<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?>
<JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0400331701.case.xml"><NO.CASE>C-246/07</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62007CJ0246</NO.CELEX><NO.SEQ>0013.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3332</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3376</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>45</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100420">20.4.2010</DATE> — KAWŻA C-246/07</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-ISVEZJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-246/07,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20070522">22 ta’ Mejju 2007</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn G. Valero Jordana u C. Tufvesson, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja,</HT> irrappreżentat minn A. Kruse u A. Falk, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-3333"?><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka,</HT> irrappreżentat minn C. Pilgaard Zinglersen u R. Holdgaard, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi,</HT> irrappreżentat minn C. M. Wissels u D. J. M. de Grave, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Finlandja,</HT> irrappreżentata minn J. Heliskoski, bħala aġent,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn V. Jackson, bħala aġent, assistita minn D. Anderson, QC,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, A. Tizzano, J. N. Cunha Rodrigues, K. Lenaerts, R. Silva de Lapuerta, E. Levits, C. Toader, Presidenti tal-Awla, C. W. A. Timmermans, A. Rosas (Relatur), A. Borg Barthet, M. Ilešič, J. Malenovský, U. Lõhmus, A. Ó Caoimh, u J.-J. Kasel, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-3334"?><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20090429">29 ta’ April 2009</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ppropona unilateralment li jinkludi sustanza, il-perfluoroctane sulfonate (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001" />PFOS<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001" />), fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002" />Konvenzjoni ta’ Stokkolma<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002" />), ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 10 KE u 300(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3335"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ġiet adottata fit-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>. Skont l-Artikolu 26(1), hija daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="20040517">17 ta’ Mejju 2004</DATE>, jiġifieri disgħin jum wara d-data tal-preżentata tal-ħamsin strument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni. Kif jippreċiża l-Artikolu 1 tagħha, l-għan tagħha huwa l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mill-materjal organiku persistenti li jnigġes [(Persistent Organic Pollutants), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003" />POPs<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003" />], peress li l-partijiet tal-Konvenzjoni jirrikonoxxu, b’mod partikolari, li l-POPs <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004" />għandhom proprjetajiet tossiċi, jirreżistu d-degradazzjoni, jakkumulaw fl-organiżmi ħajjin u jinfirxu permezz tal-ajru, l-ilma u l-ispazji migratorji lilhinn mill-fruntieri internazzjonali u ddepożitati ’l bogħod mis-sit ta’ oriġini tagħhom, fejn jakkumulaw fl-ekosistemi terrestri u akwatiċi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004" />.[traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jirriżulta li, għall-finijiet tal-konvenzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005" />parti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005" /> tfisser Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li tat il-kunsens tagħha li tkun marbuta b’din il-konvenzjoni, u li fir-rigward tagħha l-konvenzjoni hija fis-seħħ, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006" />organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006" /> tfisser organizzazzjoni magħmula minn Stati sovrani ta’ reġjun partikolari li fir-rigward tagħha l-Istati Membri ttrasferixxew il-kompetenzi tagħhom dwar il-kwistjonijiet irregolati mill-imsemmija konvenzjoni, u li ġiet debitament awtorizzata, skont il-proċeduri interni tagħha, sabiex tiffirmaha, tirratifikaha, taċċettaha jew tapprovaha, jew tissieħeb magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jipprovdi li l-partijiet għandhom jadottaw il-miżuri ġuridiċi u amministrattivi neċessarji fir-rigward ta’ sustanzi kimiċi inklużi fl-annessi tal-konvenzjoni. Dawn il-miżuri huma essenzjalment intiżi għall-eliminazzjoni jew għal-limitazzjoni tal-produzzjoni, tal-użu, tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni tal-imsemmija sustanzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3336"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi ġodda fl-Annessi A sa Ċ tagħha. Skont l-Artikolu 8 tagħha, dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi f’dawn l-annessi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007" />1.</NO.PARAG><ALINEA>Parti tista’ tissottometti lis-Segretarjat proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza kimika fl-Annessi A, B u/jew Ċ. Din il-proposta għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness D. Fit-tfassil tal-proposta tagħha, parti tista’ tkun megħjuna minn partijiet oħra u/jew mis-Segretarjat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-Segretarjat għandu jivverifika jekk il-proposta tinkludix l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness D. Jekk is-Segretarjat iqis li l-proposta tinkludi din l-informazzjoni, huwa għandu jittrażmettiha lill-Kumitat għall-istudju tal-materjal organiku persistenti li jniġġes.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kumitat għandu jeżamina l-proposta u japplika l-kriterji ta’ selezzjoni pprovduti fl-Anness D b’mod flessibbli u trasparenti, billi jieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ u bbilanċjat l-informazzjoni kollha pprovduta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk il-Kumitat jiddeċiedi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-proposta tissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni, huwa għandu jinnotifika, permezz tas-Segretarjat, il-proposta u l-evalwazzjoni tal-Kumitat lill-partijiet kollha u lill-osservaturi u jistedinhom jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa fl-Anness E;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-3337"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-Kumitat jiddeċiedi li l-proposta tissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni, jew li l-konferenza tal-partijiet iddeċidiet li taċċetta l-proposta, il-Kumitat għandu jissokta b’eżami ġdid tal-proposta, billi jieħu inkunsiderazzjoni kull informazzjoni addizzjonali rilevanti li ġiet irċevuta, u għandu jistabbilixxi abbozz ta’ profil ta’ riskju skont l-Anness E. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk, abbażi tal-profil ta’ riskju stabbilit skont l-Anness E, il-Kumitat jiddeċiedi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li, minħabba t-tifrix tagħha fuq medda kbira fl-ambjent, is-sustanza kimika jista’ jkollha effetti perikolużi kbar fuq is-saħħa tal-bniedem u/jew fuq l-ambjent li jiġġustifikaw l-adozzjoni ta’ miżuri fuq livell globali, il-proposta għandha tiġi aċċettata. In-nuqqas ta’ ċertezza xjentifika assoluta ma jipprekludix l-adozzjoni tal-proposta. Il-Kumitat għandu, permezz tas-Segretarjat, jitlob lill-partijiet u lill-osservaturi kollha jipprovdu informazzjoni dwar il-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fl-Anness F. Sussegwentement, huwa għandu jistabbilixxi evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju li tinkludi analiżi tal-miżuri ta’ regolamentazzjoni possibbli tas-sustanza kimika, skont l-imsemmi anness;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li l-proposta ma għandhiex tiġi adottata, huwa għandu, permezz tas-Segretarjat, jkkomunika l-profil ta’ riskju lill-partijiet u lill-osservaturi kollha u jiċħad il-proposta.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-3338"?><PARAG IDENTIFIER="008.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ kull proposta miċħuda skont il-paragrafu 7(b), parti tista’ titlob lill-konferenza tal-partjiet teżamina l-possibbiltà li tinkariga lill-Kumitat jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-parti li ssottomettiet il-proposta u mingħand partijiet oħra għal perijodu ta’ mhux iktar minn sena. Wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu, u abbażi tal-informazzjoni kollha rċevuta, il-Kumitat għandu jeżamina mill-ġdid il-proposta skont il-paragrafu 6 b’ordni ta’ preċedenza li għandha tiġi deċiża mill-konferenza tal-partijiet. Jekk, wara din il-proċedura, il-Kumitat jiċħad il-proposta mill-ġdid, il-parti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kumitat, u l-konferenza tal-partijiet għandha teżamina l-kwistjoni fis-sessjoni sussegwenti tagħha. Il-konferenza tal-partijiet tista’ tiddeċiedi, abbażi tal-profil ta’ riskju stabbilit skont l-Anness E u b’kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-Kumitat u għal kull informazzjoni addizzjonali pprovduta minn parti jew minn osservatur, li l-proposta għandha tiġi aċċettata. Jekk il-konferenza tal-partijiet tiddeċiedi li l-proposta għandha tiġi aċċettata, il-Kumitat għandu jistabbilixxi l-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.009"><NO.PARAG>9.</NO.PARAG><ALINEA>Abbażi tal-profil ta’ riskju msemmi fil-paragrafu 6 u tal-evalwazzjoni tal-ġestjoni ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 7(a) u fil-paragrafu 8, il-Kumitat għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-konferenza tal-partijiet dwar l-inklużjoni fl-Annessi A, B jew/u Ċ. Il-konferenza tal-partijiet għandha, billi tieħu debitament inkunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat, inkluż kull inċertezza xjentifika, għandha tiddeċiedi, b’mod prudenti, dwar jekk għandhiex tinkludi s-sustanza kimika fl-Annessi A, B jew/u Ċ, billi tispeċifika l-miżuri ta’ regolamentazzjoni ta’ din is-sustanza.