikkonċerna t-trasport bit-triq. Huwa meħtieġ li tali data ta’ reġistrazzjoni tkun disponibbli u eżaminata sabiex jiġu nfurzati limiti bil-ħin rigward l-ivvjaġġar taħt il-leġislazzjoni dwar il-benesseri ta’ l-annimal.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kondizzjonijiet ġenerali għat-trasport ta’ l-annimali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-ebda persuna m’għandha titrasporta annimali jew twassal li annimali jiġu trasportati b’mod li jista’ jwassal għal korriment jew tbatija bla bżonn.</P><P>Barra minn hekk, il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-arranġamenti meħtieġa kollha jkunu saru bil-quddiem sabiex jiġi mnaqqas it-tul tal-vjaġġ u sabiex il-ħtiġijiet ta' l-annimali matul il-vjaġġ ikunu sodisfatti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>it-trasport isir bla dewmien għall-post destinat u l-kondizzjonijiet tal-benesseri ta’ l-annimali huma eżaminati regolarment u miżmuma b’mod xieraq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>jiġu mogħtija ilma, ġwies u mistrieħ lill-annimali f’ intervalli xierqa u li jkunu xierqa fil-kwalità u l-kwantità għall-ispeċi u l-qies tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1/2005, it-trasportaturi għandhom jittrasportaw l-annimali skont ir-regoli tekniċi stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Dan l-anness jinkludi, fil-Kapitolu V tiegħu, ir-regoli relatati mal-intervalli għat-tisqija u għall-għalif kif ukoll mal-ħinijiet tal-ivvjaġġar u ta’ mistrieħ. Il-punt 1.4 ta’ dan il-kapitolu jirrigwarda t-trasport bit-triq b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat minbarra l-għoġġiela mhux miftuma għal vjaġġi twal, li huma ddefiniti fl-Artikolu 2(m) tar-Regolament Nru 1/2005 bħala vjaġġi li jaqbżu t-tmien sigħat, li jibdew minn meta l-ewwel annimal tal-konsenja jiġi mmobilitat. It-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.1.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima japplikaw għall-moviment ta’ equidae domestiċi, ħlief equidae reġistrati, annimali domestiċi ta’ speċi bovina, ovina, kaprina u suwina, għajr f’każ ta’ trasport bl-ajru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.2.</NO.P><TXT>Il-ħin tal-vjaġġi għal annimali ta’ l-ispeċi msemmija f’punt 1.1. m’għandux jeċċedi tmien sigħat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.3.</NO.P><TXT>Il-ħin tal-vjaġġ massimu f’punt 1.2. jista’ jiġi estiż jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti addizzjonali tal-Kapitoli VI.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.4.</NO.P><TXT>L-intervalli ta’ l-ilma u l-ikel, il-ħin tal-vjaġġi u l-perijodi tal-mistrieħ meta jintużaw vetturi tat-triq li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1.3. huma spjegati kif inhu ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Għoġġiela mhux miftuma [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Qżieqeż […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>Equidae domestiċi [...]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>L-annimali l-oħra kollha ta’ l-ispeċi msemmija fil-punt 1.1. għandhom, wara 14‑il siegħa ta’ vjaġġar, jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-anqas siegħa biżżejjed għalihom b’mod partikolari jingħataw likwidi u jekk hemm bżonn ikel. Wara dan il-perijodu ta’ mistrieħ, jisgħtu jiġu trasportati għal 14‑il siegħa oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1.5.</NO.P><TXT>Wara l-ħin stabbilit tal-vjaġġ, l-annimali għandhom jinħattu, jiġu mitmugħa u misqija u jitħallew jistrieħu għal mill-anqas 24 siegħa.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1.8.</NO.P><TXT>Fl-interess ta’ l-annimali, il-ħin tal-vjaġġi fil-punti 1.3, 1.4. u 1.7. (b) jistgħu jiġu estiżi b’sagħtejn, meħuda in konsiderazzjoni, b’mod partikolari il-qrib lejn il-post tad-destinazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1/2005, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dewmien matul it-trasport<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tippreveni jew tnaqqas għal minimu kull dewmien matul it-trasport jew tbatija ta’ l-annimali meta ċirkostanzi mhux previsti jimpedixxu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tassigura li arranġamenti speċjali huma magħmula fil-postijiet tat-trasferiment, punti tal-ħruġ u f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera sabiex tingħata prijorita lit-trasport ta’ l-annimali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda kunsinna ta’ l-annimali m’għandha tinżamm matul it-trasport jekk dan ma jkunx strettament neċessarju għall-benesseri ta’ l-annimali jew raġunijiet ta’ sigurta’ pubblika. M’għandu jsir l-ebda dewmien żejjed bejn il-kompletar tat-tqandil u tat-tluq. Jekk tkun ġiet miżmuma kunsinna ta’ l-annimali matul it-trasport għal aktar minn sagħtejn, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li jsiru arranġamenti speċjali