<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-364/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CO0364</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:306">EU:C:2021:306</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20210414">14.4.2021</DATE> – Kawża C‑364/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Credit Europe Ipotecar IFN u Credit Europe Bank</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210414">14 ta’ April 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-proċedura: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal‑Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(2)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva tal-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali mandatorji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2)</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija</KEYWORD><KEYWORD>Allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq professjonist</KEYWORD><KEYWORD>Eżami mill-qorti nazzjonali li għandu jitwettaq bi prijorità fid-dawl tal-Artikolu 1(2)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑364/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Galaţi (il-Qorti tal-Kontea ta’ Galați, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190227">27 ta’ Frar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190507">7 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">XU,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">YV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ZW,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AU,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">BZ,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">CA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">DB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EC</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">SC Credit Europe Ipotecar IFN SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Credit Europe Bank NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><?PAGE NO="2"?><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn R. I. Haţieganu, A. Rotăreanu u C.‑R. Canţăr, sussegwentement minn E. Gane, R. I. Haţieganu u A. Rotăreanu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Ruiz García u C. Gheorghiu, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) u tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, XU, YV, ZW, AU, BZ, CA, DB u EC, u, min-naħa l-oħra, SC Credit Europe Ipotecar IFN SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Credit Europe Ipotecar<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Credit Europe Bank NV dwar in-natura allegatament inġusta ta’ klawżola inkluża f’kuntratt ta’ kreditu ddenominat f’munita barranija, li teżiġi li s-somma mislufa tiġi rrimborsata f’din il-munita u li timponi fuq il-persuni li jissellfu r-riskju inerenti għall-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tlettax‑il premessa tad-Direttiva 93/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Billi d-disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxu direttament jew indirettament il-klawżoli tal-kuntratti tal-konsumatur huma preżunti li ma’ fihomx klawżoli inġusti; billi, għal dan il-għan, ma jidhirx li huwa meħtieġ li jiġu assoġġettati l-klawżoli li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u l-prinċipji jew id-disposizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom huma parti l-Istati Membri jew il-Komunità; billi f’dak ir-rigward il-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> fl-Artikolu 1(2) ikopru wkoll ir-regoli li, skond il-liġi, għandhom jgħoddu bejn il-partijiet kontraenti sakemm ma twaqqfux xi arranġamenti oħra<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji u d-disposizzjonijiet jew il-prinċipji ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ikunu parti l-Istati Membri jew il-Komunità, b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport, m’għandhomx ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-istima tan-natura inġusta tal-klawżoli la għandha tirrelata mad-definizzjoni tal-kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt u lanqas mas-suffiċjenza tal-prezz u r-remunerazzjoni, fuq naħa waħda, kontra s-servizzi jew il-merkanzija provduti bi tpartit, fuq in-naħa l-oħra, safejn dawn il-klawżoli jkunu f’lingwaġġ sempliċi u ċar.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1578 tal-Cod Civil (il-Kodiċi Ċivili), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kodiċi Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-obbligu li jirriżulta minn self fi flus huwa dejjem biss dak tas-somma numerika li tissemma fil-kuntratt.