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008" />Assistenza teknika<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008" />, jipprovdi li l-partijiet għandhom jikkooperaw sabiex jipprovdu l-assistenza teknika xierqa lill-partijiet li huma pajjiżi fi proċess ta’ żvilupp jew b’ekonomija fi tranżizzjoni sabiex jgħinuhom jiżviluppaw u jsaħħu l-possibbiltajiet tagħhom li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt din il-konvenzjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 13(2) tagħha jipprovdi li l-partijiet li huma pajjiżi żviluppati għandhom jipprovdu riżorsi finanzjarji ġodda u addizzjonali sabiex jippermettu lill-partijiet li huma pajjiżi fi proċess ta’ żvilupp jew<?PAGE NO="I-3339"?> b’ekonomija fi tranżizzjoni jkopru l-ispejjeż marbuta mal-implementazzjoni ta’ miżuri li jippermettuhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jistabbilixxi konferenza tal-partijiet li għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009" />ssegwi u tevalwa kontinwament l-implementazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009" /> tal-konvenzjoni. Mill-paragrafu 6 tal-imsemmi artikolu jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010" />l-konferenza tal-partijiet għandha, fl-ewwel laqgħa tagħha, tistabbilixxi korp sussidjarju msejjaħ il-kumitat għall-istudju tal-materjal organiku persistenti li jniġġes, li jeżerċita l-funzjonijiet mogħtija lilu skont l-imsemmija konvenzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010" />. Kif jirriżulta mid-dokument SC-1/7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011" />Stabbiliment tal-kumitat għall-istudju tal-materjal organiku persistenti li jnigġes<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011" />, il-Kumitat huwa kompost minn 31 membru maħtur mill-konferenza tal-partijiet. Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata, l-oriġini tal-membri ta’ dan il-kumitat hija stabbilita kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Stati Afrikani: 8;</P></ITEM><ITEM><P>Stati tal-Asja u tal-Paċifiku: 8;</P></ITEM><ITEM><P>Stati taċ-Ċentru u tal-Lvant tal-Ewropa: 3;</P></ITEM><ITEM><P>Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew: 5;</P></ITEM><?PAGE NO="I-3340"?><ITEM><P>Stati tal-Ewropa tal-Punent u Stati oħra: 7.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) sa (3) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012" />Emendi għall-konvenzjoni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti tista’ tipproponi emendi għal din il-konvenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi għall-konvenzjoni għandhom jiġu adottati waqt laqgħa tal-konferenza tal-partijiet. It-test ta’ kull emenda proposta għandu jiġi kkomunikat lill-partijiet mis-Segretarjat minn tal-inqas sitt xhur qabel il-laqgħa li fiha l-emenda tiġi ppreżentata għall-adozzjoni. Is-Segretarjat għandu jikkomunika wkoll l-emendi proposti lill-firmatarji tal-konvenzjoni, u, għall-informazzjoni, lid-depożitarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jintlaħaq ftehim b’kunsens fuq kull proposta ta’ emenda għall-konvenzjoni. Jekk kull sforz f’dan is-sens ikun għalxejn, l-emenda għandha, bħala l-aħħar rimedju, tiġi adottata b’vot ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-partijiet preżenti u li jivvotaw fil-laqgħa.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3341"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22(1) sa (4) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013" />Adozzjoni u emendi tal-Annessi</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-annessi tal-konvenzjoni jagħmlu parti integrali mill-konvenzjoni u, bla ħsara għal dispożizzjoni espliċita li tipprovdi mod ieħor, kull referenza għal din il-konvenzjoni tinkludi wkoll referenza għall-annessi tagħha</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull anness ġdid għandu jikkonċerna esklużivament kwistjonijiet ta’ natura xjentifika, teknika jew amministrattiva</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-annessi addizzjonali għandhom jiġu applikati skont il-proċedura segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-annessi addizzjonali għandhom jiġu proposti u adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(1), (2) u (3);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull parti li ma hijiex f’pożizzjoni li taċċetta anness addizzjonali għandha tinnotifika dan bil-miktub lid-depożitarju fi żmien sena mid-data tan-notifika mid-depożitarju tal-addozzjoni tal-anness addizzjonali. Id-depożitarju għandu jinforma mill-iktar fis lill-partijiet kollha b’kull notifika rċevuta. F’kull mument, kull parti tista’ tirtira notifika preċedenti ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ anness<?PAGE NO="I-3342"?> addizzjonali, u b’hekk dan l-anness jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ dik il-parti bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (ċ);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>wara l-iskadenza tat-terminu ta’ sena mid-data tan-notifika mid-depożitarju tal-adozzjoni ta’ anness addizzjonali, l-imsemmi anness għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-partijiet kollha li ma kkomunikawx in-notifika skont id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (b).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Anness A, B jew Ċ huma suġġetti għall-istess proċedura bħal dik li huma suġġetti għaliha l-proposta, l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ annessi addizzjonali tal-konvenzjoni, bil-kundizzjoni li emenda għall-Anness A, B jew Ċ ma tidħolx fis-seħħ fir-rigward ta’ parti li għamlet dikjarazzjoni dwar emendi għal dawk l-annessi skont l-Artikolu 25(4), fejn f’dan il-każ l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ din il-parti fid-disgħin jum wara d-data tal-preżentata mad-depożitarju tal-istrument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni fir-rigward ta’ tali emenda.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><STI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014" />Dritt tal-vot</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti tal-konvenzjoni għandha vot wieħed, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-3343"?><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-oqsma li fihom għandhom kompetenza, l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika għandhom numru ta’ voti ekwivalenti għan-numru tal-Istati Membri li huma partijiet tal-konvenzjoni. Tali organizzazzjonijiet ma jistgħux jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom jekk wieħed mill-Istati Membri jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu, u viċeversa.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, din il-konvenzjoni hija miftuħa għall-iffirmar mill-Istati u l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015" />Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adozzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015" /> jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016" />1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-konvenzjoni hija suġġetta għar-ratifika, għall-aċċettazzjoni jew għall-approvazzjoni mill-Istati u mill-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika. Hija għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni mill-Istati jew mill-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika mid-data li fiha l-konvenzjoni ma tibqax miftuħa għall-iffirmar. L-istrumenti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand id-depożitarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li ssir parti tal-konvenzjoni mingħajr ma wieħed mill-Istati Membri tagħha jkun parti għandha tkun marbuta bl-obbligi kollha taħt din il-konvenzjoni. Fil-każ li Stat Membru wieħed jew iktar ta’ din l-organizzazzjoni jkunu parti kontraenti tal-konvenzjoni, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jiddeċiedu fuq ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-obbligi taħt il-konvenzjoni. F’dan il-każ, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha ma humiex awtorizzati jeżerċitaw simultanjament id-drittijiet taħt il-konvenzjoni</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-3344"?><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-istrumenti tagħhom ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni, l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika għandhom jindikaw il-portata tal-kompetenza tagħhom fl-oqsma rregolati mill-konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jinformaw ukoll lid-depożitarju, li min-naħa tiegħu għandu jinforma lill-partijiet b’kull emenda rilevanti li taqa’ fil-portata tal-kompetenza tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-istrumenti tagħhom ta’ rattifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni, kull parti tista’ tiddikjara li kull emenda għall-Anness A, B jew Ċ għandha tidħol fis-seħħ, fir-rigward tagħha, biss wara li jiġi ddepożitat l-istrument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni tagħha.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE, tal-<DATE ISO="20041014">14 ta’ Ottubru 2004</DATE>, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L M 76, p. 144). L-istrument ta’ approvazzjoni Komunitarja ġie ddepożitat fis-<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 8 tal-motivi tad-Deċiżjoni 2006/507 ifakkar li l-Komunità diġà adottat strumenti li jkopru kwistjonijiet irregolati mill-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar pollutanti organiċi persistenti li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 465, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017" />Regolament POP<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017" />), ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE>, dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kimiċi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 46, p. 65), u d-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE, tas-<DATE ISO="19960916">16 ta’ Settembru 1996</DATE>, dwar ir-rimi ta’ poliklorobifenili u l-poliklorotrifenili (PCB/PCT) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 75).</TXT></NP><?PAGE NO="I-3345"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-punt 10 tal-motivi tad-Deċiżjoni 2006/507 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018" />Fil-każ li tiġi adottata emenda fl-Anness A, B jew Ċ jew annessi addizzjonali għall-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-implimentazzjoni tagħha fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, jew leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti. Jekk kwalunkwe emenda ma tiġix implimentata fi żmien sena mid-data li fiha d-depożitarju kkomunika l-adozzjoni ta’ l-emenda, u sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ non-konformità, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lid-depożitarju skond kif jirrikjedi l-każ.