Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Corte d’Appello di Milano - Interpretazzjoni tal-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji - Liġi nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva billi introduċiet il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għad-disinni - Possibbiltà għal Stat Membru li jestendi l-kundizzjonijiet sabiex tingħata din il-protezzjoni.
Dispożittiv
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi totalment jew sal-limiti tal-użu preċedenti, il-protezzjoni permezz tad-drittijiet tal-awtur ta’ dan l-Istat Membru, id-disinni li kienu jaqgħu fil-qasam pubbliku qabel ma din il-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ, fil-konfront ta’ kull terz li diġà pproduċa u/jew ikkummerċjalizza fit-territorju nazzjonali prodotti li ġew prodotti, skont dawn id-disinni, qabel din id-data.