għall-kura ta’ l-annimali u, fejn huwa neċessarju, it-tmiegħ, l-ilma, il-ħatt u l-akkommodazzjoni tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u Nru 817/2010</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 168 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat‑<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>), l-għoti u l-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat ħajjin għandhom ikunu suġġetti għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benesseri tal-annimali u, b’mod partikolari, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni hija implementata bir-Regolament Nru 817/2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessa 5 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar tistabbilixxi li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>valutazzjoni tal-kondizzjoni fiżika u stat ta’ saħħa tal-annimali tirrikjedi kompetenza u esperjenza speċifiċi. Il-kontrolli għalhekk għandhom isiru minn veterinarju. Barra minn dan, l-estensjoni ta’ dawk il-kontrolli għandha tkun iċċarata u rapport mudell għandu jkun stabbilit biex dawk il-kontrolli jintgħamlu b’mod preċiż u armonizzat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Huwa speċifikat b’mod partikolari fil-premessa 7 tal-imsemmi regolament li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>mingħajr preġudizzju għal kawżi ta’ force majeure rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja [...], il-ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-benesseri tal-annimali twassal għat-telf tar-rifużjoni tal-esportazzjoni u mhux għal tnaqqis tagħha, skont l-għadd ta’ annimali li għalih ma jkunux ġew imħarsa r-rekwiżiti tal-benesseri<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 817/2010 jipprovdi li l-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandu jkun suġġett għall-osservanza tal-Artikoli 3 sa 9 tar-Regolament Nru 1/2005 u tal-annessi tiegħu waqt it-trasport tal-annimali tal-ifrat ħajjin lejn l-ewwel post tal-ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 817/2010:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-veterinarju uffiċjali fil-punt ta’ ħruġ għandu jivverifika skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE[, tas‑<DATE ISO="19961217">17 ta’ Diċembru 1996</DATE>, dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 197)], għal dawk l-annimali li għalihom dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni hija aċċettata jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1/2005 kinux osservati mill-post tat-tluq, kif iddefinit fl-Artikolu 2 (r) ta’ dak ir-Regolament, sal-punt ta’ ħruġ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>L-uffiċjal veterinarju li jkun mexxa l-kontrolli għandu jimla rapport skont il-mudell miġjub fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament li jiċċertifika jekk ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-ewwel subparagrafu humiex sodisfaċenti jew mhux sodisfaċenti.</P><P>[...] Kopja tar-rapport għandha tintbagħat lill-aġenżija tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Konformement mal-paragrafi 3 u 4 tal-istess artikolu, meta l-imsemmi veterinarju jkun issodisfatt li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ntlaħqu, huwa għandu jiċċertifika dan fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, minbarra, jekk ikun il-każ, l-annimali li għalihom ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1/2005 ma kinux osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 817/2010 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Artikolu 4</TI.ART><ALINEA>Proċedura għal ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Applikazzjonijiet għall-ħlas ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni [...] għandhom ikunu ssupplimentati [...]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>bid-dokument li jirreferi għalih l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament mimli b’mod dovut;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART>Artikolu 5</TI.ART><STI.ART>Nuqqas ta’ pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-somma totali tar-rifużjoni tal-esportazzjoni għal kull annimal li tiġi kkalkolata skont it-tieni subparagrafu ma għandhiex titħallas għal:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>annimali li għalihom, fid-dawl tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2) u/jew l-elementi l-oħra kollha disponibbli għaliha li jikkonċernaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tqis li ma tkunx inżammet konformità mal-Artikoli 3 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u l-Annessi msemmija fihom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Ġunju 2011, Masterrind iddikjarat l-esportazzjoni lejn il-Marokk ta’ sitt annimali tal-ifrat għat-tgħammir u kisbet il-pagament bil-quddiem tal-ħlasijiet marbuta ma’ din l-esportazzjoni