|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1565 |
14.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1565
tal-13 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3084 fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta, ta’ dikjarazzjonijiet simplifikati għal operaturi primarji mikro jew żgħar, ta’ arranġamenti ta’ kontinġenza u ta’ miżuri oħra li jissimplifikaw l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/1115 jistabbilixxi regoli li jimminimizzaw il-kontribut tal-Unjoni għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni tal-foresti. Dan ġie emendat bir-Regolament (UE) 2025/2650 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) fir-rigward ta’ ċerti obbligi tal-operaturi u tan-negozjanti. B’mod partikolari, ġew introdotti kategoriji ġodda ta’ “operatur downstream” u “operatur primarju mikro jew żgħir”. L-emendi jeħilsu lill-operaturi u lin-negozjanti downstream mill-obbligu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2023/1115 (is-“sistema ta’ informazzjoni”) u introduċew possibbiltà għall-operaturi primarji mikro jew żgħar biex jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata fis-sistema ta’ informazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3084 (3) jistabbilixxi r-regoli għall-funzjonament tas-sistema ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jirrifletti l-emendi tar-Regolament (UE) 2023/1115 li saru bir-Regolament (UE) 2025/2650. |
|
(3) |
Ir-regoli għall-attribuzzjoni tad-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu modifikati biex ikunu allinjati mar-regoli tal-attribuzzjoni għad-Dikjarazzjonijiet Simplifikati. |
|
(4) |
Jenħtieġ li jiġu mmodifikati u jiżdiedu għadd ta’ definizzjonijiet biex jirriflettu l-bidliet introdotti fir-Regolament (UE) 2023/1115. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2023/1115, l-operaturi primarji mikro jew żgħar huma obbligati jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata u jistgħu jaġġornawha wara kwalunkwe bidla kbira fl-informazzjoni li pprovdew. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu t-tali preżentazzjoni u aġġornamenti. |
|
(6) |
Sabiex jiġu żgurati l-flessibbiltà operazzjonali u l-adattabbiltà li tibqa’ valida fil-futur tal-infrastruttura tal-IT li tospita s-sistema ta’ informazzjoni, inklużi l-funzjonalitajiet sottostanti tagħha, jenħtieġ li titħassar ir-referenza għall-infrastruttura ta’ sistema TRACES. |
|
(7) |
Sabiex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tekniċi rigward id-daqs tal-fajl tad-dikjarazzjonijiet tad-diliġenza dovuta u tad-dikjarazzjonijiet simplifikati li jistgħu jiġu ppreżentati fis-sistema ta’ informazzjoni, u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fil-proċeduri doganali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi li jippermettu r-raggruppament tan-numri ta’ referenza individwali jew tal-identifikaturi tad-dikjarazzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta ġdida jew ta’ dikjarazzjoni simplifikata ġdida. |
|
(8) |
Biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmaniġġaw l-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni u l-kontijiet tagħhom, jeħtieġ tiġi żviluppata karatteristika dedikata fis-sistema ta’ informazzjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-Kummissjoni tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti meta jkun meħtieġ għarfien espert nazzjonali jew meta l-verifika tal-informazzjoni minn awtorità kompetenti tkun neċessarja biex il-Kummissjoni tivvalida t-talbiet li jikkonċernaw is-sistema ta’ informazzjoni. |
|
(9) |
Meta l-aċċess għas-sistema ta’ informazzjoni jiġi pprovdut permezz ta’ servizz tal-web, jenħtieġ li s-sistema ta’ informazzjoni tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għal interkonnessjoni bħal din. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni unika tal-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni, jenħtieġ li kull utent ikun jista’ joħloq reġistrazzjoni waħda biss fiha u jenħtieġ li jkun meħtieġ jipprovdi identifikatur li jippermetti tali identifikazzjoni unika. |
|
(11) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li s-sistema ta’ informazzjoni tiżgura li l-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni jkunu jistgħu jżommu l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħhom aġġornata. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata s-sigurtà u tiġi ggarantita d-disponibbiltà kontinwa tas-sistema ta’ informazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’, meta neċessarju, tistabbilixxi miżuri biex jiġu imposti kundizzjonijiet dwar interazzjonijiet individwali mas-sistema ta’ informazzjoni. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 33(3), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/1115, il-Kummissjoni trid tistabbilixxi arranġamenti ta’ kontinġenza fil-każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ informazzjoni. Biex tiġi żgurata l-konformità kontinwa mal-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2023/1115, jenħtieġ li arranġamenti ta’ kontinġenza bħal dawn jinkludu obbligi ta’ informazzjoni u l-għoti ta’ numru ta’ referenza ta’ kontinġenza u ta’ identifikatur tad-dikjarazzjoni ta’ kontinġenza. |
|
(14) |
Sabiex tkun tista’ ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(15) |
Biex jingħata biżżejjed żmien għall-allinjament tekniku tas-sistema ta’ informazzjoni mar-regoli modikati tal-attribuzzjoni tad-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta lill-awtoritajiet kompetenti, id-data tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli jenħtieġ li tiġi posposta. |
|