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018" /></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/507 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019" />1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull meta emenda fl-Annessi A, B jew Ċ jew fl-Annessi addizzjonali mal-Konvenzjoni ma tiġix implimentata fl-Annessi mar-Regolament Nru 850/2004 jew fil-leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti, fi żmien sena mid-data li fiha d-depożitarju kkomunika l-adozzjoni ta’ l-emenda, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lid-depożitarju skond l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ li xi emenda fl-Annessi A, B jew Ċ jew fl-Annessi addizzjonali mal-Konvenzjoni tiġi mplimentata wara notifika msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirtira n-notifika mingħajr dewmien.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019" /></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3346"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2006/507 tinkludi, fl-anness, id-dikjarazzjoni tal-Komunità skont l-Artikolu 25(3) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Din id-dikjarazzjoni tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020" />Il-Komunità tiddikjara li, skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 175(1) tiegħu, hija kompetenti sabiex tikkonkludi ftehim internazzjonali fil-qasam tal-ambjent u sabiex timplementa l-obbligi li jirriżultaw minnhom, u għalhekk tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent,</P></ITEM><ITEM><P>il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem,</P></ITEM><ITEM><P>l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali,</P></ITEM><ITEM><P>il-promozzjoni, fuq livell internazzjonali, ta’ miżuri intiżi li jegħlbu l-problemi reġjonali jew globali tal-ambjent.</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Barra minn hekk, il-Komunità tiddikjara li hija diġà adottat l-istrumenti ġuridiċi, li huma vinkolanti għall-Istati Membri tagħha, li jkopru l-kwistjonijiet irregolati<?PAGE NO="I-3347"?> mill-konvenzjoni u li, skont l-Artikolu 15(1) tal-konvenzjoni, hija ser tippreżenta u taġġorna, skont il-każ, lista ta’ dawn l-istrumenti ġuridiċi lill-konferenza tal-partijiet.</ALINEA><ALINEA>Il-Komunità hija responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjoni u li huma rregolati mid-dritt Komunitarju fis-seħħ.</ALINEA><ALINEA>L-eżerċizzju tal-kompetenzi komunitarji huwa, min-natura tiegħu, suġġett għal żvilupp kontinwu.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Komunità ma rrikorrietx għall-possibbiltà, ipprovduta fl-Artikolu 25(4) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, li tiddikjara li kull emenda għall-Anness A, B jew Ċ tidħol fis-seħħ biss wara d-depożitu tal-istrument tagħha ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew ta’ approvazzjoni tal-imsemmija emenda jew ta’ adeżjoni mal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Istati Membri kollha huma partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll ta’ Aarhus</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Protokoll tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali f’Distanzi Twal, tal-1979, dwar il-materjal organiku persistenti li jniġġes, ġie adottat f’Aarhus (id-Danimarka) fl-<DATE ISO="19980624">24 ta’ Ġunju 1998</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021" />Protokoll ta’ Aarhus<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021" />). Huwa intiż li jikkontrolla, inaqqas jew jelimina l-emissjonijiet u t-tifrix fl-arja ta’ dan il-materjal li jniġġes.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3348"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikoli 1 u 15 tal-Protokoll ta’ Aarhus, dan huwa miftuħ għall-iffirmar mill-Istati Membri tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa, Stati li għandhom status konsultattiv ma’ din il-kummissjoni kif ukoll organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika magħmula minn Stati sovrani membri tal-imsemmija kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Protokoll ta’ Aarhus jiddeskrivi l-obbligi bażiċi tal-partijiet kontraenti. Dawn essenzjalment jikkonċernaw l-eleminazzjoni tal-produzzjoni u tal-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness I ta’ dan il-protokoll, ir-restrizzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness II ta’ dan il-protokoll għall-użu previst fl-imsemmi anness, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi elenkati fl-Anness III tal-Protokoll għal-livell imsemmi u għas-sena ta’ referenza stabbilita f’dan l-aħħar anness.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) sa (3) tal-Protokoll ta’ Aarhus jirregola l-proċedura ta’ emenda għall-Anness I sa III tal-imsemmi protokoll kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022" />1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti tista’ tipproponi emendi għal dan il-protokoll.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi proposti għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lis-Segretarju eżekuttiv tal-Kummissjoni, li għandu jinnotifikahom lill-partijiet kollha. Il-partijiet li jiltaqgħu fi ħdan il-korp eżekuttiv għandhom jeżaminaw il-proposti għall-emendi matul is-sessjoni sussegwenti, sakemm is-Segretarju Eżekuttiv ikun ittrażmettihom lill-partijiet minn tal-inqas disgħin jum minn qabel.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-emendi għal dan il-protokoll u għall-Annessi I sa IV, VI u VIII għandhom jiġu adottati b’kunsens tal-partijiet preżenti fis-sessjoni tal-korp eżekuttiv u għandhom<?PAGE NO="I-3349"?> jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-partijiet li aċċettawhom fid-disgħin jum wara d-data li fiha żewġ terzi tal-partijiet ikunu ddepożitaw l-istrument ta’ aċċettazzjoni ta’ dawn l-emendi mad-depożitarju. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti oħra fid-disgħin jum wara d-data li fiha l-imsemmija parti tkun iddepożitat l-istrument ta’ aċċettazzjoni tal-emendi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE, tad-<DATE ISO="20040219">19 ta’ Frar 2004</DATE>, li għandha x’taqsam mal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġiż Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti [dwar it-Tniġġis tal-Arja Transkonfinali f’Distanzi Twal, tal-1979, dwar il-materjal organiku persistenti li jniġġes] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 144), l-istrument ta’ ratifika tal-Komunità ġie ddepożitat fit-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Mhux l-Istati Membri kollha huma partijiet tal-Protokoll ta’ Aarhus.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament POP</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-Regolament POP jipprojbixxi, fl-Artikolu 3 tiegħu, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tas-sustanzi inklużi fil-lista li tikkostitwixxi l-Anness I tiegħu. Huwa jirregola l-użu tas-sustanzi fil-lista li tikkostitwixxi l-Anness II tiegħu. Il-lista tas-sustanzi suġġetti għal dispożizzjonijiet għal tnaqqis tal-emissjonijiet tikkostitwixxi l-Anness III ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li, kull meta sustanza tiġi elenkata fil-listi tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jew fil-Protokoll ta’ Aarhus, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, temenda l-Annessi I sa III tal-imsemmi regolament, skont<?PAGE NO="I-3350"?> il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 16(2) tiegħu. Skont din l-aħħar dispożizzjoni, li tirreferi b’mod partikolari għall-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), din hija megħjuna minn kumitat regolatorju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 76/769/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE, tas-<DATE ISO="19760727">27 ta’ Lulju 1976</DATE>, tikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 3, p. 317). Meta saret l-allegazzjoni ta’ fatti attribwiti lir-Renju tal-Isvezja fil-kuntest tal-proċeduri preżenti, din id-direttiva ma kinitx tkopri l-PFOS.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040804">4 ta’ Awwissu 2004</DATE>, ġiet sottomessa proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill [dokument COM (2004) 537 finali] mill-Kummissjoni, intiża li din tal-aħħar tiġi awtorizzata tissottometti, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri li huma partijiet, proposti għall-inklużjoni ta’ ċertu numru ta’ sustanzi kimiċi fl-annessi meqjusa bħala rilevanti tal-Protokoll ta’ Aarhus u/jew tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Din il-proposta, sa fejn kienet tikkonċerna l-Protokoll ta’ Aarhus, kienet intiża li tinkludi l-hexachlorobutadiene, l-octabromodiphenyl ether u l-pentachlorbenzene fl-Anness I tagħha, il-polychlorinated naphtalenes fl-Annessi I u III, u x-short-chained chlorinated paraffins fl-Anness II.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3351"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-imsemmija proposta, sa fejn kienet tikkonċerna l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, kienet intiża li tinkludi l-hexachlorobutadiene, l-octabromodiphenyl ether u l-pentachlorbenzene, jiġifieri s-sustanzi li diġà ssemmew intiżi għall-inklużjoni fl-Anness I tal-Protokoll ta’ Aarhus, kif ukoll il-pentabromodiphenyl ether, il-chlordecone, il-hexabromobiphenyl u l-hexachlorocyclohexane fl-Anness A tal-imsemmija konvenzjoni, il-polychlorinated napthalenes fl-Annessi A u Ċ, u x-short-chained chlorinated paraffins fl-Anness B tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-PFOS ma kienx kopert mill-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill, la fir-rigward tal-inklużjoni fl-Annessi tal-Protokoll ta’ Aarhus u lanqas fir-rigward tal-inklużjoni fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-punt 6 tal-espożizzjoni tal-motivi ta’ din il-proposta kien jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023" />Fid-dawl tal-obbligu li jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità li jirriżulta mill-Artikolu 10 [KE], jistgħu biss jiġu sottomessi proposti konġunti tal-Komunità u tal-Istati Membri.