b’deċiżjoni tal-uffiċċju doganali ewlieni ta’ Hamburg-Jonas, tat‑<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-trasport bi trakk minn Northeim (il-Ġermanja), fejn tgħabbew l-annimali, sal-port ta’ Sète (Franza), fejn tgħabbew fuq bastiment għall-kumplament tal-vjaġġ, seħħ kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE> mill-għaxra u nofs ta’ filgħodu: tagħbija;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess jum lejn il-ħdax u nofs ta’ filgħodu: tluq mill-post tat-tagħbija;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess jum fis-sebgħa ta’ filgħaxija: waqfa ta’ siegħa f’Wasserbillig (il-Lussemburgu) għall-għalf;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess jum fl-għaxra ta’ filgħaxija: waqfa ta’ għaxar sigħat f’Épinal (Franza) għat-tieni waqfa għall-għalf, meħtieġa fid-dawl tal-obbligi fil-qasam tal-ħinijiet tas-sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ statutorji li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 561/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>17 ta’ Ġunju lejn it-tmienja ta’ filgħodu: tkomplija tal-vjaġġ;</P></ITEM><ITEM><P>l-istess jum fil-ħamsa ta’ filgħaxija: wasla f’Sète.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara verifika mwettqa f’dan il-post mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ, dan għamel l-entrata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Ma jikkonformax mal-verifika uffiċjali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 817/2010<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, għall-annimali kollha, fir-rapport ta’ verifika. Deher ukoll li, skont l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet veterinarji Franċiżi, trasport ta’ annimali tal-ifrat mingħajr ħatt li t-tul totali tiegħu, inkluż il-perijodu ta’ mistrieħ preskritt għas-sewwieqa tat-trakkijiet, jaqbeż il-31 siegħa ma jissodisfax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>, l-uffiċċju doganali ewlieni ta’ Hamburg-Jonas talab ir-rimbors tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mogħtija lil Masterrind, miżjuda b’ 10 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li ressqet kontestazzjoni kontra din id-deċiżjoni, hija indirizzat ruħha lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikseb l-opinjoni tagħha fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005, dwar il-ħin tal-vjaġġ u l-perijodi ta’ mistrieħ. Din l-istituzzjoni qalet li hija kienet tqis li dawn id-dispożizzjonijiet kienu jimplikaw li t-tul massimu tal-vjaġġ mingħajr ħatt awtorizzat għall-annimali tal-ifrat huwa ta’ 29 siegħa, magħduda mit-tagħbija u li jinkludu ħin ta’ mistieħ ta’ siegħa fil-vettura, iżda li, fl-interess tal-annimali, fid-dawl b’mod partikolari tal-prossimità tal-post ta’ destinazzjoni, dan it-tul jista’ jiġi estiż b’sagħtejn, b’tali mod li t-tul tal-vjaġġ ma jista’ fl-ebda każ jeċċedi l-31 siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20130719">19 ta’ Lulju 2013</DATE>, l-uffiċċju doganali ewlieni ta’ Hamburg-Jonas ċaħad il-kontestazzjoni ta’ Masterrind, billi indika li huwa kien marbut bl-evalwazzjoni tal-veterinarju uffiċjali tal-punt tal-ħruġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Masterrind ressqet rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Finanzgericht Hamburg (qorti tal-finanzi ta’ Hamburg, il-Ġermanja), li fih argumentat li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fil-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005 jimplika li l-ħin ta’ mistrieħ bejn iż-żewġ stadji ta’ trasport jista’ jkun ta’ iktar minn siegħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, is-soluzzjoni tal-kawża li hija adita biha tiddependi mill-kwistjoni, minn naħa, jekk effettivament il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fil-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005 jimplikawx li l-ħin ta’ mistrieħ bejn iż-żewġ perijodi ta’ trasport jista’ jkun ta’ iktar minn siegħa u, min-naħa l-oħra, jekk l-entrata tal-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ, fi Franza, li t-trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħ b’mod mhux konformi ma’ dan ir-regolament, tistax tiġi kkontestata jew le quddiem l-awtorità Ġermaniża kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tal-annimali ttrasportati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel punt, il-qorti tar-rinviju tqis, l-ewwel nett, li ma huwiex rilevanti li t-trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kienx maqsum f’żewġ perijodi ta’ vjaġġar, kif indikat fl-imsemmi punt 1.4(d), iżda fi tlieta, b’tul ta’ tmien sigħat u nofs, ta’ sagħtejn u ta’ disa’ sigħat rispettivament, peress li ebda waħda minn dawn l-istadji, jew żewġ stadji wara xulxin, ma eċċedew it-tul massimu ta’ 14‑il siegħa impost minn din id-dispożizzjoni għal kull wieħed miż-żewġ stadji ta’ trasport li hija tipprevedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tieni nett, filwaqt li tfakkar il-kliem tal-punt 15 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Interboves</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:548">EU:C:2008:548</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll il-punt 18 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi f’din il-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Interboves</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:162">EU:C:2008:162</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li l-imsemmija dispożizzjoni timponi perijodu ta’ mistrieħ intermedjarju li għandu jkun ta’ mill-inqas siegħa, iżda li jista’ jeċċedi dan il-perijodu. Hija tqis li r-regola ġenerali mniżżla fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/2005, li l-arranġamenti meħtieġa kollha kellhom isiru bil-quddiem sabiex jiġi mnaqqas it-tul tal-vjaġġ u sabiex il-ħtiġijiet tal-annimali matul il-vjaġġ ikunu ssodisfatti, ġiet ikkonkretizzata mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fir-rigward tat-trasport bit-triq tal-annimali tal-ifrat, fir-regola mniżżla fil-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I ta’ dan ir-regolament, li jippreskrivi perijodu ta’ mistrieħ intermedjarju ta’ mill-inqas siegħa, u mhux ta’ siegħa kif tinsisti l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġuni għal dan il-perijodu ta’ mistrieħ, il-qorti tar-rinviju tqis li dan ma għandux għalfejn ikun intiż esklussivament għax-xorb jew għall-ikel tal-annimali, billi tagħmel riferiment għall-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew għal kliem ekwivalenti użati fid-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din ir-regola, fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa biżżejjed b’mod partikolari sabiex jingħatawlhom likwidi u ikel jekk hemm bżonn<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. L-imsemmi perijodu ta’ mistrieħ jista’ għalhekk jiġi ġġustifikat, bħal f’dan il-każ, bl-osservanza tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ ħinijiet tas-sewqan u ta’ mistrieħ applikabbli għas-sewwieqa fit-toroq, peress li l-annimali jibbenefikaw mill-ikel fl-istess ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-qorti tar-rinviju, il-perijodu ta’ mistrieħ ma’ żewġ perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu ta’ 14‑il siegħa ma jistgħux, huma stess, jaqbżu total ta’ 14‑il siegħa, li jikkorrispondi għat-tul massimu ta’ perijodu ta’ vjaġġar. Tali limitazzjoni, li din il-qorti tqis li hija ferm inqas mill-perijodu ta’ mistrieħ ta’ 24 siegħa bil-ħatt impost fil-punt 1.5 tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005 wara żewġ perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu ta’ 14‑il siegħa kull wieħed, hija ġġustifikata mill-fatt li perijodu ta’ mistrieħ mingħajr ħatt għandu inqas benefiċċju u mill-għan li tiġi limitata, sa fejn possibbli, akkumulazzjoni kbira ta’ perijodi ta’ vjaġġar mingħajr ħatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni punt, jiġifieri n-natura vinkolanti fil-konfront tal-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tal-entrata mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ li t-trasport inkwistjoni fil-kawża prinċipali seħħ b’mod mhux konformi mar-Regolament Nru 1/2005, il-qorti tar-rinviju tqis li l-entrata, minn dan il-veterinarju, dwar l-evalwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-osservanza ta’ dan ir-regolament kif ukoll it-timbru tiegħu jikkostitwixxu formalità amministrattiva li tista’ tiġi kkontestata biss flimkien mad-deċiżjoni, fil-mertu, li tirrifjuta l-għoti ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mill-awtorità responsabbli għall-pagament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din l-opinjoni, l-imsemmija qorti tqis, fl-ewwel lok, li l-intervent mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ma għandux effett leġiżlattiv dirett fil-konfront tal-esportatur u ta’ terzi, peress li s-sitwazzjoni legali tal-esportatur hija affettwata biss bid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti<?PAGE NO="8"?> għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni. Għalhekk dan l-intervent jidher bħala pass fi proċedura li tinkludi diversi passi, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament Nru 817/2010, li jitratta l-entrata magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ bħala kundizzjoni proċedurali, kundizzjoni li hija ssodisfatta indipendentement mill-kontenut, pożittiv jew negattiv, ta’ din l-entrata, filwaqt li l-evalwazzjoni fil-mertu għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija tagħmel riferiment għas-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Viamex Agrar Handel</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:158">EU:C:2008:158</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Heemskerk u