</ALINEA><ALINEA>Jekk kien hemm żieda jew tnaqqis fil-valur tal-munita qabel iż-żmien tal-ħlas, id-debitur għandu jirritorna s-somma numerika mislufa u għandu jirritorna din is-somma biss fil-munita viġenti fil-mument tal-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, erbgħa mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li għandhom il-kwalità ta’ konsumaturi, ikkonkludew ma’ Credit Europe Ipotecar, kumpannija stabbilita fir-Rumanija, kuntratt ta’ kreditu ipotekarju ddenominat fi franki Svizzeri (CHF) u li jkopri perijodu ta’ 30 sena. Ir-rikorrenti l-oħra fil-kawża prinċipali huma l-aventi kawża tal-ħames konsumatur li kien parti f’dan il-kuntratt u li miet fis-<DATE ISO="20140406">6 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6.1 tal-imsemmi kuntratt kien jistipula, b’mod partikolari, li l-kreditu kellu jiġi rrimborsat fil-munita barranija li fiha kien ġie ddenominat u li r-riskju tal-kambju, jiġifieri r-riskju marbut mal-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju bejn din il-munita u l-leu Rumen (RON), kellu eventwalment jiġi sostnut mill-persuni li jissellfu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090331">31 ta’ Marzu 2009</DATE>, Credit Europe Ipotecar ċediet il-kreditu tagħha li rriżulta mill-istess kuntratt lil Credit Europe Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20111003">3 ta’ Ottubru 2011</DATE>, wara talba għal skedar mill-ġdid magħmula mill-konsumaturi kkonċernati, il-partijiet kontraenti kkonkludew att addizzjonali li jemenda l-Artikolu 6.1 tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni. Madankollu, kien għadu previst li r-rimbors kellu jsir fi franki Svizzeri u li r-riskju tal-kambju kien eventwalment fuq il-persuni li ssellfu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150316">16 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ressqu lil Credit Europe Ipotecar quddiem il-Judecătoria Galați (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Galați, ir-Rumanija), prinċipalment sabiex jiksbu, minn naħa, il-konstatazzjoni tan-natura inġusta u tan-nullità tal-klawżola li tinsab fl-Artikolu 6.1 tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, l-istabbilizzazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-frank Svizzeru u l-leu Rumen għar-rata fis-seħħ fid-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, kif ukoll ir-rimbors tas-somom żejda mħallsa minħabba d-deprezzament tal-leu Rumen meta mqabbel mal-frank Svizzeru minn dik id-data. Insostenn tar-rikors tagħhom, huma allegaw li huma kienu daħlu fi kreditu ddenominat fi franki Svizzeri fuq il-parir ta’ Credit Europe Ipotecar, li ma kinitx informathom bir-riskju ta’ sopravvalutazzjoni ta’ din il-munita, minkejja li tali riskju kien prevedibbli għal din il-persuna li ssellef, li, b’mod differenti mill-konsumaturi, kellha għarfien espert fil-qasam finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Biex tiddefendi ruħha, Credit Europe Ipotecar, l-ewwel nett, invokat l-inammissibbiltà tat-talbiet marbuta mal-Artikolu 6.1 tal-kuntratt ta’ kreditu kkonċernat, minħabba li d-Direttiva 93/13 ma kinitx applikabbli u minħabba li d-dritt Rumen ma kienx jagħti l-possibbiltà lill-qorti adita li tikkompleta kuntratt bi klawżola addizzjonali. Sussegwentement, din il-kumpannija sostniet li hija ma kellha ebda obbligu li tinforma lill-persuni li jissellfu dwar ir-riskju tal-kambju, peress li l-evoluzzjoni tar-rata tal-kambju ta’ munita ma setgħetx tkun magħrufa minn qabel b’ċertezza u kienet tagħmel parti mill-inċertezzi li jistgħu jiġu pperċepiti minn kwalunkwe konsumatur medju. Fl-aħħar nett, hija sostniet li l-eżistenza ta’ żbilanċ kuntrattwali ma tistax tiġi aċċettata, peress li r-regola tan-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>nominaliżmu monetarju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> ġiet stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, skont l-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili, u li r-rikors fil-kawża prinċipali jikser din id-dispożizzjoni, sa fejn huwa intiż sabiex jelimina r-riskju tal-kambju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20180130">30 ta’ Jannar 2018</DATE>, il-Judecătoria Galaţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Galați) ċaħdet, bħala infondat, il-kap tat-talba dwar in-natura inġusta u għalhekk in-nullità tal-klawżola li tinsab fl-Artikolu 6.1 tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti qieset, b’mod partikolari, li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kellhom il-libertà li jagħżlu kreditu ddenominat f’lei Rumeni jew f’muniti oħra u li, billi daħlu fi kreditu għal perijodu ta’ 30 sena ddenominat f’munita differenti minn dik li fiha huma kienu jirċievu d-dħul tas-salarju tagħhom, huma kienu impliċitament aċċettaw li jġorru r-riskju ta’ varjazzjoni monetarja, jiġifieri r-riskju ta’ tibdil fiċ-ċirkustanzi li kienu jeżistu fid-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija qieset li l-klawżoli tal-imsemmi kuntratt li jeżiġu li l-persuni li jissellfu jirrimborsaw il-partijiet tal-kreditu fi franki Svizzeri ma kinux joħolqu żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, peress li l-persuna li ssellef kienet iġġorr ir-riskju ta’ tnaqqis fir-rata tal-kambju tal-frank Svizzeru, meta mqabbla mal-valur li kien applikabbli għall-konverżjoni ta’ din ir-rata f’lei Rumeni fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, filwaqt li l-persuni li ssellfu kienu jġorru r-riskju ta’ żieda f’din ir-rata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-Judecătoria Galaţi (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Galați), ma jistax jiġi preżunt li, minħabba l-kwalità tagħha ta’ professjonist fil-qasam finanzjarju u bankarju, il-persuna li ssellef kienet taf jew kienet tipprevedi l-evoluzzjoni tal-imsemmija rata tal-kambju. Barra minn hekk, bank huwa ċertament obbligat jinforma lill-konsumatur dwar l-aspetti essenzjali tal-offerta ta’ kreditu tiegħu, iżda r-riskji ġġenerati mill-volatilità tar-rata tal-kambju huma, madankollu, aspetti li għandhom jiġu evalwati konkretament minn kull min jissellef.