|
10.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10467 — Insight/Francisco Partners/NMI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 365/06)
1.
Fit-2 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Insight Venture Management, LLC, proprjetà kollha kemm hi ta’ Insight Holdings Group, LLC (“Insight”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Francisco Partners Management, L.P. (“Francisco Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
NMI Topco LLC (“NMI”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Insight u Francisco Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ NMI.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Insight: ditta globali ta’ kapital ta’ riskju u ekwità privata li tispeċjalizza f’investimenti f’ekwità ta’ tkabbir, akkwiżizzjoni, kapital għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet u rikapitalizzazzjoni u konċessjonijiet fi stadju aktar tard/medju/matur. Insight primarjament tinvesti fis-settur tat-teknoloġija, billi jiffoka fuq it-teknoloġija li tħares lejn il-konsumatur, u s-software bħala infrastruttura tas-software bbażata fuq is-servizz (software as a service, SaaS). |
|
— |
Francisco Partners: ditta ta’ ekwità privata ffokata esklużivament fuq investimenti fit-teknoloġija u n-negozju ffaċilitat mit-teknoloġija. |
|
— |
NMI: pjattaforma tas-software għall-iffaċilitar tal-pagamenti f’isem kumpaniji tas-software jew bejjiegħa indipendenti tas-software (independent software vendor, ISVs), organizzazzjonijiet indipendenti tal-bejgħ (independent sales organizations, ISOs), istituzzjonijiet finanzjarji, u faċilitaturi tal-ħlas (payment facilitators, PayFacs). NMI tipprovdi infrastruttura tal-pagamenti bħala servizz b’funzjonalità ta’ pagamenti omnichannel. NMI bħalissa hija kkontrollata minn Francisco Partners. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10467 — Insight/Francisco Partners/NMI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).