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) 2023/1115, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3084 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-funzjonament tas-sistema ta’ informazzjoni, inklużi regoli għall-protezzjoni tad-data personali, l-iskambju tad-data ma’ sistemi oħra tal-IT u arranġamenti ta’ kontinġenza f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tal-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ informazzjoni.” |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Meta prodott rilevanti jkun fih l-injam jew ikun sar bl-użu tal-injam, l-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni għandhom idaħħlu fid-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta l-ismijiet xjentifiċi sħaħ tal-ispeċijiet tal-injam li fihom il-prodotti rilevanti jew li jkunu saru bihom.” |
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Preżentazzjoni, aġġornament u rtirar tad-Dikjarazzjonijiet Simplifikati 1. L-utent tas-sistema ta’ informazzjoni għandu jippreżenta d-Dikjarazzjoni Simplifikata fis-sistema ta’ informazzjoni ħlief meta l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni f’konformità mal-paragrafu 2. 2. Meta l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2023/1115 tkun disponibbli f’sistema jew f’bażi tad-data li teżisti skont id-dritt tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, is-sistema ta’ informazzjoni għandha tħalli lill-Istati Membri iqiegħdu dik l-informazzjoni u, meta rilevanti, kwalunkwe aġġornament tagħha, fis-sistema ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ kull operatur primarju mikro jew żgħir kif imsemmi fl-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (UE) 2023/1115. Is-sistema ta’ informazzjoni għandha tassenja identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ kull operatur primarju mikro jew żgħir individwali. L-identifikatur tad-dikjarazzjoni għandu jiġi kkomunikat mill-Istat Membru kkonċernat lill-operatur primarju mikro jew żgħir rispettiv u jintuża minn dak l-operatur primarju mikro jew żgħir għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/1115 u ta’ dan ir-Regolament. 3. Aġġornament tad-Dikjarazzjoni Simplifikata għandu jiġi ppreżentat u jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-sistema ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 1 u 2. L-identifikatur tad-dikjarazzjoni assoċjat mad-Dikjarazzjoni Simplifikata għandu jinżamm f’każ ta’ aġġornament. 4. Is-sistema ta’ informazzjoni għandha żżomm rekord tad-Dikjarazzjonijiet Simplifikati u ta’ kwalunkwe aġġornament tagħhom. 5. Aġġornament tad-Dikjarazzjoni Simplifikata għandu jiskatta tfassil ta’ profil tar-riskju ġdid tad-Dikjarazzjoni Simplifikata aġġornata kollha f’konformità mal-Artikolu 6. 6. Is-sistema ta’ informazzjoni għandha tħalli lill-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni jirtiraw id-Dikjarazzjonijiet Simplifikati. 7. Id-Dikjarazzjonijiet Simplifikati ma għandhomx jiġu rtirati wara li d-Dikjarazzjoni Simplifikata tkun intużat bħala referenza mill-istess utent tas-sistema ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8a.” |
|
(6) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikoli 7 u 8 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 7 Assenjazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni tan-numri ta’ referenza, tal-identifikaturi tad-dikjarazzjoni u tan-numri ta’ verifika 1. Is-sistema ta’ informazzjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed wara li tikkonkludi t-tfassil tal-profil tar-riskju msemmi fl-Artikolu 6, tassenja numru ta’ referenza lid-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta u identifikatur tad-dikjarazzjoni lid-Dikjarazzjoni Simplifikata ppreżentata mill-utent tas-sistema ta’ informazzjoni. Fl-istess ħin, hija għandha tassenja numru ta’ verifika assoċjat mad-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew mad-Dikjarazzjoni Simplifikata. 2. In-numru ta’ referenza jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni u n-numru ta’ verifika assoċjat għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-utent tas-sistema ta’ informazzjoni mal-konklużjoni tat-tfassil tal-profil tar-riskju msemmi fl-Artikolu 6. 3. Is-sistema ta’ informazzjoni għandha tħalli lill-awtoritajiet kompetenti jdewmu t-tqegħid għad-dispożizzjoni tan-numru ta’ referenza jew tal-identifikatur tad-dikjarazzjoni u tan-numru ta’ verifika assoċjat biex jistabbilixxu jekk il-prodotti rilevanti jikkonformawx mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/1115 u, b’mod partikolari, biex jivverifikaw li s-sitwazzjoni identifikata msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament ma tkunx applikabbli għal dak il-prodott rilevanti. Tali dewmien għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u ma għandux jaqbeż il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2023/1115. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż skont id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti sakemm ikun neċessarju, b’perjodi addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2023/1115, biex twettaq il-kontrolli tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) 2023/1115 u dan ir-Regolament. Artikolu 8 Rifjut tad-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta u tad-Dikjarazzjonijiet Simplifikati 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew Dikjarazzjoni Simplifikata matul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2023/1115 li jibda mill-mument meta jiġi identifikat riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità fis-sistema ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 6. Ir-rifjut ta’ Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta ma għandux jibqa’ possibbli ladarba n-numru ta’ referenza ta’ Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jkun sar disponibbli għall-utent tas-sistema ta’ informazzjoni. 2. Il-prodott rilevanti ddikjarat f’Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta miċħuda jew f’Dikjarazzjoni Simplifikata miċħuda għandu jitqies mhux kopert minn Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew minn Dikjarazzjoni Simplifikata kif meħtieġ fl-Artikolu 3, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2023/1115 mill-mument tar-rifjut. 3. Ir-rifjut għandu jiġi rifless fis-sistema ta’ informazzjoni bl-assenjazzjoni ta’ status speċifiku lid-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew lid-Dikjarazzjoni Simplifikata kkonċernata.” |