Schaap</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑455/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:650">EU:C:2008:650</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), minn fejn jirriżulta li l-evalwazzjoni pożittiva tal-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ ma tikkostitwixxix prova <HT TYPE="ITALIC">inkonfutabbli</HT> tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trasport tal-annimali u, konsegwentement, ma torbotx lill-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fid-dawl ta’ elementi kuntrarji għal din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, il-qorti tar-rinviju tqis li r-rapport fuq ir-riżultat tal-verifiki magħmula, li l-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ għandu jistabbilixxi b’mod parallel mal-entrata fuq id-dokument ta’ esportazzjoni u li huwa għandu jindirizza lill-imsemmija awtorità, jinkludi elementi li jaqgħu taħt il-kompetenza partikolari tal-veterinarju, li din il-qorti tifhem li għandha valur partikolari, liema kompetenza madankollu ma hijiex relatata mal-verifika fid-dritt, mill-aġenzija li tħallas, li ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet tad-dritt għal ħlasijiet lura fid-dawl tal-konstatazzjonijiet magħmula minn dan il-veterinarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi il-Finanzgericht Hamburg (qorti tal-finanzi ta’ Hamburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni tal-punt 1.4 tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, li tipprovdi li wara 14‑il siegħa ta’ vjaġġar l-annimali għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa li jkun biżżejjed għalihom b’mod partikolari sabiex jingħataw likwidi u jekk hemm bżonn ikel u li, wara dan il-perijodu ta’ mistrieħ, dawn l-annimali jkunu jistgħu jiġu ttrasportati għal 14-il siegħa oħra, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-perijodi ta’ trasport jistgħu jiġu interrotti [...] b’perijodu ta’ mistrieħ ta’ iktar minn siegħa jew b’diversi perijodi ta’ mistrieħ li [...] wieħed minnhom ikun ta’ [mill-inqas] siegħa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-aġenzija tal-ħlas tal-Istat Membru individwali hija marbuta bl-entrata tal-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 817/2010, bil-konsegwenza li l-legalità [tan-natura negattiva ta’ din l-]entrata hija suġġetta għal stħarriġ biss mill-awtorità li hija responsabbli għall-azzjonijiet [ta’ dan il-veterinarju], jew [din] l-entrata [...] ma hija xejn iktar minn att proċedurali tal-awtorità li jista’ jiġi kkontestat biss flimkien mal-appelli li jistgħu jsiru kontra d-deċiżjonijiet sostantivi tal-aġenzija tal-ħlas?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, permezz tal-ewwel parti tal-ewwel domanda, jekk il-punt 1.4 tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005, għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq tal- annimali tal-ispeċi msemmija, b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat, iż-żewġ perijodi ta’ vjaġġar ta’ erbatax-il siegħa jistgħux jiġu interrotti b’perijodu ta’ mistrieħ ta’ iktar minn siegħa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li r-risposta għal din id-domanda tirriżulta espressament mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, li tipprovdi li l-annimali tal-ispeċi msemmija għandhom jingħataw, wara erbatax-il siegħa ta’ trasport, perijodu ta’ mistrieħ biżżejjed, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ta’ mill-anqas siegħa<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Fil-fatt, dan il-kliem mhux ambigwu jindika li t-tul tal-perijodu ta’ mistrieħ intermedjarju jista’ jkun ta’ iktar minn siegħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 58, 59 u 62 tal-konklużjonijiet tiegħu, trasport ta’ annimali ħajjin għandu, anki f’dan ir-rigward, jikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/2005. Fil-fatt, bħalma huwa stabbilit fil-premessa 11 ta’ dan tal-aħħar, id-dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-bżonnijiet partikolari fir-rigward tat-tipi differenti ta’ trasport, bħall-punt 1.4 tal-Kapitolu V tal-Anness I tal-imsemmi regolament, għandhom jiġu interpretati u applikati konformement mal-prinċipju li l-annimali ma għandhomx jiġu ttrasportati f’kundizzjonijiet li fihom jistgħu jkorru jew ibatu mingħajr bżonn, liema prinċipju jinsab fl-ewwel paragrafu tal-imsemmi Artikolu 3 u li ċerti implikazzjonijiet ġenerali tiegħu jissemmew fit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu. Fost dawn tal-aħħar hemm dawk li jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tul tal-vjaġġ u li t-trasport isir mingħajr dewmien, elenkati fil-punti (a) u (f) ta’ dan it-tieni paragrafu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>perijodu ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-imsemmi punt 1.4(d), li l-annimali għandhom jibbenefikaw minnu b’mod partikolari sabiex jingħataw likwidi