|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5879 |
27.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11660 — MUTARES / SERNEKE SVERIGE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5879)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mutares SE & Co. KGaA (“Mutares”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata mis-Sur Robin Laik (il-Ġermanja) |
|
— |
Serneke Sverige AB (“Serneke Sverige”, l-Iżvezja), finalment ikkontrollata minn Doxa Aktiebolag (publ) |
Mutares se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Serneke Sverige.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Mutares hija impriża ta’ investiment internazzjonali, iffukata fuq sitwazzjonijiet speċjali u ffukata fuq l-akkwist ta’ partijiet ta’ korporazzjonijiet kbar (carve-outs) u kumpaniji ta’ daqs medju f’sitwazzjonijiet tranżizzjonali. Mutares tiffoka fuq is-setturi ekonomiċi tal-Karozzi u l-Mobbiltà, it-Teknoloġija u l-Inġinerija, il-Prodotti u s-Servizzi u l-Bejgħ bl-imnut u l-Ikel. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi madwar id-dinja. |
|
— |
Serneke Sverige hija attiva fis-settur tal-kostruzzjoni fl-Iżvezja biss, b’attivitajiet f’servizzi komunitarji u proprjetajiet ta’ infrastruttura kif ukoll bini residenzjali u kummerċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11660 – MUTARES / SERNEKE SVERIGE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5879/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)