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza tal-punt 5 tal-motivi tal-imsemmija proposta kienet tindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024" />Ibbażati fuq l-obbligu li tiġi żgurata l-unità tar-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità u sabiex jiġi żgurat li l-proposti jkunu ġustifikati u jibbenefikaw minn sostenn suffiċjenti fil-Komunità, għandhom biss jiġu sottomessi proposti konġunti mill-Komunità u mill-Istati Membri.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024" /> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3352"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-grupp tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025" /> iltaqa’ fit-<DATE ISO="20040908">8 ta’ Settembru 2004</DATE>. F’din l-okkażjoni, ir-Renju tal-Isvezja ddikjara li kien favur proposta komuni għall-inklużjoni tal-PFOS fl-anness rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u semma l-possibbiltà li huwa jissottometti unilateralment proposta f’dan is-sens. Waqt din il-laqgħa, id-diskussjonijiet relatati mal-PFOS essenzjalment ikkonċernaw il-konsegwenzi legali tal-possibbiltà ta’ inklużjoni unilaterali ta’ PFOS fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u l-oġġezzjonijiet legali tal-Kummissjoni għall-imsemmija possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jinkludu teħid ta’ pożizzjoni komuni dwar is-sustanzi proposti għall-inklużjoni fl-annessi tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. F’dawn il-konklużjonijiet (dokument 7292/05, tal-<DATE ISO="20050314">14 ta’ Marzu 2005</DATE>), il-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026" />irrakkommanda lill-Komunità Ewropea u lill-Istati Membri jeżaminaw il-proposta intiża għall-inklużjoni ta’ mhux iktar minn tliet sustanzi addizzjonali, li għandha tiġi trażmessa lis-Segretarjat [tal-imsemmija konvenzjoni] mill-iktar fis possibbli, preferibbilment qabel [l-ewwel laqgħa tal-konferenza tal-partijiet,] iżda, fi kwalunkwe każ, fil-ħin sabiex hija tkun tista’ tiġi eżaminata waqt l-ewwel laqgħa tal-Kumitat għall-istudju tal-POPs u, għal dan il-għan, jitlob li l-esperti tagħhom jeżaminaw bi prijorità l-lista ta’ sustanzi li jaqgħu taħt il-[Protokoll ta’ Aarhus] bħala bażi għall-għażla tas-sustanzi addizzjonali peress li dawn huma diġà rregolati bħala POP fi ħdan l-[Unjoni Ewropea].<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026" /> Barra minn hekk, il-Kunsill irrakkomanda, fil-punt 5(b) tal-imsemmija konklużjonijiet tiegħu, li għandhom jiġu adottati regoli finanzjarji u baġit sabiex is-Segretarjat ikun jista’ jimplementa b’mod effettiv id-deċiżjonijiet meħuda mill-konferenza tal-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>L-ewwel laqgħa tal-konferenza tal-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma nżammet mit-2 sas-<DATE ISO="20050506">6 ta’ Mejju 2005</DATE>. Waqt din il-laqgħa nħoloq il-Kumitat għall-istudju tal-POPs. Żewġ sustanzi, jiġifieri l-chlordecone u l-hexabromobiphenyl, ġew proposti mill-Komunità u mill-Istati Membri għall-inklużjoni fl-annessi tal-Konvenzjoni<?PAGE NO="I-3353"?> ta’ Stokkolma. L-imsemmi kumitat għall-istudju kellu jiltaqa’ għall-ewwel darba f’Novembru 2005.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE>, il-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027" /> eżamina l-proposta tal-Kummissjoni msemmija fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, dwar proposti għall-inklużjoni ta’ sustanzi kimiċi fl-annessi tal-Protokoll ta’ Aarhus u tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Mill-minuti ta’ din il-laqgħa jirriżulta li l-presidenza ppreżentat dokument li jipparaguna l-proċeduri għall-emendi taħt dan il-protokoll u l-konvenzjoni u li jfassal proposti għall-emendi fir-rigward ta’ kull wieħed minn dawn l-istrumenti. Fir-rigward tal-proposti dwar il-Protokoll ta’ Aarhus, li kellhom isiru malajr fid-dawl tat-terminu li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni, il-membri ta’ dan il-grupp ftiehmu dwar ħames sustanzi, jiġifieri l-hexachlorobutadiene, l-octabromodiphenyl ether, il-pentachlorobenzene, il-polychlorinated naphtalenes u x-short-chained chlorinated paraffins. Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, dawn il-membri ftiehmu li l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi kellha tiġi proposta għat-tieni konferenza tal-partijiet, iżda l-grupp ma wasalx għal ftehim dwar liema sustanzi u d-diskussjoni dwar dan ġiet posposta.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-PFOS, dan l-istess grupp irrikonoxxa li din is-sustanza għandha l-istess karatteristiċi ta’ POP u nnota li kien hemm xogħol għaddej dwar l-identifikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll fuq livell Komunitarju. Hekk kif il-Kummissjoni tkun issottomettiet proposta fuq dawn il-miżuri ta’ kontroll, il-PFOS għandu jiġi propost għall-inklużjoni fil-Protokoll ta’ Aarhus. Il-Kummissjoni ssostni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, u dan il-fatt huwa kkonfermat, b’mod partikolari, fin-nota ta’ intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, li l-presidenza ġibdet l-attenzjoni tal-imsemmi grupp dwar il-konsegwenzi ekonomiċi ta’ proposta għall-inklużjoni tal-PFOS fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma wara li saru n-notifiki, peress li dan jista’ jwassal lill-pajjiżi fi proċess ta’ żvilupp sabiex jeżiġu għajnuna finanzjarja addizzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3354"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, ir-Renju tal-Isvezja ssottometta f’ismu u għan-nom tiegħu proposta għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma lis-Segretarjat ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050720">20 ta’ Lulju 2005</DATE>, il-Kumitat ta’ Rappreżentanti Permanenti (Coreper) eżamina abbozz emendat, imfassal mill-presidenza, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposti għall-inklużjoni ta’ sustanzi fl-annessi tal-Protokoll ta’ Aarhus (dokument 11164/05, tal-<DATE ISO="20050715">15 ta’ Lulju 2005</DATE>). L-Artikolu 1 ta’ dan it-test kien jipprovdi l-proposta għall-inklużjoni ta’ ħames sustanzi nnominati mill-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028" /> waqt il-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> u msemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza. L-Artikolu 2 tal-imsemmi test kien jipprovdi li l-Kummissjoni hija awtorizzata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029" />tissottometti proposta, preferibbilment fil-ħin sabiex tippermetti eżami qabel il-laqgħa sussegwenti tal-korp eżekuttiv tal-konvenzjoni prevista għal Diċembru 2005, flimkien mal-Istati Membri li huma partijiet tal-protokoll, intiża li temenda l-annessi rilevanti tal-protokoll biż-żieda ta’ [PFOS] fil-protokoll, ladarba l-Kummissjoni tkun issottomettiet proposta għar-restrizzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-użu skont id-Direttiva 76/769<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029" />. [traduzzjoni mhux uffiċjali] Dan it-test, fil-verżjoni li tirriżulta mid-diskussjonijiet tal-Coreper tal-<DATE ISO="20050720">20 ta’ Lulju 2005</DATE> (dokument 11386/05, tat-<DATE ISO="20050722">22 ta’ Lulju 2005</DATE>), ġie approvat permezz ta’ proċedura bil-miktub li ntemmet fit-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20051205">5 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-perfluoroctane sulfonate (emenda tad-Direttiva 76/769). Din il-proposta [COM (2005) 618 finali] saret id-Direttiva 2006/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li temenda għat-tletin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 49, p. 32). Barra minn hekk, fil-<DATE ISO="20051205">5 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni ssottomettiet ukoll quddiem il-korp eżekuttiv tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tniġġiż tal-Arja Transkonfinali f’Distanzi Twal, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri partijiet tal-Protokoll ta’ Aarhus, proposta ta’ emendi tal-annessi rilevanti ta’ dan il-protokoll intiżi għall-inklużjoni tal-ħames sustanzi nnominati mill-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030" />Ambjent<?PAGE NO="I-3355"?> internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030" /> waqt il-laqgħa tiegħu tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> u msemmija fil-punt 38 tas-sentenza preżenti, kif ukoll il-PFOS.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, il-Kunsill, fis-sessjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031" />Ambjent<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031" /> tiegħu, adotta konklużjonijiet, riprodotti fi stqarrija għall-istampa tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE> [dokument 6762/06 (Stampa 58)], li skonthom huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032" />jirrakkomanda li l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jħabbru, waqt it-[tieni laqgħa tal-partijiet tal-konvenzjoni], l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu proposta għall-inklużjoni ta’ mill-inqas tnejn u sa erba’ sustanzi addizzjonali, li għandha tiġi trażmessa lis-Segretarjat, sabiex din tkun tista’ tiġi eżaminata sat-tieni laqgħa tal-Kumitat għall-istudju tal-POPs.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0032" REF.START="QS0032" /> F’dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033" />s-sottomissjoni ta’ sustanzi addizzjonali teħtieġ deċiżjoni tal-Kunsill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033" />. F’Diċembru 2005 saret proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (dokument 8391/06) dwar is-sottomissjoni, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri, ta’ proposta għall-inklużjoni fl-Anness A sa Ċ tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ta’ tliet sustanzi, jiġifieri l-pentachlorobenzene, l-octabromodiphenyl ether u x-short-chained chlorinated paraffins, jiġifieri tlieta mill-ħames sustanzi li l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi I sa III tal-Protokoll ta’ Aarhus, u din ġiet approvata mill-Kunsill matul April 2006.