|
(9) |
fil-Kapitolu II jiżdied l-Artikolu 8a li ġej: “Artikolu 8a Raggruppament tad-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta u tad-Dikjarazzjonijiet Simplifikati fis-sistema ta’ informazzjoni 1. L-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni jistgħu jiġbru flimkien Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta jew Dikjarazzjonijiet Simplifikati individwali billi jippreżentaw Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew Dikjarazzjoni Simplifikata ġdida li tirreferi għal Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta jew għal Dikjarazzjonijiet Simplifikati individwali ppreżentati qabel mill-istess utent tas-sistema ta’ informazzjoni, jew għall-istess operatur jew operatur primarju mikro jew żgħir minn rappreżentant awtorizzat, jekk applikabbli, permezz tan-numri ta’ referenza jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjoni ppreżentati qabel (“Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata”). 2. Is-sistema ta’ Informazzjoni għandha tassenja status speċifiku lid-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta jew lid-Dikjarazzjonijiet Simplifikati individwali ladarba ssir referenza għalihom fid-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew fid-Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata sabiex jiġi identifikat li jkunu raggruppati u sostitwiti mid-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew mid-Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata. 3. Id-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew id-Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata għandha tirrappreżenta d-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew id-Dikjarazzjoni Simplifikata individwali għall-finijiet ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115. Għalhekk, id-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew id-Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata għandha tkopri l-introduzzjoni fis-suq jew l-esportazzjoni tal-prodotti rilevanti inklużi fid-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta jew fid-Dikjarazzjonijiet Simplifikati individwali msemmija fihom. Għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikoli 4(7) u 26(4) tar-Regolament (UE) 2023/1115, minflok in-numri ta’ referenza individwali jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjoni li ġew assenjati status speċifiku f’konformità mal-paragrafu 2, l-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni għandhom jikkomunikaw jew jagħmlu disponibbli n-numru ta’ referenza jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni tad-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta jew tad-Dikjarazzjoni Simplifikata raggruppata.” |
|
(10) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(11) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha fis-sistema ta’ informazzjoni għall-fini tal-ipproċessar tagħhom f’konformità mal-Artikoli 21 u 27(1) tar-Regolament (UE) 2023/1115, filwaqt li tipproduċi rapporti u għall-iżvilupp, għall-funzjonament u għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.” |
|
(13) |
fl-Artikolu 12(5), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej “Is-sistema ta’ informazzjoni għandha taħżen id-data personali li tinsab fid-Dikjarazzjonijiet tad-Diliġenza Dovuta mhux aktar minn 5 snin mid-data meta tiġi ppreżentata d-Dikjarazzjoni tad-Diliġenza Dovuta fis-sistema ta’ informazzjoni, jew, fil-każ ta’ raggruppament skont l-Artikolu 8a, mid-data tar-raggruppament.”; is-sistema ta’ informazzjoni għandha taħżen id-data personali li tinsab fid-Dikjarazzjonijiet Simplifikati mhux aktar minn 5 snin mid-data meta d-Dikjarazzjoni Simplifikata tiġi rtirata mis-sistema ta’ informazzjoni.”; |
|
(14) |
fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-miżuri li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti u lill-utenti tas-sistema ta’ informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu mingħajr dewmien.” |
|
(15) |
jiddaħħal l-Artikolu 15a li ġej: “Artikolu 15a Arranġamenti ta’ kontinġenza 1. Sat-30 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tipprovdi dan li ġej fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku:
2. Il-miżuri ta’ kontinġenza msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandhom jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punt (2)(c) għandu japplika mill-15 ta’ Ottubru 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2025/2650 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward ta’ ċerti obbligi tal-operaturi u tan-negozjanti (ĠU L, 2025/2650, 23.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2650/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3084 tal-4 ta’ Diċembru 2024 dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (ĠU L, 2024/3084, 6.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3084/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1565/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)