Official Journal L 021 , 28/01/1998 P. 0006 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 203/98 tas-26 Jannar 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 4154/87 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u dispożizzjonijiet oħra meħtieġa sabiex tiġi applikata l-proċedura ta’ l-importazzjoni għall-oġġetti miksuba permezz ta’ l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2509/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex jiġi żgurat illi l-oġġetti bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 [3] jirċievu trattatament uniformi ma’ l-esportazzjoni fil-Komunità kollha, għandhom jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 [4] li jirrigwarda kif jiġu stabbiliti l-grassijiet tal-ħalib; Billi l-istudji u t-testijiet imwettqa mil-laboratorji responsabbli minn dawn it-testijiet jindikaw illi l-aktar proċedura approprjata hija dik stabbilita fl-Artikolu 1; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffi u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 4154/87 huwa hawnhekk mibdul bit-test li ġej: "3. Il-Kontenut tal-grass fil-ħalib (a) Għajr meta pprovdut xorta oħra fil-paragrafu (b), il-kontenut tal-grass fil-ħalib skond il-piż għandu jiġi stabbilit bl-estrazzjoni tal-petroleum fin wara l-idroliżi bl-aċidu idrokloriku. (b) Meta xaħmijiet oħra għajr il-grassijiet tal-ħalib jiġu ddikjarati wkoll fil-kompożizzjoni ta’ l-oġġetti, għandha tiġi applikata l-proċedura li ġejja: - il-perċentwal tal-piż tal-grassijiet totali fl-oġġetti għandu jiġi stabbilit kif imsemmi fil-paragrafu (a), - għall-iskopijiet sabiex jiġi stabbilit il-kontenut tal-grass tal-ħalib, għandu jintuża metodu bbażat fuq l-estrazzjoni bil-petroleum fin, ippreċedut bl-idrolożi bl-aċidu idrokloriku u segwit bil-kromotografija tal-gass ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi xaħmin. Jekk tiġi mikxufa l-preżenża tal-grassijiet tal-ħalib, il-proporzjon tal-perċentwal ta’ dan għandu jiġi kkalkolat billi jiġi mmultiplikat il-perċentwal tal-konċentrazzjoni tal-metil butirat b’25, billi jiġi mmultiplikat il-prodott bil-perċentwal totali tal-kontenut tal-grass bil-piż ta’ l-oġġetti u jiġi diviż b’100." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regoalment għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Jannar 1998. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 345, tas-16.12.1997, p. 44. [3] ĠU L 318, ta’ l-20.12.1993, p. 18. [4] ĠU L 392, tal-31.12.1987, p. 19. --------------------------------------------------