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, il-Kummissjoni, wara li fakkret id-diskussjonijiet li seħħew fis-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> fi ħdan il-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034" /> u d-deċiżjonijiet proposti minn dan il-grupp, ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern tal-Isvezja li s-sottomissjoni unilaterali, mir-Renju tal-Isvezja, ta’ proposta intiża għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma kellha l-konsegwenza li taqsam ir-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Komunità u li tikkomprometti l-unità li ntlaħqet waqt l-ewwel konferenza tal-partijiet ta’ din<?PAGE NO="I-3356"?> il-konvenzjoni u fil-kuntest tal-proposta għall-inklużjoni ta’ sustanzi ġodda taħt il-Protokoll ta’ Aarhus, u dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju tal-Isvezja ppropona l-inklużjoni tal-PFOS fl-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE> minkejja li kellu għarfien li kien għaddej xogħol fuq din is-sustanza, kif jidher mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar il-proposti għall-inklużjoni ta’ sustanzi skont il-Protokoll ta’ Aarhus, li jirriproduċi l-konklużjonijiet sostnuti mill-imsemmi grupp ta’ xogħol waqt il-laqgħa tiegħu fis-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE>. Dan ix-xogħol preparatorju kien kundizzjoni għall-azzjoni internazzjonali tal-Komunità u tal-Istati Membri fil-kuntest tal-imsemmi protokoll. L-azzjoni unilaterali tar-Renju tal-Isvezja, intiża għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, tista’ twassal għall-emenda tar-Regolament POP, u ċċaħħad lill-Kummissjoni mid-dritt ta’ inizjattiva tagħha f’qasam li huwa fil-biċċa l-kbira kopert mill-kompetenza Komunitarja u ċċaħħad lill-Kunsill mill-opportunità li jiddeċiedi dwar sottomissjoni ta’ proposta għall-inklużjoni ta’ dik is-sustanza skont l-Artikolu 300(1) KE. Konsegwentement, il-Kummissjoni intimat lir-Renju tal-Isvezja sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’ittra tal-<DATE ISO="20060215">15 ta’ Frar 2006</DATE>, dan l-Istat Membru sostna li l-Komunità ma kinitx adottat miżuri dwar il-PFOS meta hija kienet ħadet l-inizjattiva allegata mill-Kummissjoni, u għaldaqstant l-Istati Membri kienu għadhom kompetenti li jipproponu l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-annessi rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Huwa sostna wkoll, minkejja l-isforzi tiegħu li jipproponi l-imsemmija inklużjoni fil-kuntest tal-azzjoni Komunitarja, li ma kienx intlaħaq ftehim dwar dan matul il-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE>, tal-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035" />. Konsegwentement, ir-Renju tal-Isvezja qies li ma kienx hemm ksur tal-Artikoli 10 KE u 300(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru, tat-<DATE ISO="20060628">28 ta’ Ġunju 2006</DATE>, li biha stiednet lill-imsemmi Stat Membru jadotta l-miżuri<?PAGE NO="I-3357"?> neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ din l-opinjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika tagħha. Ir-Renju tal-Isvezja rrisponda b’ittra tal-<DATE ISO="20060904">4 ta’ Settembru 2006</DATE>, u reġa’ tenna l-pożizzjoni tal-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20060215">15 ta’ Frar 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma kinitx sodisfatta bir-risposti tar-Renju tal-Isvezja, hija ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ġew ammessi jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tar-Renju tal-Isvezja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Insostenn tal-ilment ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 10 KE, il-Kummissjoni ssostni li r-Renju tal-Isvezja ma ħax il-miżuri kollha xierqa sabiex jiffaċilita t-twettiq tal-missjoni tal-Komunità u ma naqasx milli jadotta miżuri li jistgħu jippreġudikaw it-twettiq tal-għanijiet tal-Komunità.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3358"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li, meta r-Renju tal-Isvezja ppropona unilateralment l-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, kien hemm għaddej xogħol f’dan ir-rigward fil-Kunsill. B’mod iktar speċifiku, il-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036" /> kien laħaq ftehim fuq strateġija f’dan ir-rigward matul il-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE>. Fid-dawl tat-termini li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, kien importanti li tiġi adottata deċiżjoni mill-iktar fis possibbli fir-rigward tal-proposti għall-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Annessi tal-Protokoll ta’ Aarhus. Il-PFOS ittieħed inkunsiderazzjoni fuq din il-bażi, iżda l-grupp iddeċieda li kien ser jiġi propost biss wara li l-Kummissjoni tkun issottomettiet proposta dwar il-miżuri ta’ kontroll fir-rigward ta’ din is-sustanza skont id-Direttiva 76/769. Fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, li tirreferi għaliha l-proposta Svediża, il-membri tal-imsemmi grupp kienu ftiehmu li l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-annessi rilevanti ta’ din il-konvenzjoni għandha tiġi proposta, iżda ma kinux iddeterminaw liema sustanzi, peress li d-diskussjoni dwar dan il-punt ġiet posposta. Dan l-istess grupp iddiskuta l-konsegwenzi finanzjarji tal-proposta ta’ inklużjoni tal-PFOS fl-annessi rilevanti tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li l-PFOS ma kellux prijorità fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u li l-għażla kienet ir-riżultat ta’ pożizzjoni komuni fi ħdan il-Kunsill. Madankollu, dan ma jfissirx li l-PFOS ma ttieħidx inkunsiderazzjoni fl-istrateġija tal-Komunità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta l-fatt li kien hemm urġenza kbira li tiġi proposta din is-sustanza skont l-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-konklużjonijiet tal-Kunsill ma jikkostitwixxux att legali vinkolanti, iżda tikkontesta l-argument li tali konklużjonijiet ma għandhom ebda tifsira legali u jistgħu ma jittiħdux inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-kwistjoni prinċipali ma hijiex jekk il-Komunità eżerċitatx il-kompetenza tagħha fil-qasam tal-ambjent b’mod speċifiku fir-rigward tal-PFOS,<?PAGE NO="I-3359"?> iżda jekk użatx tali kompetenza sabiex tirregola prodotti kimiċi perikolużi, u b’mod iktar partikolari, il-POPs. F’dan ir-rigward, hija tosserva li diġà kien hemm qafas regolamentari Komunitarju fil-qasam tal-prodotti kimiċi perikolużi, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-POPs, tant li s-sottomissjoni ta’ proposti għall-inklużjoni ta’ sustanzi skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma hija miżura li essenzjalment taqa’ taħt ir-regoli Komunitarji. L-eżistenza tal-kompetenza tal-Komunità, kemm jekk esklużiva jew kondiviża, tfisser li, fejn hija meħtieġa azzjoni fuq livell internazzjonali, tali azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità, waħedha jew flimkien mal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-azzjoni unilaterali tar-Renju tal-Isvezja rriżultat fi tqassim tar-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità fir-rigward tal-inklużjoni tal-PFOS skont il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, li jmur kontra l-obbligu ta’ unità fir-rappreżentazzjoni tal-Komunità li tirriżulta mid-dmir ta’ kooperazzjoni legali stabbilit fl-Artikolu 10 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument li jgħid li proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-anness tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ma taffettwax il-Komunità, fid-dawl tan-neċessità ta’ deċiżjoni tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ din il-konvenzjoni, tan-neċessità ta’ vot tal-partijiet u tal-possibbiltà għal kull parti li tagħmel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 22(3)(b) u (4) tal-imsemmija konvenzjoni, li ma tkunx marbuta b’emenda għall-Annessi A, B jew Ċ. Fil-fatt, il-proposta tar-Renju tal-Isvezja tista’ twassal għal kunflitt bejn dan l-Istat Membru u l-Komunità anki jekk il-Komunità tagħżel li ma tkunx marbuta b’tali emenda. Sussegwentement, tali argument ma jiħux inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-proċess deċiżjonali fi ħdan din il-konvenzjoni. B’mod partikolari, il-Komunità ma tistax tipprekludi l-adozzjoni tal-emenda proposta. Fl-aħħar nett, l-eżistenza ta’ mekkaniżmu intiż li jelimina kontradizzjoni bejn id-dritt Komunitarju u l-azzjoni internazzjonali ta’ Stat Membru ma tneħħix l-obbligu li jiġi ddeterminat minn qabel jekk id-dritt Komunitarju jistax ikun affettwat minn din l-azzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3360"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-proposta tar-Renju tal-Isvezja kellha bħala għan li tistabbilixxi regola internazzjonali ġdida li jkollha l-effett dirett li taffettwa d-dritt Komunitarju, peress li din timplika l-obbligu li jiġi emendat ir-Regolament POP.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument li jgħid li l-Istati Membri huma awtorizzati jadottaw regoli nazzjonali li huma iktar stretti mir-Regolament POP, peress li dan ir-regoalment jistabbilixxi biss regoli Komunitarji minimi, bil-konsegwenza, skont l-Artikolu 176 KE, li l-Istati Membri jkunu awtorizzati jissottomettu proposti ta’ emenda għall-annessi tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, l-għan ta’ tali proposta huwa neċessarjament l-implementazzjoni ta’ regola internazzjonali iktar stretta, li tipproduċi l-effetti tagħha mhux biss fir-rigward tal-Istat Membru li għamel tali proposta, iżda wkoll fir-rigward tal-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-argument li jgħid li l-inizjattiva tar-Renju tal-Isvezja kienet konformi mal-għanijiet tal-Komunità fil-qasam tal-ambjent u li ma hemmx bżonn li jsiru kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni tfakkar li l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi fi proċess ta’ żvilupp sabiex ikunu jistgħu jaffrontaw l-obbligi tagħhom taħt din il-konvenzjoni. Għaldaqstant, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet kollha ta’ din il-konvenzjoni qabel ma jiġu sottomessi proposti għall-inklużjoni ta’ sustanzi ġodda fl-annessi rilevanti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jsostni li l-Kummissjoni invokat bħala l-uniku motiv tar-rikors tagħha l-fatt li billi huwa ppropona unilateralment l-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 10 KE u l-Artikolu 300(1) KE. Matul il-proċedura prekontenzjuża, il-Kummissjoni ma ddikjaratx li r-Renju tal-Isvezja ma kienx awtorizzat jadotta din<?PAGE NO="I-3361"?