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Marzu 2018, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, minn naħa, kif ukoll Credit Europe Ipotecar u Credit Europe Bank, min-naħa l-oħra, appellaw mis-sentenza mogħtija mill-imsemmija qorti quddiem it-Tribunalul Galați (il-Qorti tal-Kontea ta’ Galați, ir-Rumanija), billi essenzjalment irrepetew l-argumenti li huma kienu ppreżentaw fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-Direttiva 93/13 jirriżulta li, skont l-Artikolu 1(2) tagħha, meta klawżola kuntrattwali tirrifletti dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma applikabbli bejn il-partijiet kontraenti indipendentement mill-għażla tagħhom jew fl-assenza ta’ arranġament differenti bejniethom, din il-klawżola ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tgħid li l-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili, li huwa ta’ natura supplimentari, jipprevedi li min jissellef għandu l-obbligu li jirrimborsa lil min isellef is-somma numerika inkluża fil-kuntratt ta’ kreditu, minkejja ż-żieda jew it-tnaqqis fil-valur tal-muniti li fihom is-self huwa ddenominat li setgħu seħħu qabel id-data tal-ħlas, u li din id-dispożizzjoni legali tistabbilixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prinċipju tan-nominaliżmu monetarju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, skont l-isem mogħti mid-duttrina Rumena. Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li, fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rata tal-kambju tal-frank Svizzeru żdiedet fil-valur b’204.12 %, għad-detriment tal-persuni li ssellfu, bejn il-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni, it-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, u l-jum tal-preżentata tar-rikors fl-ewwel istanza, is-<DATE ISO="20150316">16 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li, wara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-parti l-kbira tal-ġurisprudenza Rumena qieset li, meta n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali tiġi invokata, il-qrati nazzjonali għandhom jeżaminaw jekk il-klawżoli kkontestati jikkostitwixxux traspożizzjoni ta’ regola ġenerali ta’ natura supplimentari, bħal dik prevista fl-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili, u, fl-affermattiv, jeskludu dawn il-klawżoli mill-analiżi tan-natura inġusta tal-klawżoli tal-kuntratt inkwistjoni, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13. Madankollu, jirriżulta, f’dan l-aħħar każ, li l-qrati aditi ma għandhomx l-opportunità li jagħmlu evalwazzjoni tal-aġir prekuntrattwali tal-professjonist u, b’mod partikolari, tal-osservanza jew le minnu tal-obbligu li jinforma lill-konsumatur, li jirriżulta mill-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, l-ewwel nett, dwar il-metodoloġija li għandha tiġi segwita fl-eżami ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju, billi tistaqsi jekk tali klawżola għandhiex tiġi eżaminata qabel kollox fid-dawl tal-esklużjoni prevista fl-imsemmi Artikolu 1(2), jew qabel kollox fid-dawl tar-rekwiżit ta’ trasparenza li jirriżulta mill-imsemmi Artikolu 4(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tieni, dik il-qorti tixtieq tkun taf jekk, fil-każ li l-qrati aditi jeżaminaw il-klawżola kkontestata bi prijorità mill-perspettiva tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 u jqisu li l-professjonist ikkonċernat ma osservax l-obbligu li jinforma minn qabel, stabbilit f’din id-dispożizzjoni, huwa jkollux il-possibbiltà, minkejja dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li jibbenefika mill-eċċezzjoni mill-analiżi tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali li tirriżulta mill-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Galaţi (il-Qorti tal-Kontea ta’ Galați) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, kif ġew analizzati fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha, fil-preżenza ta’ klawżola dwar ir-riskju tal-kambju li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tanalizza bi prijorità r-rilevanza tal-projbizzjoni prevista [f’dan l]-Artikolu 1(2) […], jew tanalizza l-osservanza mill-professjonist tal-obbligu ta’ informazzjoni li huwa rregolat [minn dan l]-Artikolu 4(2) […], mingħajr ma twettaq analiżi minn qabel [fid-dawl tad]-dispożizzjonijiet tal-[imsemmi]Artikolu 1(2) […]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-konsumatur jiġi informat, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, il-professjonist jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet [ta’ dan l]-Artikolu 1(2) […], b’tali mod li l-klawżola kuntrattwali dwar ir-riskju tal-kambju, li tirrifletti dispożizzjoni nazzjonali, tiġi eskluża mill-analiżi tan-natura inġusta?