u ikel jekk ikun hemm bżonn, il-funzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ mistrieħ hija, bħalma jindika l-kliem, li l-annimali ttrasportati jkunu jistgħu jistrieħu mill-għejja u mill-inkonvenjenzi sofferti matul il-perijodu ta’ vjaġġar preċedenti u, għalhekk, li jibdew it-tieni perijodu ta’ vjaġġar f’kundizzjonijiet tajbin. Sakemm il-waqfa tal-vettura tissodisfa dan il-bżonn essenzjali ta’ mistrieħ, din il-waqfa tista’ titqies iġġustifikata, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-prolongazzjoni tagħha tissodisfa dan il-bżonn esklussivament jew anki ħtiġijiet oħrajn marbuta mat-trasport innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tul tal-perijodu ta’ mistrieħ intermedjarju ma jista’ qatt jikkostitwixxi, f’ċirkustanzi konkreti li fihom iseħħ dan il-mistrieħ u t-trasport fit-totalità tiegħu, riskju ta’ korriment jew ta’ tbatija mingħajr bżonn għall-annimali ttrasportati. Hija l-awtorità nazzjonali kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni u, jekk ikun il-każ, il-qrati nazzjonali li għandhom jagħmlu l-evalwazzjonijiet meħtieġa f’dan ir-rigward f’kull każ partikolari, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, b’mod partikolari fid-dawl ta’ jekk il-miżuri ta’ organizzazzjoni adottati humiex adegwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 1/2005 jipprekludi li t-tul tal-vjaġġ u ta’ mistrieħ meħuda flimkien, kif previst fil-punt 1.4 tal-Kapitolu V tal-Anness I ta’ dan ir-regolament, jeċċedi 29 siegħa, suġġett għall-possibbiltà li jiġi estiż b’sagħtejn fl-interess tal-annimali, konformement mal-punt 1.8 ta’ dan il-kapitolu, u bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 tal-imsemmi regolament, dwar id-dewmien matul it-trasport fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux prevedibbli li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 51 sa 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn naħa, l-awtorizzazjoni ta’ tul tal-vjaġġ u ta’ mistrieħ meħuda flimkien ta’ iktar minn 29 siegħa tmur kontra l-prinċipju stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1/2005, imfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, jiġifieri li għandhom jiġu evitati r-riskji ta’ korriment u ta’ tbatija mingħajr bżonn għall-annimali ttrasportati, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ dan il-prinċipju li huma l-obbligi li t-tul tal-vjaġġ jiġi limitat kemm jista’ jkun u li t-trasport isir mingħajr dewmien. F’dan ir-rigward, skont il-punt 1.5 tal-Kapitolu V tal-Anness I ta’ dan ir-regolament, wara t-tul ta’ vjaġġ stabbilit konformement mal-punt 1.4 tal-imsemmi Kapitolu V, l-annimali għandhom jinħattu, jiġu mitmugħa u misqija, u għandhom jitħallew jistrieħu għal mill-inqas 24 siegħa. Min-naħa l-oħra, din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-fatt li l-punt 1.8 ta’ dan il-kapitolu jipprevedi li t-tul tal-vjaġġ stabbilit fil-punt 1.4 tal-imsemmi kapitoli jista’ jiġi estiż b’sagħtejn biss, u dan fl-interess tal-annimali biss, fid-dawl b’mod partikolari tal-prossimità tal-post ta’ destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi sussegwentement, essenzjalment, jekk il-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq ta’ annimali tal-ispeċi msemmija, b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat, iż-żewġ perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu erbatax-il siegħa, li għandhom jiġu interrotti b’ perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas siegħa, jistgħu jinkludu wkoll stadji oħrajn ta’ waqfien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Irrispettivament mill-fatt li ma huwiex prattiku fir-realtà li s-sewwieqa ta’ vetturi ta’ trasport tal-annimali inkwistjoni jiġu obbligati jieqfu biss fl-aħħar ta’ perijodu ta’ vjaġġar, ta’ tul massimu ta’ erbatax-il siegħa, għandu jiġi kkonstatat li, f’ċirkustanzi normali, stadju ta’ trasport li matulu l-vettura titneħħa miċ-ċirkulazzjoni u titwaqqaf oġġettivament joħloq inqas inkonvenjent għall-annimali ttrasportati minn stadju ta’ vjaġġar, bħalma jirriżulta mid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fl-Artikolu 2(t) tar-Regolament Nru 1/2005, li jsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kull waqfa matul il-vjaġġ li m’huwiex post ta’ destinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u minn ċerti partijiet mill-opinjoni fuq il-benesseri tal-annimali matul it-trasport, stabbilita fil‑<DATE ISO="20020311">11 ta’ Marzu 2002</DATE>, mill-kumitat xjentifiku dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, li jenfasizzaw il-konsegwenzi negattivi tal-movimenti tal-vettura fuq il-benesseri tal-annimali ttrasportati. Għalhekk, il-fatt li perijodu ta’ vjaġġar ta’ tul massimu ta’ erbatax-il siegħa jinkludi stadju wieħed jew iktar ta’ waqfien ma għandux, bħala prinċipju, jitqies bħala sfavorevoli għall-benesseri tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, dan