European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1582

1.8.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1582

tad-29 ta’ Lulju 2025

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318

(notifikata bid-dokument C(2025) 5362)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tinġarr minn vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt sever fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża disturb fil-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni ta’ trażmissjoni tagħha permezz tal-vetturi.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mill-inqas żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1318 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja.

(5)

B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 tirrikjedi l-istabbiliment ta’ żoni ristretti skont it-tifsira tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 f’dak l-Istat Membru, u li jiġu determinati ż-żoni elenkati fl-Annessi rispettivi tagħhom bħala tali żoni.

(6)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 25 tifqigħa addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-provinċji ta’ Nuoro u Sassari, fir-reġjun ta’ Sardenja, kif ukoll tifqigħa addizzjonali waħda fir-reġjun tal-Lombardija, li ġew irrapportati bejn il-25 ta’ Ġunju u s-17 ta’ Lulju 2025. B’reazzjoni għal dawn it-tifqigħat, l-Italja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żoni ristretti ulterjuri, fil-provinċji ta’ Nuoro u Sassari, fir-reġjun ta’ Sardenja, kif ukoll żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fir-reġjun tal-Lombardija, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Barra minn hekk, l-Italja stabbiliet żona ta’ sorveljanza f’żona li tmiss ma’ Franza, b’reazzjoni għat-tifqigħa kkonfermata minn Franza fit-12 ta’ Lulju 2025 f’reġjuni qrib il-fruntiera Taljana.

(7)

Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza kif ukoll iż-żona ristretta ulterjuri fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, kif ukoll id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żona ta’ protezzjoni u taż-żona ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anke fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ insetti vetturi. Meta ntgħażlet id-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5).

(8)

Ir-Regolament (UE) 2016/429, b’mod partikolari l-Artikolu 69, jipprevedi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tuża tilqim protettiv ta’ emerġenza fejn meħtieġ għall-kontroll effettiv ta’ marda elenkata fl-annimali miżmuma. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żoni ta’ tilqim u timplimenta pjan uffiċjali ta’ tilqim li jissodisfa rekwiżiti speċifiċi. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (6), li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi, inter alia, ir-regoli speċifiċi li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri meta jużaw tilqim protettiv ta’ emerġenza fl-annimali bovini għall-prevenzjoni jew għall-kontroll ta’ marda elenkata. Dak ir-Regolament Delegat fih ukoll il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jiġi permess il-moviment ta’ annimali mlaqqma u tal-prodotti tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda huma stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 (7) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi. B’mod partikolari, jistabbilixxi r-rekwiżiti proċedurali u tekniċi skont l-Artikolu 8 għall-Istati Membri biex jitolbu aċċess ta’ emerġenza għall-vaċċini, inklużi dawk għall-marda tal-infafet fil-ġilda, mill-banek tat-tilqim.

(10)

Fl-1 ta’ Lulju 2025, l-Italja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-pjan ta’ tilqim uffiċjali tagħha għat-tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-marda tal-infafet fil-ġilda. Il-pjan jinkludi informazzjoni dwar l-ambitu ġeografiku u amministrattiv taż-żoni ta’ tilqim, l-għadd ta’ stabbilimenti u l-annimali li jridu jitlaqqmu, u d-durata tat-tilqim, kif meħtieġ mill-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. Talbu wkoll dożi suffiċjenti ta’ vaċċini mill-bank tal-vaċċini tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/140 sabiex jibdew it-tilqim protettiv ta’ emerġenza fit-territorju kollu tar-reġjun ta’ Sardenja

(11)

Il-kundizzjonijiet li fihom l-Italja għandha tapplika tilqim protettiv ta’ emerġenza kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, kif ukoll il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jittieħdu għall-moviment ta’ annimali mlaqqmin u l-prodotti tagħhom huma stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. F’konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet, it-tilqim jista’ jiġi implimentat fiż-żoni ta’ tilqim I jew II, skont il-konferma tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda.

(12)

It-tip, id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ tilqim I u II jista’ jkollhom bżonn jiġu aġġustati fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi u l-progress tal-kampanji ta’ tilqim, b’mod partikolari filwaqt li jitqies il-livell li qed jevolvi tal-kopertura tat-tilqim miksub. Fejn xieraq jew meħtieġ, żona ta’ tilqim II jew parti minnha jista’ jkollha bżonn tiġi kkonvertita f’żona ta’ tilqim I u viċi versa, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2023/361 u abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri affettwati. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġu indikati, fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, id-dati għall-konverżjoni ta’ tip wieħed ta’ żona ta’ tilqim għal oħra.

(13)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali u r-riskju li l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda tista’ tinfirex minn annimali bovini infettati b’mod subkliniku, jeħtieġ li jiġi pprojbit il-moviment ta’ dawn l-annimali minn kwalunkwe post fiż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, jew ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetri esterni taż-żoni ristretti ulterjuri fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru. Għal dak l-għan, kellhom jiġu identifikati żoni speċifiċi fit-territorji tal-Italja fejn jenħtieġ li jiġu applikati miżuri msaħħa bħal dawk applikabbli fiż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u minn fejn il-movimenti tal-annimali bovini barra mill-perimetri esterni ta’ dawk iż-żoni jew lil hinn minnhom ikunu pprojbiti wkoll sa ċerta data.

(14)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll iż-żoni ta’ tilqim, jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u tiġi stabbilita d-durata ta’ dawk il-miżuri, f’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri.