> il-miżura peress li l-Komunità kellha kompetenza esklużiva f’dan ir-rigward. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-argumenti inklużi fir-rikors tal-Kummissjoni bħala dikjarazzjoni tal-ksur tar-regoli ta’ kompetenza, ikun hemm motiv ġdid li għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont ir-Renju tal-Isvezja, il-PFOS ma kienx irregolat fuq livell Komunitarju meta dan l-Istat Membru ppropona l-inklużjoni tiegħu fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Fil-fatt, la r-Regolament POP u lanqas id-Direttiva 76/769 ma kienu japplikaw għal din is-sustanza, b’mod li, fir-rigward ta’ kompetenza kondiviża, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Komunità setgħu jipproponu ż-żieda tal-PFOS fl-imsemmi anness.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Bħal ma jsostni r-Renju tal-Isvezja, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Republika tal-Finlandja jsostnu wkoll li ma kien hemm ebda pożizzjoni komuni dwar l-PFOS fl-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>. Kif isostni r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali ma jimplikax li l-Kummissjoni setgħet leġittimament tistenna li r-Renju tal-Isvezja, minkejja l-isforzi ripetittivi tiegħu, jistenna azzjoni interna tal-Komunità għal perijodu indefinit minkejja li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni kienu ftiehmu dwar il-fatt li l-PFOS jippreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 10 KE, ir-Renju tal-Isvezja jsostni li l-interpretazzjoni ta’ dan il-prinċipju mogħtija mill-Kummissjoni għandha r-riskju li tneħħi s-sens tal-kompetenza kondiviża fil-każ ta’ ftehim imħallat. Dan il-prinċipju sempliċement ifisser li l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz, sa fejn huwa possibbli, sabiex jikkooperaw mal-istituzzjonijiet Komunitarji. Ir-Renju tal-Isvezja jikkunsidra li tabilħaqq hekk kien għamel. F’dan ir-rigward, huwa informa u kkonsulta lill-Komunità kif ukoll l-Istati Membri l-oħra u pprova jikseb azzjoni komuni qabel ma ssottometta l-proposta għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3362"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju tal-Isvezja jsostni li eċċezzjonijiet mir-rekwiżit tal-unità fir-rappreżentazzjoni internazzjonali għandhom jiġu ammessi, sa kemm l-obbligu ta’ kooperazzjoni ma jfissirx li hemm obbligu li tintlaħaq unanimità f’kull każ. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Finlandja ssostni li l-Artikolu 10 KE kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jagħtix lok għall-obbligu ta’ Stat Membru li huwa parti minn ftehim imħallat li ma jużax il-kompetenza tiegħu fil-każ fejn il-Komunità ma ddeċidietx li tuża l-kompetenza tagħha u fejn ma kienx possibbli li tiġi stabbilita politika komuni bejn il-Komunità u l-Istati Membri. Dawn tal-aħħar jistgħu jiddeċiedu unilateralment fuq l-użu tal-kompetenza tagħhom filwaqt li josservaw id-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Kif isostni wkoll ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali ma għandux l-effett li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu, f’ebda ċirkustanza, unilateralment jadottaw miżuri esterni għall-Komunità fil-qasam tal-ambjent, meta din il-kompetenza hija espliċitament mogħtija lilhom taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 174(4) KE. Ir-Renju tad-Danimarka jsostni wkoll li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali ma għandux, fil-prattika, isir prinċipju dwar id-devoluzzjoni tal-kompetenzi u ma jistax ineħħi mill-Istati Membri l-kompetenza li huma għandhom. Kif isostni r-Renju Unit, dan ikun jimplika <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> kompetenza esterna esklużiva lill-Komunità f’ċirkustanzi fejn ma hemmx tali kompetenza.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnut mill-intervenjenti, isostni wkoll li l-proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza f’anness tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ma tipproduċix effetti ġuridiċi fir-rigward tal-partijiet l-oħra tal-imsemmija konvenzjoni. Kif jesponi r-Renju tad-Danimarka, hija biss il-konferenza tal-partijiet li tista’ tieħu pożizzjoni fuq il-possibbiltà ta’ inklużjoni ta’ sustanza u huwa biss meta din il-konferenza ssegwi l-proposta tal-Kumitat tekniku li tqum il-kwistjoni tat-teħid ta’ pożizzjoni tal-Komunità, peress li l-Komunità tista’ tagħżel li ma tkunx marbuta.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3363"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju tal-Isvezja, sostnut ukoll f’dan ir-rigward mill-intervenjenti, isostni li s-sitwazzjoni legali li tirriżulta mill-proposta unilaterali tiegħu għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma hija paragunabbli ma’ dik li jista’ jkun hemm jekk huwa jiddeċiedi, abbażi tal-Artikolu 176 KE, li jadotta regoli nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent li jkunu iktar stretti minn dawk tad-dritt Komunitarju. Ir-Repubblika tal-Finlandja tindika li ma hemm xejn fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li Stat Membru ma jistax, taħt ftehim internazzjonali, jadotta miżuri protettivi li huma iktar stretti mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-konvenut u l-intervenjenti jsostnu li l-inizjattiva tar-Renju tal-Isvezja ma kellhiex l-effett li tippreġudika l-għanijiet Komunitarji fil-qasam tal-politika ambjentali. F’dan il-kuntest, ma hemmx bżonn li jsiru kunsiderazzjonijiet ekonomiċi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-oqsma kollha li jikkorrispondu mal-għanijiet tat-Trattat KE, l-Artikolu 10 KE jeżiġi lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-twettiq tal-missjoni tal-Komunità u ma jieħdu ebda miżuri li jkunu jistgħu jippreġudikaw it-twettiq tal-għanijiet tat-Trattat (Opinjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="1/03" PAGE.ECR="I-1146" YEAR="2006">1/03, tas-<DATE ISO="20060207">7 ta’ Frar 2006</DATE>, Ġabra p. I-1145</REF.DOC.ECR>, punt 119, u s-sentenza tat-<DATE ISO="20060530">30 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-459/03" PAGE.ECR="I-4635" YEAR="2006">C-459/03, Ġabra p. I-4635</REF.DOC.ECR>, punt 174).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja jikkunsidra li d-dmir ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 10 KE għandu portata limitata peress li jikkonċerna oqsma li fihom il-kompetenza hija kondiviża bejn il-Komunità u l-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3364"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan id-dmir ta’ kooperazzjoni leali huwa ta’ applikazzjoni ġenerali u la jiddependi fuq in-natura esklużiva jew mhux esklużiva tal-kompetenza Komunitarja u lanqas fuq id-dritt, għall-Istati Membri, li jkollhom obbligi fir-rigward ta’ Stati terzi (sentenzi tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/03" PAGE.ECR="I-4805" YEAR="2005">C-266/03, Ġabra p. I-4805</REF.DOC.ECR>, punt 58, u tal-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/03" PAGE.ECR="I-6985" YEAR="2005">C-433/03, Ġabra p. I-6985</REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fil-kawża inkwistjoni, il-Kummissjoni ppreċiżat li hija ma sostnietx li l-Komunità kellha kompetenza esklużiva li tissottometti proposta għall-inklużjoni ta’ PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Għaldaqstant, kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li l-kompetenza hija kondiviża. F’dan is-sens, għandu jkun hemm distinzjoni bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u dik fis-sentenza tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE> (Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/07" PAGE.ECR="I-701" YEAR="2009">C-45/07, Ġabra p. I-701</REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna kompetenza esklużiva.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fejn jidher li s-suġġett ta’ ftehim jew ta’ konvenzjoni jaqa’ parzjalment taħt il-kompetenza tal-Komunità u parzjalment taħt dik tal-Istati Membri, huwa importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni stretta bejn dawn tal-aħħar u l-istituzzjonijiet Komunitarji, kemm fil-proċess tan-negozjati u tal-konklużjonijiet, kif ukoll fit-twettiq tal-obbligi assunti. Dan l-obbligu ta’ kooperazzjoni jirriżulta mir-rekwiżit ta’ unità ta’ rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità [Deċiżjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="1/78" PAGE.ECR="2151" YEAR="1978">1/78, tal-<DATE ISO="19781114">14 ta’ Novembru 1978</DATE>, Ġabra p. 2151</REF.DOC.ECR>, punti 34 sa 36 (b’analoġija mat-Trattat KEEA; Opinjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="2/91" PAGE.ECR="I-1061" YEAR="1993">2/91, tad-<DATE ISO="19930319">19 ta’ Marzu 1993</DATE>, Ġabra p. I-1061</REF.DOC.ECR>, punt 36; Opinjoni <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="1/94" PAGE.ECR="5267" YEAR="1994">1/94, tal-<DATE ISO="19941115">15 ta’ Novembru 1994</DATE>, Ġabra p. I-5267</REF.DOC.ECR>, punt 108, u sentenza tad-<DATE ISO="19960319">19 ta’ Marzu 1996</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/94" PAGE.ECR="I-1469" YEAR="1996">C-25/94, Ġabra p. I-1469</REF.DOC.ECR>, punt 48].</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma suġġetti għal dmirijiet partikolari ta’ azzjoni u ta’ astensjoni f’sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni tkun issottomettiet proposti lill-Kunsill li, minkejja li ma ġewx adottati minn dan tal-aħħar, jikkostitwixxu l-bidu ta’ azzjoni Komunitarja miftehma (sentenzi tal-<DATE ISO="19810505">5 ta’ Mejju 1981</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="804/79" PAGE.ECR="1045" YEAR="1981">804/79, Ġabra p. 1045</REF.DOC.ECR>, punt 28; Il-Kummissjoni<?PAGE NO="I-3365"?> vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, punt 59, u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim multilaterali f’isem il-Komunità jikkostitwixxi l-bidu ta’ azzjoni Komunitarja miftehma fuq il-livell internazzjonali u jimplika, għal dan il-għan, jekk mhux dmir ta’ astensjoni min-naħa tal-Istati Membri, minn tal-inqas obbligu ta’ kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-missjoni tal-Komunità u jiġu żgurati l-unità u l-koerenza tal-azzjoni u tar-rappreżentanza internazzjonali ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-kawża inkwistjoni, huwa paċifiku li, meta r-Renju tal-Isvezja ssottometta l-proposta għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, fl-<DATE ISO="20050714">14 ta’ Lulju 2005</DATE>, il-Kunsill ma kienx adotta deċiżjoni formali fir-rigward ta’ proposta għall-inklużjoni ta’ sustanzi f’dan l-anness. Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk f’dak iż-żmien, kif issostni l-Kummissjoni, kienx hemm strateġija Komunitarja f’dan is-sens, li tikkonsisti fil-fatt li ma jsirux proposti immedjati għall-inklużjoni tal-PFOS fil-kuntest ta’ din il-konvenzjoni, b’mod partikolari għal raġunijiet ekonomiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jidhirx li huwa neċessarju li pożizzjoni komuni jkollha forma partikolari sabiex tkun teżisti u li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali, sa fejn il-kontenut ta’ din il-pożizzjoni jista’ jiġi stabbilit skont il-liġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-PFOS, għandu jiġi mfakkar, qabel kollox, li f’Marzu 2005, din is-sustanza la kienet ġiet inkluża fil-Protokoll ta’ Aarhus u lanqas fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3366"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-konklużjonijiet tiegħu adottati matul dan ix-xahar ta’ Marzu 2005 fid-dawl tal-ewwel konferenza tal-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, il-Kunsill irrakkomanda lill-Komunità u lill-Istati Membri jeżaminaw proposta għall-inklużjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037" />mhux iktar minn tliet sustanzi addizzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037" /> fl-annessi ta’ din il-konvenzjoni. L-esperti tal-Komunità u tal-Istati Membri kienu inkarigati bil-prijorità ewlenija li jeżaminaw il-lista ta’ sustanzi li jaqgħu taħt il-Protokoll ta’ Aarhus u li jużawha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038" />bħala l-bażi għall-għażla tas-sustanzi addizzjonali peress li s-sustanzi f’din il-lista huma diġà rregolati bħala POP fi ħdan il-Komunità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038" />.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li, f’dan iż-żmien, il-PFOS ma kienx inkluż fil-Protokoll ta’ Aarshus u ma kienx għadu rregolat bħala POP fi ħdan l-Unjoni, huwa ma kellux, skont l-imsemmija konklużjonijiet tal-Kunsill, jittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-ewwel proposti li kellhom jiġu sottomessi, kemm jekk taħt l-imsemmi protokoll jew taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-limitu tan-numru ta’ sustanzi li għandhom jiġu proposti (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039" />mhux iktar minn tlieta<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0039" REF.START="QS0039" />), moqri fid-dawl tal-punt 5(h) tal-imsemmija konklużjonijiet, isaħħaħ l-argument li kunsiderazzjonijiet ekonomiċi kienu jagħmlu parti mill-istrateġija Komunitarja fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, li għandu jiġi mfakkar li tapplika mad-dinja kollha u li l-Artikolu 13 tagħha jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi fi proċess ta’ żvilupp jew b’ekonomija fi tranżizzjoni. Fil-fatt, fil-punt 5(h), il-Kunsill jirrakkomanda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040" />li għandhom jiġu adottati regoli finanzjarji u baġit sabiex jippermettu lis-Segretarjat jimplementa b’mod effettiv id-deċiżjonijiet meħuda mill-[konferenza tal-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0040" REF.START="QS0040" />.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill, kif ukoll kif ġie mfakkar fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, żewġ sustanzi, li l-PFOS ma kienx wieħed fosthom, ġew proposti<?PAGE NO="I-3367"?> mill-Komunità u mill-Istati Membri waqt l-ewwel laqgħa tal-konferenza tal-partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, li nżammet matul ix-xahar ta’ Mejju 2005.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Mill-minuti tal-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> tal-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0041" REF.START="QS0041" />, li l-kontenut tagħhom jinsab fil-qosor fil-punti 38 u 39 ta’ din is-s-sentenza, jirriżulta li d-diskussjoni ttrattat is-sottomissjoni ta’ sustanzi kemm taħt il-Protokoll ta’ Aarhus kif ukoll taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Għalkemm dawn il-minuti ma jsemmux espliċitament il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi li ġew diskussi, dan il-fatt ma huwiex ikkontestat mir-Renju tal-Isvezja u huwa rrikonoxxut b’mod partikolari mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Mill-imsemmija minuti jirriżulta li l-għan immedjat kien is-sottomissjoni taħt il-Protokoll ta’ Aarhus tas-sustanzi msemmija fil-punti 30 u 38 ta’ din is-sentenza, li huma diġà koperti mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dak iż-żmien kien għalhekk previst li l-PFOS kien ser jiġi ppreżentat taħt dan il-protokoll hekk kif il-Kummissjoni tkun issottomettiet proposta ta’ dritt Komunitarju dwar il-miżuri ta’ kontroll ta’ din is-sustanza. L-avvenimenti kollha sussegwenti (adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill, fit-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>; sottomissjoni ta’ proposta ta’ emenda għad-Direttiva 76/769, fil-<DATE ISO="20051205">5 ta’ Diċembru 2005</DATE>; fl-istess jum, proposta għall-inklużjoni tal-PFOS fl-annessi rilevanti tal-imsemmi protokoll) juru li dan kien tabilħaqq il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-proposti taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, il-minuti tal-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> tal-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0042" REF.START="QS0042" /> jikkonstataw li kien hemm qbil (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043" />Agreement was reached by the [Working Party for<?PAGE NO="I-3368"?> International Environmental Issues]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0043" REF.START="QS0043" />) dwar il-fatt li l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi għandha tiġi proposta fit-tieni konferenza tal-partijiet. Madankollu, ma kienx hemm qbil dwar liema sustanzi kellhom jiġu proposti u d-diskussjoni dwar dan ġiet posposta.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu r-Renju tal-Isvezja u l-intervenjenti, jidher li ma hemmx sitwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044" />nuqqas deċiżjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0044" REF.START="QS0044" /> u lanqas sitwazzjoni ta’ stennija għal deċiżjoni ekwivalenti għal nuqqas ta’ deċiżjoni. Fil-fatt, bosta indikazzjonijiet isostnu l-argument li l-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0045" REF.START="QS0045" /> kellu l-intenzjoni li jilħaq deċiżjoni mhux fis-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> — iżda sussegwentement — dwar is-sustanzi li għandhom jiġu proposti taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma flimkien ma’ dawk proposti f’Mejju 2005. F’dan ir-rigward, jistgħu jiġu identifikati l-urġenza li jiġu ddeterminati minn qabel is-sustanzi li għandhom jiġu proposti taħt il-Protokoll ta’ Aarhus kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi marbuta mal-proposti taħt l-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>L-avvenimenti sussegwenti kkonfermaw din ir-rieda li tittieħed azzjoni u li jsiru proposti taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, jiġifieri r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE> u d-deċiżjoni adottata minn dan tal-aħħar matul April 2006, imsemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, li tawtorizza lill-Kummissjoni tissottometti tali proposti fir-rigward tal-pentachlorobenzene, tal-octabromodiphenyl ether u tax-short-chained chlorinated paraffins.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitqies li fl-2005 kien stabbilit li kien hemm strateġija komuni li tikkonsisti fil-fatt li ma jsirux proposti f’dan iż-żmien għall-inklużjoni tal-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma peress li, kif jidher mill-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Marzu 2005, l-esperti tal-Istati Membri u tal-Komunità kellhom jagħżlu s-sustanzi li kellhom jiġu proposti fost dawk li kienu diġà jaqgħu taħt il-Protokoll ta’ Aarhus u li, kif jirriżulta mill-minuti tal-laqgħa tas-<DATE ISO="20050706">6 ta’ Lulju 2005</DATE> tal-grupp tal-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046" />Ambjent internazzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0046" REF.START="QS0046" />, il-PFOS ma kienx jagħmel parti minn dawn is-sustanzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3369"?><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kkunsidraw li kien preferibbli li jieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-fatturi ekonomiċi, meta jiddeċiedu fuq l-istrateġija li għandha tiġi adottata mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ din is-sustanza. Din iċ-ċirkustanza wasslithom sabiex ma jipproponux immedjatament li l-PFOS jiġi eskluż taħt dan il-ftehim, iżda li jipproponuh, bħala l-ewwel prijorità, taħt ftehim ieħor, bħall-Protokoll ta’ Aarhus.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Minn dawn iċ-ċirkustanzi jirriżulta li, billi ppropona unilateralment li jinkludi l-PFOS fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, ir-Renju tal-Isvezja ddistakka ruħu minn strateġija komuni mifthiema fi ħdan il-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-eżami tal-proċess deċiżjonali previst minn din il-konvenzjoni, il-proposta unilaterali tar-Renju tal-Isvezja tinkludi konsegwenzi għall-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-imsemmija konvenzjoni tistabbilixxi qafas istituzzjonali u proċedurali li jinkludi sett ta’ regoli partikolari għall-adozzjoni ta’ emendi għal din il-konvenzjoni, fosthom l-inklużjoni ta’ sustanzi ġodda fl-Annessi A, B jew Ċ tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(9) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness A tal-imsemmija konvenzjoni hija suġġetta għal rakkomandazzjoni pożittiva jew negattiva tal-Kumitat għall-istudju tal-materjal organiku persistenti li jnigġes tal-konferenza tal-partijiet. Kif jipprovdi l-Artikolu 23(2) ta’ din tal-aħħar, l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika, bħall-Unjoni, ma jeżerċitawx id-dritt tal-vot tagħhom jekk wieħed mill-Istati Membri tagħhom jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu, u viċeversa. L-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma jipprovdi wkoll li fil-każ li Stat Membru wieħed jew iktar ta’ tali organizzazzjoni, l-istess bħal din l-organizzazzjoni, huwa jew huma parti tal-Konvenzjoni, l-organizzazzjoni u l-Istati Membri tagħha ma humiex awtorizzati jeżerċitaw simultanjament drittijiet taħt il-konvenzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3370"?