jew dawn l-istadji ta’ waqfien addizzjonali għandhom, minn naħa, ikunu ġġustifikati minn ħtiġijiet marbuta mat-trasport innifsu u, min-naħa l-oħra, jiżdiedu mal-istadji ta’ vjaġġar għall-komputazzjoni tal-perijodu ta’ vjaġġar ta’ tul massimu ta’ erbatax-il siegħa li jagħmlu parti minnu, b’osservanza tal-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament Nru 1/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq ta’ annimali tal-ispeċi msemmija, b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat minbarra l-għoġġiela mhux miftuma, minn naħa, il-perijodu ta’ mistrieħ bejn il-perijodi ta’ vjaġġar jista’, bħala prinċipju, ikun ta’ iktar minn siegħa. Madankollu, dan il-perijodu, jekk jeċċedi siegħa, ma għandux jikkostitwixxi, fiċ-ċirkustanzi konkreti li fihom iseħħu dan il-mistrieħ u t-trasport fit-totalità tiegħu, riskju ta’ korriment jew ta’ tbatija mingħajr bżonn għall-annimali ttrasportati. Barra minn hekk, it-tul tal-vjaġġ u l-perijodu ta’ mistrieħ meħuda flimkien, kif previst fil-punt 1.4(d) ta’ dan il-kapitolu, ma għandux jeċċedi 29 siegħa, suġġett għall-possibbiltà li jiġi estiż b’sagħtejn fl-interess tal-annimali, konformement mal-punt 1.8 tal-imsemmi kapitolu, u bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux prevedibbli. Min-naħa l-oħra, il-perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu 14‑il siegħa kull wieħed jistgħu jinkludu stadju wieħed jew iktar ta’ waqfien. Dawn l-istadji ta’ waqfien għandhom jiżdiedu mal-istadji ta’ vjaġġar għall-komputazzjoni tat-tul totali tal-perijodu ta’ vjaġġar ta’ massimu ta’ 14‑il siegħa li jagħmlu parti minnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 817/2010 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni tal-annimali tal-ifrat hijiex marbuta bl-entrata, magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni tal-annimali inkwistjoni, li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 ma ġewx osservati fil-kuntest tat-trasport ta’ dawn l-annimali, f’parti minnhom jew fit-totalità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2(2) sa (4) tar-Regolament Nru 817/2010, l-intervent tal-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ huwa limitat li jivverifika l-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 u li jagħmel, lill-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, rapport li jiċċertifika r-riżultati tal-kontrolli mwettqa, fejn dawn ir-riżultati jkunu wkoll is-suġġett ta’ entrata fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament Nru 817/2010, hija l-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li għandha tevalwa jekk id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 ġewx osservati jew le fil-kuntest tat-trasport inkwistjoni, u d-deċiżjoni f’dan ir-rigward għandha tittieħed abbażi tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 817/2010 u/jew ta’ kull element ieħor għad-dispożizzjoni tagħha fir-rigward tal-osservanza ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. L-imsemmi Artikolu 4(2) isemmi, għall-parti tat-trasport imwettqa fit-territorju tal-Unjoni, id-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ minn dan it-territorju kif ikkompletat mill-veterinarju uffiċċjali fil-punt tal-ħruġ konformement mal-Artikolu 2(3) jew (4) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. Barra minn hekk, fost l-elementi l-oħrajn għad-dispożizzjoni ta’ din l-awtorità hemm ir-rapport ta’ dan il-veterinarju uffiċjali, imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-istess regolament. Stabbilit konformement mal-mudell li jikkostitwixxi l-Anness I ta’ dan l-istess regolament, dan ir-rapport jinkludi indikazzjonijiet preċiżi kif ukoll osservazzjonijiet li, jekk ikun il-każ, jippermettu lill-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ssir taf fid-dettall ir-raġunijiet li għalihom il-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ qies li r-riżultati tal-kontrolli mwettqa għall-annimali ttrasportati kollha jew parti minnhom ma kinux sodisfaċenti, u semma din l-evalwazzjoni fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, kif previst fl-imsemmi Artikolu 2(4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, f’deċiżjoni f’sitwazzjoni opposta fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni li kienet preċedentement fis-seħħ, fejn l-entrata magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ kienet tinkludi evalwazzjoni pożittiva ta’ dan tal-aħħar dwar l-osservanza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tat-trasport ta’ annimali ħajjin, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-konstatazzjoni magħmula minn dan il-veterinarju ma kinitx tikkostitwixxi prova <HT TYPE="ITALIC">inkonfutabbli</HT> ta’ din l-osservanza, b’tali mod li l-imsemmija konstatazzjoni ma kinitx torbot lill-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u konkreti li