(15)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza legali, iż-żoni ristretti u ż-żoni ta’ tilqim jenħtieġ li jiġu definiti b’mod ċar f’termini tal-ambitu ġeografiku tagħhom u d-durata tagħhom biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda fl-Italja lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi. Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(16)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Italja għandha tiżgura li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri jistabbilixxu minnufih żoni ristretti, li jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri jistabbilixxu minnufih żoni ta’ tilqim f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness;

(c)

iż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri msemmija fil-punt (a) kif ukoll iż-żoni ta’ tilqim imsemmija fil-punt (b) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Annessi I u III ta’ din id-Deċiżjoni;

(d)

il-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żona ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ristretti ulterjuri kif ukoll fiż-żoni ta’ tilqim jibqgħu jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Italja għandha tiżgura li l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza jew ristretti ulterjuri stabbiliti fl-Anness I lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru jkunu pprojbiti sad-dati elenkati f’dak l-Anness.

Artikolu 3

1.   L-Italja għandha tapplika, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u għall-perjodi speċifikati f’dak l-Anness, il-miżuri applikabbli għaż-żoni ristretti ulterjuri, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

2.   Il-movimenti ta’ annimali bovini miż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni lejn destinazzjoni li tinsab barra dik iż-żona fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru huma pprojbiti għall-perjodi speċifikati f’dak l-Anness.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1318 tas-27 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L, 2025/1318, 1.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1318/oj).

(5)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/140 tas-16 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-banek tal-Unjoni tal-antiġeni, tal-vaċċini u tar-reaġenti dijanjostiċi (ĠU L 23, 2.2.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/140/oj).


ANNESS I

Parti A: Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjun ta’ Sardenja

IT-LSD-2025-00001

IT-LSD-2025-00003

IT-LSD-2025-00004

IT-LSD-2025-00005

IT-LSD-2025-00006

IT-LSD-2025-00007

IT-LSD-2025-00008

IT-LSD-2025-00009

IT-LSD-2025-00010

IT-LSD-2025-00011

IT-LSD-2025-00012

IT-LSD-2025-00013

IT-LSD-2025-00014

IT-LSD-2025-00015

IT-LSD-2025-00016

IT-LSD-2025-00017

IT-LSD-2025-00018

IT-LSD-2025-00019

IT-LSD-2025-00020

IT-LSD-2025-00021

IT-LSD-2025-00022

IT-LSD-2025-00023

IT-LSD-2025-00024

IT-LSD-2025-00025

IT-LSD-2025-00026

IT-LSD-2025-00027

Protection zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, 9.102816 Long.(2025/9), Lat. 40.209698, Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967 Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451 Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228, Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27).

18.8.2025

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.209698 Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967, Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451, Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228 Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27)

19.8.2025 - 4.9.2025

Surveillance zone:

Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.30429, Long. 9.22154 (2025/1), Lat. 40.31139, Long. 9.09821 (2025/3), Lat. 40.24291, Long. 9.22451 (2025/4), Lat. 40.392626, Long. 9.018567 (2025/5), Lat. 40.2623, Long. 9.082244 (2025/6), Lat. 40.22246, Long. 9.19132 (2025/7), Lat. 40.335997, Long. 9.123835 (2025/8), Lat. 40.28903, Long. 9.102816 (2025/9), Lat. 40.209698, Long. 9.177213 (2025/10), Lat. 40.24404, Long. 9.13817 (2025/11), Lat. 40.33445, Long. 9.15608 (2025/12), Lat. 40.319967, Long. 9.100123 (2025/13), Lat. 40.3451, Long. 9.2594 (2025/14), Lat. 40.3121, Long. 9.2046 (2025/15), Lat. 40.34778, Long. 9.16083 (2025/16), Lat. 40.24096, Long. 9.093 (2025/17), Lat. 40.35071, Long. 9.132964 (2025/18), Lat. 40.3399, Long. 9.167 (2025/19), Lat. 40.725228, Long. 9.485748 (2025/20), Lat. 40.467998, Long. 9.151939 (2025/21), Lat. 40.28833, Long. 9.157329 (2025/22), Lat. 40.24569, Long. 9.20289 (2025/23), Lat. 40.260758, Long. 9.168392 (2025/24), Lat. 40.33221, Long. 9.08099 (2025/25), Lat. 40.280527, Long. 9.116003 (2025/26), Lat. 40.3192, Long. 9.1386 (2025/27)), excluding the areas included in the protection zone.

4.9.2025

Ir-reġjun tal-Lombardija

IT-LSD-2025-00002

Protection zone:

Those parts of the region of Lombardy, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.197941, Long. 10.814533(2025/2).

25.7.2025

Surveillance zone:

Those parts of the region of Lombardy, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.197941, Long. 10.814533 (2025/2)

26.7.2025 - 11.8.2025

Surveillance zone:

Those parts of the region of Lombardy, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.197941, Long. 10.814533 (2025/2), excluding the areas included in the protection zone.

11.8.2025

Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta

FR-LSD-2025-00017

Surveillance zone:

Those parts of the region of Valle d’Aosta, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 45.739081, Long 6.309311 (FR-LSD-2025-00017).

5.9.2025

Parti B: Żona ristretta ulterjuri

Żona amministrattiva

Żoni stabbiliti bħala żona ristretta ulterjuri, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjun ta’ Sardenja

The entire territory of the region of Sardinia, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

4.9.2025


ANNESS II

Żoni msemmijin fl-Artikolu 3

Żona amministrattiva

Żoni msemmijin fl-Artikolu 3

Data sa meta applikabbli

Ir-Reġjun ta’ Sardenja

The entire territory of the region of Sardinia

4.9.2025 - 30.9.2025


ANNESS III

Parti A: Żona ta’ tilqim II

The entire territory of the region of Sardinia until 30.9.2025.

Parti B: Żona ta’ tilqim I

The entire territory of the region of Sardina as of 1.10.2025.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1582/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)