><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Is-sottomissjoni ta’ proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza taħt il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma minn Stat Membru tista’ għalhekk toħloq sitwazzjoni li fiha jew l-Unjoni tkun tista’ tivvota kontra din il-proposta, u għalhekk iċċaħħad l-Istat Membru li minnu toriġina l-proposta, mill-possibbiltà li jiddefendi l-proposta tiegħu fuq livell tal-konferenza tal-partijiet, jew li dan l-Istat Membru jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu favur il-proposta tiegħu, u għalhekk iċaħħad l-Unjoni mill-possibbiltà li teżerċita d-dritt tal-vot tagħha li jikkorrispondi man-numru ta’ voti ekwivalenti għan-numru tal-Istati Membri tagħha u tħalli l-Istati Membri l-oħra l-libertà li jivvotaw favur jew kontra l-imsemmija proposta.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-dikjarazzjoni ddepożitata mill-Komunità skont l-Artikolu 25(3) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ma tinkludix regoli speċifiċi fir-rigward tat-tqassim tal-kompetenzi bejnha u bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, din id-dikjarazzjoni tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047" />l-Komunità hija responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-konvenzjoni u li huma rregolati mid-dritt Komunitarju fis-seħħ<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0047" REF.START="QS0047" /> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048" />l-eżerċizzju tal-kompetenzi Komunitarji huwa, min-natura tiegħu, suġġett għal żvilupp kontinwu<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0048" REF.START="QS0048" />.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li l-Unjoni ma għandhiex numru suffiċjenti ta’ voti sabiex topponi l-adozzjoni ta’ emenda għal anness tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma. Għandu jingħad ukoll li, fir-rigward ta’ parti, bħall-Unjoni, li ma użatx il-possibbiltà li tagħmel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 25(4) tal-imsemmija konvenzjoni, l-emenda ta’ anness deċiża mill-konferenza tal-partijiet tidħol fis-seħħ, bla ħsara għall-metodu msejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049" />opting out<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0049" REF.START="QS0049" />, fl-iskadenza ta’ terminu ta’ sena mid-data tan-notifika mid-depożitarju tal-anness emendat.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja u l-intervenjenti jsostnu li, f’tali każ, l-Unjoni tista’, fi kwalunkwe każ, tuża din il-possibbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050" />opting out<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0050" REF.START="QS0050" /> u tinnotifika dikjarazzjoni skont<?PAGE NO="I-3371"?> l-Artikolu 22(3)(b) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma li hija ma tistax taċċetta l-emenda ta’ anness.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Dan l-argument huwa madankollu bbażat fuq l-ipoteżi li l-Unjoni hija f’pożizzjoni li tagħmel dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ emenda proposta u li ttieħed vot fir-rigward tagħha minn Stat Membru wieħed jew iktar. Issa, skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma humiex awtorizzati jeżerċitaw simultanjament drittijiet taħt il-konvenzjoni. Waqt is-seduta, il-partijiet taw interpretazzjonijiet differenti tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jitqies, minkejja din l-aħħar dispożizzjoni, li l-Unjoni tista’ dejjem tinnotifika dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni ta’ emenda proposta u li ttieħed vot fir-rigward tagħha minn Stat Membru wieħed jew iktar, tali sitwazzjoni tista’ twassal għal nuqqas ta’ ċertezza legali kemm għall-Istati Membri kif ukoll għas-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma u l-Istati terzi partijiet ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Indipendentement minn dan l-aspett, huwa paċifiku li l-għan tas-sottomissjoni ta’ proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma huwa l-adozzjoni ta’ regola internazzjonali li tivvinkola lill-partijiet magħha. Peress li l-Unjoni hija parti ta’ din il-konvenzjoni, l-emenda tal-imsemmi anness li tirriżulta tista’ tivvinkolaha, sakemm, filwaqt li tikkonforma ruħha mal-proċeduri interni pprovduti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament POP, preċedentement hija ma tkunx innotifikat dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ aċċettazzjoni fit-terminu ta’ sena mid-data ta’ notifika, mid-depożitarju, ta’ dan l-anness, kif emendat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3372"?><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>L-eżami tal-proċess deċiżjonali pprovdut fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma għalhekk jindika li proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness A ta’ din il-konvenzjoni timplika konsegwenzi fir-rigward tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tilqa’ l-argument tar-Renju tal-Isvezja u tal-intervenjenti li proposta għall-inklużjoni ta’ sustanza fl-anness ta’ konvenzjoni internazzjonali li tivvinkola lill-Unjoni hija ekwivalenti għal miżura nazzjonali iktar stretta minn miżura tal-Unjoni minima, awtorizzata mill-Artikolu 176 KE. Fil-fatt, l-Unjoni tista’ tkun marbuta b’tali emenda għall-anness tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma filwaqt li ma tkunx marbuta b’tali miżura nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Kif ġie mfakkar fil-punt 74 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizza diġà ddeċidiet li l-Istati Membri huma suġġetti għal dmirijiet partikolari ta’ azzjoni u ta’ astensjoni f’sitwazzjoni fejn il-Kummissjoni tkun issottomettiet proposti lill-Kunsill li, minkejja li ma ġewx adottati minn dan tal-aħħar, jikkostitwixxu l-bidu ta’ azzjoni Komunitarja miftehma (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65). Dan huwa partikolarment minnu f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni, li hija kkaratterizzata, kif inhu stabbilit fil-punt 91 ta’ din is-sentenza, bil-proposta unilaterali li teskludi l-Istat Membru inkwistjoni minn strateġija komuni fi ħdan il-Kunsill u li ġiet sottomessa f’kuntest istituzzjonali u proċedurali bħal dak tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Tali sitwazzjoni tista’ tippreġudika l-prinċipju ta’ unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u ddgħajjef is-setgħa tagħhom li jinnegozjaw fir-rigward tal-partijiet l-oħra tal-konvenzjoni kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3373"?><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel ilment tal-Kummissjoni, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 KE, huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 300(1) KE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Fit-tieni lment tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-azzjoni unilaterali tar-Renju tal-Isvezja kkostitwixxiet ksur tal-Artikolu 300(1), li jistabbilixxi bażi legali u proċedura legali għan-negozjati u għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, kemm jekk jikkonċernaw kompetenza esklużiva kif ukoll kondiviża. Din l-azzjoni unilaterali kellha l-effett li l-istituzzjonijiet Komunitarji ma setgħux jeżerċitaw il-kompetenzi li huma għandhom taħt it-Trattat, peress li proposta komuni tal-Komunità u tal-Istati Membri dwar l-emenda tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma ma kellhiex effett prattiku.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Isvezja, sostnut mill-intervenjenti, jikkontesta l-fatt li l-aġir tiegħu jmur kontra l-Artikolu 300(1) KE. Kif issostni r-Repubblika tal-Finlandja, din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix kompetenza materjali favur il-Komunità fil-qasam tal-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, iżda tiddefinixxi esklużivament it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet Komunitarji. Hija ma timplikax obbligu għall-Istati Membri li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu jippermetti li jintlaqgħu t-talbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-Renju Unit isostni li<?PAGE NO="I-3374"?> l-Artikolu 300(1) japplika biss għall-ftuħ tan-negozjati li jwasslu għall-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Kif sostna l-Avukat Ġenerali fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikolu 300(1) KE jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051" />[il-konklużjoni ta’] ftehim<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0051" REF.START="QS0051" />, filwaqt li kull inizjattiva meħuda mill-Komunità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052" />biex jiġi stabbilit x’posizzjoni tittieħed f’isem il-Komunità f’korp li jinħoloq minn xi ftehim<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0052" REF.START="QS0052" /> ma hijiex irregolata bl-Artikolu 300(1) KE iżda bit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fil-kawża inkwistjoni, l-aġir allegat fil-konfront tar-Renju tal-Isvezja jikkonsisti fis-sottomissjoni ta’ proposta ta’ emenda quddiem korp maħluq minn ftehim internazzjonali, b’mod li l-aġir ma jaqax, fih innifsu, taħt l-Artikolu 300(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant l-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 300(1) KE ma huwiex fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3375"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Renju tal-Isvezja tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(4) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju Unit għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ppropona, unilateralment, li jinkludi sustanza, il-perfluoroctane sulfonate, fl-Anness A tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 10 KE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3376"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>