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tiġi adita b’tilwima li tirrigwarda klawżola kuntrattwali allegatament inġusta li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, hija għandha l-obbligu li teżamina bi prijorità l-effett tal-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, jew inkella l-effett tal-eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva, u, kieku kellha tiġi segwita din l-aħħar ipoteżi, jekk professjonist li ma jkunx ikkonforma mal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-imsemmi Artikolu 4(2) jistax xorta waħda jinvoka l-imsemmi Artikolu 1(2) sabiex jipprekludi l-eżami tan-natura inġusta ta’ tali klawżola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minn naħa, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha l-klawżoli kuntrattwali li jirriflettu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, espressjoni li, fid-dawl tat-tlettax‑il premessa ta’ din id-direttiva, tkopri mhux biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li japplikaw bejn il-partijiet kontraenti indipendentement mill-għażla tagħhom, iżda wkoll dawk li huma ta’ natura supplimentari, jiġifieri li japplikaw awtomatikament, fl-assenza ta’ arranġament differenti bejn il-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mikrokasa u Revenue Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑779/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:236">EU:C:2020:236</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 ġiet adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja minkejja l-eżistenza ta’ differenza, irrilevata wkoll mill-qorti tar-rinviju f’din il-proċedura, bejn il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, fil-verżjoni bil-lingwa Franċiża u f’dik bil-lingwa Rumena tad-Direttiva 93/13 rispettivament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-esklużjoni mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 93/13 li hija prevista f’din id-dispożizzjoni ġiet iġġustifikata mill-fatt li huwa leġittimu li jiġi preżunt li l-leġiżlatur nazzjonali stabbilixxa ekwilibriju bejn id-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet f’ċerti kuntratti, ekwilibriju li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried, b’mod espliċitu, iżomm (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Mikrokasa u Revenue Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑779/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:236">EU:C:2020:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi eċċezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ stħarriġ fuq il-mertu tal-klawżoli inġusti kif previst fil-kuntest tas-sistema ta’ protezzjoni tal-konsumaturi implimentata mill-imsemmija direttiva, eċċezzjoni li tapplika fir-rigward tal-klawżoli li jaqgħu taħt waħda miż-żewġ kategoriji koperti fl-imsemmi paragrafu 2, sakemm il-klawżola inkwistjoni tkun ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem, konformement mar-rekwiżit ta’ trasparenza li jirriżulta minn din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Polska</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑84/19, C‑222/19 u C‑252/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:631">EU:C:2020:631</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 u l-Artikolu 4(2) tagħha, kif il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni Ewropea jaqblu li jissuġġerixxu, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju fis-sens li l-prijorità għandha tingħata, mill-qorti adita b’tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali, lill-analiżi bbażata fuq l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/13 li hija prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, minflok lill-analiżi bbażata fuq l-eċċezzjoni mill-istħarriġ tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali li hija prevista fl-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan l-approċċ huwa neċessarju fejn ikun ċar li kwalunkwe strument tad-dritt tal-Unjoni jkun applikabbli għal sitwazzjoni speċifika biss sa fejn hija taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-istrument (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Tudoran</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2051">EU:C:2014:2051</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’mod iktar speċifiku, mill-istruttura stess tad-Direttiva 93/13 jirriżulta b’mod ċar li l-evalwazzjoni eventwali tan-natura inġusta ta’ klawżola fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tagħha, u b’mod partikolari tal-Artikolu 4 tagħha, teżiġi li jiġi ddeterminat, minn qabel, jekk il-klawżola kkonċernata taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-esklużjoni minn dan il-kamp li hija stabbilita fl-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din hija r-raġuni għaliex, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170920">20 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Andriciuc <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:703">EU:C:2017:703</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li hija l-qorti nazzjonali adita li għandha tevalwa, fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratti ta’ self ikkonċernati kif ukoll fid-dawl tal-kuntest ġuridiku u fattwali li dawn tal-aħħar kienu jagħmlu parti minnu, jekk il-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-kreditu kellu jiġi rrimborsat fl-istess munita bħal dik li fiha kien ingħata, kinitx tirrifletti dispożizzjonijiet<?PAGE NO="8"?> mandatorji tad-dritt nazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, u mbagħad, biss fil-każ li din il-qorti tikkonstata li l-klawżola kkonċernata ma kinitx koperta mill-esklużjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, li tikkunsidra l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’din il-proċedura, il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni fformulaw, ċertament, riżervi dwar il-fatt li klawżola bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-kontenut tagħha huwa msemmi fil-punt 8 ta’ dan id-digriet, effettivament taqa’ taħt l-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li din tqis, minn naħa, li tali klawżola tirrifletti l-prinċipju tan-nominaliżmu monetarju stabbilit fl-Artikolu 1578 tal-Kodiċi Ċivili, u min-naħa l-oħra, li dan l-artikolu jikkostitwixxi dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ natura supplimentari, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 27 ta’ dan id-digriet, jiġifieri dispożizzjoni li tapplika għal kuntratt meta l-partijiet kontraenti ma jkunux għamlu arranġament differenti bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, f’kuntest analogu relatat mal-istess dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-istess approċċ kien ġie adottat mill-qorti tar-rinviju Rumena li kienet adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża li tat lok għas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn din il-klassifikazzjoni ġuridika, li għandha ssir unikament mill-qrati nazzjonali aditi, jirriżulta li l-klawżola kuntrattwali li n-natura inġusta tagħha hija allegata mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li hija ta’ natura supplimentari, b’tali mod li din il-klawżola taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 u għalhekk ma hijiex koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi speċifikat, minn naħa, li l-fatt li l-partijiet kontraenti għandhom il-possibbiltà li jidderogaw minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, bħalma huwa l-każ hawnhekk skont il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni, huwa irrilevanti għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk klawżola kuntrattwali li tirrifletti tali dispożizzjoni hijiex eskluża, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13, mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li klawżola kuntrattwali li tirrifletti waħda mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali msemmija f’dan l-Artikolu 1(2) ma ġietx innegozjata individwalment, kif huwa l-każ hawnhekk skont il-Gvern Rumen, ma għandux effett fuq l-esklużjoni tagħha mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-effett eventwali tar-rekwiżit ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, imsemmi b’mod partikolari fil-kuntest tat-tieni domanda magħmula, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi f’dan ir-rigward għaliex, peress li l-qorti tar-rinviju tqis li l-klawżola inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali kklassifikata bħala supplimentari, l-imsemmija klawżola ma hijiex suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, skont l-Artikolu 1(2) tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banca Transilvania</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑81/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:532">EU:C:2020:532</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tiġi adita b’tilwima li tirrigwarda klawżola kuntrattwali allegatament inġusta li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, hija għandha l-obbligu li teżamina bi prijorità l-effett tal-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, u mhux l-effett tal-eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tiġi adita b’tilwima li tirrigwarda klawżola kuntrattwali allegatament inġusta li tirrifletti dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, hija għandha l-obbligu li teżamina bi prijorità l-effett tal-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva prevista fl-Artikolu 1(2) tagħha, u mhux l-effett tal-eċċezzjoni mill-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali prevista fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>