|
9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 372/50 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1653
tas-6 ta’ Novembru 2020
li ttemm il-proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (“SSHR” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja. Il-Kummissjoni ppubblikat notifika ta' bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-prodott investigat (“SSHR”) huwa prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jinħadmux aktar wara li jiġu llaminati bis-sħana u li jeskludu prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm, u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u mill-Indoneżja. |
|
(3) |
L-investigazzjoni bdiet wara lment ippreżentat mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“il-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw il-produzzjoni kollha tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ilment kien fih evidenza suffiċjenti ta’ sussidjar u ta’ dannu konsegwenti li jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(4) |
Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha biex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lil importaturi, fornituri u utenti magħrufa, negozjanti, kif ukoll assoċjazzjonijiet li kien magħruf li kienu kkonċernati, dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali sal-limitu ta’ żmien stipulat fin-notifika ta’ bidu. |
2. L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT
|
(6) |
Fit-18 ta’ Settembru 2020, l-ilmentatur informa lill-Kummissjoni li kien irtira l-ilment. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati, fejn ilment jiġi rtirat, sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni. |
|
(8) |
L-investigazzjoni ma kienet żvelat ebda konsiderazzjoni li turi li huwa fl-interess tal-Unjoni li jitkompla l-każ. |
|
(9) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proċediment kontra s-sussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja jenħtieġ li jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri. |
|
(10) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Il-Gvern tal-Indoneżja kkummenta li qabel bis-sħiħ mal-konklużjoni tal-Kummissjoni. Ma waslu ebda kummenti ulterjuri. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni hija konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti, kemm jekk ikunu f’kojls u kemm jekk ma jkunux (inklużi l-prodotti maqtugħa skont id-daqs u li jkunu strixxi dojoq), li ma jinħadmux aktar wara li jiġu llaminati bis-sħana u li jeskludu prodotti, mhux f’kojls, b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar u ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet SA 7219 11, 7219 12, 7219 13, 7219 14, 7219 22, 7219 23, 7219 24, 7220 11 u 7220 12, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja, huwa tterminat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment kontra s-sussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli illaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (ĠU C 342, 10.10.2019, p. 18).