32001E0542



Official Journal L 194 , 18/07/2001 P. 0055 - 0055


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Lulju 2001

dwar il-projbizzjoni ta'visa kontra estremisti fil-FYROM

(2001/542/CFSP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta'Ġunju 2001, il Kunsill esprima t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorazzjoni serja fis-sitwazzjoni tas-sigurtà f'Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) u kkundanna l-azzjonijiet terroristiċi kontinwi minn estremisti etniċi Albaniżi.

(2) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 ta'Ġunju 2001, il-Kunsill kompla jikkondanna kull tip ta' terroriżmu fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent u baqaċ marbut li jevita illi azzjonijiet simili li idgħajfu il-proċess demokratiku, u inkluda miżuri restrinġenti iebsin bħall-projbizzjoni ta' visa kontra l-estremisti.

(3) Visas m'għandhomx jiġu mogħtija lill-estremisti li jqiegħdu fil-periklu l-paċi u l-istabbilità fil-FYROM u li jheddu s-sovrenità u l-integrità territorjali tal-FYROM.

(4) L-UE tikkunsidra b'importanza l-allinjament tal-pajjiżi Ewropej Ċentrali u ta' Lvant assoċjati ma' l-UE, il-pajjiżi assoċjati Ċipru, Malta u t-Turkija, u l-pajjiżi EFTA, il-membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, biex jiġi mmassimizzat l-impatt ta'din il-Pożizzjoni Komuni,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. Visas m'għandhomx jingħataw lill-estremisti li jqegħedu fil-periklu l-paċi u s-stabbiltà fil-FYROM u li jheddu s-sovrenità u l-integrità territorjali tal-FYROM.

2. Il-lista ta' persuni li jaqgħu fil-firxa ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiġi magħmula u aġġornata permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li timplementa fuq bażi ta'rakomandazzjonijiet ta' l-HR.

Artikolu 2

Il-Presidenza għandha ssaqsi lill-pajjiżi Ewropej Ċentrali u ta' Lvant assoċjati ma' l-UE, il-pajjiżi assoċjati Ċipru, Malta u t-Turkija, u l-pajjiżi EFTA, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, biex jallinjaw ruħhom ma' din il-Pożizzjoni Komuni biex jiġi massimizzat l-impatt tal-projbizzjoni tal-visas.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi reveduta b'mod kontinwu.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Lulju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

L. MICHEL