jistabbilixxu l-kuntrarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Viamex Agrar Handel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑96/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:158">EU:C:2008:158</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Heemskerk u Schaap</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑455/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:650">EU:C:2008:650</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li d-dispożizzjonijiet rilevanti għal dawn is-sentenzi huma, essenzjalment, identiċi għad-dispożizzjonijiet fis-seħħ bħalissa, din il-ġurisprudenza għadha applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, minkejja li jistgħu jitqajmu dubji dwar l-evalwazzjoni tal-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ meta dan iqis li l-annimali ġew ittrasportati konformement mad-dispożizzjonijiet li għandhom ikunu osservati sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, ma hemmx raġuni li dan ikun mod ieħor meta jagħmel evalwazzjoni opposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, jidher li, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 817/2010, id-deċiżjoni dwar l-osservanza tar-rekwiżiti li d-dritt għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni huwa suġġett għalihom, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-osservanza tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005, taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali kompetenti għal dan il-pagament, fejn l-indikazzjonijiet mogħtija mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ, fil-kuntest tal-kollaborazzjoni bejniethom imwaqqfa mir-Regolament Nru 817/2010, jikkostitwixxu ċertament prova li, iżda, hija konfutabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Dan huwa iktar u iktar il-każ meta, bħal fil-kawża prinċipali, l-evalwazzjoni ta’ dan il-veterinarju ma tkunx tirrigwarda l-evalwazzjoni tal-istat fiżiku u tal-istat ta’ saħħa tal-annimali, li, skont il-premessa 5 tar-Regolament Nru 817/2010, tirrikjedi kompetenza u esperjenza speċifiċi li jiġġustifikaw li l-kontrolli jsiru minn veterinarju. Fil-fatt, il-preżunzjoni ta’ rilevanza li naturalment għandhom l-evalwazzjonijiet magħmula minn persuna tas-sengħa fil-qasam tal-kompetenza tagħha ma tapplikax meta dawn l-evalwazzjonijiet jirrigwardaw kwistjonijiet lil hinn minn dan il-qasam ta’ kompetenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-risposta għat-tieni domanda għalhekk għandha tkun li r-Regolament Nru 817/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat ma hijiex marbuta mill-entrata, magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni tal-annimali inkwistjoni, li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 ma ġewx osservati fil-kuntest tat-trasport ta’ dawn l-annimali, f’parti minnhom jew fit-totalità tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 1.4(d) tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat‑<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq ta’ annimali tal-ispeċi msemmija, b’mod partikolari tal-annimali tal-ifrat minbarra l-għoġġiela mhux miftuma, minn naħa, il-perijodu ta’ mistrieħ bejn il-perijodi ta’ vjaġġar jista’, bħala prinċipju, ikun ta’ iktar minn siegħa. Madankollu, dan il-perijodu, jekk jeċċedi siegħa, ma għandux jikkostitwixxi, fiċ-ċirkustanzi konkreti li fihom iseħħ dan il-mistrieħ u t-trasport fit-totalità tiegħu, riskju ta’ korriment jew ta’ tbatija mingħajr bżonn għall-annimali ttrasportati. Barra minn hekk, it-tul tal-vjaġġ u ta’ mistrieħ meħuda flimkien, kif previst fil-punt 1.4(d) ta’ dan il-kapitolu, ma għandux jeċċedi 29 siegħa, suġġett għall-possibbiltà li jiġi estiż b’sagħtejn fl-interess tal-annimali, konformement mal-punt 1.8 tal-imsemmi kapitolu, u bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 ta’ dan ir-regolament fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux prevedibbli. Min-naħa l-oħra, il-perijodi ta’ vjaġġar ta’ massimu 14‑il siegħa kull wieħed jistgħu jinkludu stadju wieħed jew iktar ta’ waqfien. Dawn l-istadji ta’ waqfien għandhom jiżdiedu mal-istadji ta’ vjaġġar għall-komputazzjoni tat-tul totali tal-perijodu ta’ vjaġġar ta’ massimu ta’ 14‑il siegħa li jagħmlu parti minnu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas‑<DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti għall-pagament tal-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni ta’ annimali tal-ifrat ma hijiex marbuta mill-entrata, magħmula mill-veterinarju uffiċjali fil-punt tal-ħruġ fid-dokument li jikkostitwixxi l-evidenza tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea tal-annimali inkwistjoni, li d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament Nru 1/2005 ma ġewx osservati fil-kuntest tat-trasport ta’ dawn l-annimali, f’parti minnhom jew fit-totalità tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>