<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-841/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CO0841</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:159">EU:C:2021:159</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tat-<DATE ISO="20210303">3.3.2021</DATE> – Kawża C‑841/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Fogasa</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20210303">3 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/54/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1) u Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fir-remunerazzjoni bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 4</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema part-time, essenzjalment ta’ sess femminili</KEYWORD><KEYWORD>Istituzzjoni nazzjonali li tiggarantixxi lill-ħaddiema kkonċernati l-ħlas tal-krediti mhux imħallsa mill-persuni li jimpjegawhom li huma insolventi</KEYWORD><KEYWORD>Limitu massimu għall-ħlas ta’ dawn il-krediti</KEYWORD><KEYWORD>Ammont tal-limitu massimu mnaqqas għall-ħaddiema part-time skont il-proporzjon bejn il-ħin tax-xogħol ta’ dawn tal-aħħar u l-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema full-time</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑841/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 41 de Madrid (il-Qorti Industrjali Nru 41 ta’ Madrid, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20191120">20 ta’ Novembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">JL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fondo de Garantia Salarial (Fogasa),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Wahl, President tal-Awla, F. Biltgen (Relatur) u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal JL, minn I. J. Tello Limaco, abogada,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Jiménez García, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Galindo Martín u A. Szmytkowska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet immotivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad‑<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE> dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) kif ukoll tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, JL u, min-naħa l-oħra, il-Fondo de Garantía Salarial (iktar ’il quddiem il-“Fogasa) (il-Fond ta’ Garanzija tas-Salarji, (Fogasa) Spanja) dwar l-ammont tal-kreditu miżmum minn JL fil-konfront tal-persuna li qabel kienet timpjegah relatat mal-impjieg part-time li huwa kellu u li l-Fogasa huwa responsabbli li jiżgura l-ħlas tiegħu wara l-insolvenza ta’ din il-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 79/7</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tagħha, id-Direttiva 79/7 tapplika għall-iskemi statutorji li jiżguraw protezzjoni kontra r-riskji ta’ mard, ta’ invalidità, ta’ xjuħija, ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol, ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol kif ukoll ta’ qgħad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-għan ta’ l-iskemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom,</P></ITEM><ITEM><P>l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet,</P></ITEM><ITEM><P>il-kalkolu tal-benefiċċji inklużi ż-żjidiet rigward konjugi u dipendenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim qafas dwar xogħol part-time</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 2 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis‑<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal‑<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time<?PAGE NO="3"?> konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas‑<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278), jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1. Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.</P><P>2. Meta approprjat, il-prinċipju tal-pro rata temporis għandu japplika.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2006/54</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/54 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi żgurat li jkun implimentat il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.</ALINEA><ALINEA>Għal dan il-għan, hi fiha dispożizzjonijiet biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ trattament ugwali f’relazzjoni ma’:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga;</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>diskriminazzjoni indiretta<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>: fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li mad-dehra jkunu newtrali jkunu jpoġġu lil persuni ta’ sess partikolari fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni tas-sess l-ieħor, ħlief jekk dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika tkun oġġettivament ġustifikata b’għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan huma xierqa u meħtieġa;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>paga<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>: il-paga jew is-salarju ordinarji li jkunu bażiċi jew minimi u kwalunkwe rimunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kontanti jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, minħabba l-impjieg tiegħu/tagħha minn min iħaddmu/imha;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għandha tiġi eliminata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta fuq il-bażi ta’sess fir-rigward ta’ l-aspetti u l-kondizzjonjiet kollha ta’ rimunerazzjoni għall-istess xogħol jew għal xogħol li jitqies li għandu valur ugwali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/94/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 3 u 7 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 283, p. 36</REF.DOC.OJ>) huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(3)</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jsir provvediment għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom u biex jiġi żgurat livell minimu ta’ protezzjoni, speċjalment biex jiġu garantiti pretensjonijiet mhux imħallsa b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ żvilupp, ekonomiku u soċjali, bilanċjat fil-Komunità. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korp li jiggarantixxi l-ħlas tal-pretensjonijiet pendenti ta’ l-impjegati kkonċernati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitazzjonijiet tar-responsabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija. Dawk il-limitazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli ma’ l-għan soċjali tad-Direttiva u jistgħu jieħdu kont tal-livelli differenti tal-pretensjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-pretensjonijiet ta’ l-impjegati li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg u dawk eżistenti kontra dawk li jħaddmu meta jkunu fi stat ta’ insolvenza fis-sens ta’ l-Artikolu 2(1).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ garanzija jiggarantixxu, suġġett għall-Artikolu 4, il-ħlas tal-pretensjoniet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg, inkluża, fejn previst mil-liġijiet nazzjonali, paga terminali fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg.</ALINEA><ALINEA>Il-pretensjonijiet li tidħol għalihom l-istituzzjoni ta’ garanzija għandhom ikunu l-pretensjonijiet pendenti tal-ħlas tal-paga relatati ma’ perijodu preċedenti ta’ żmien u/jew, skond il-każ applikabbli, wara data speċifikata stabbilita mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jillimitaw ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjonijiet ta’ garanzija imsemmija fl-Artikolu 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-għażla msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jispeċifikaw it-tul tal-perijodu ta’ żmien li għalih għandhom jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet pendenti mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Madankollu, dan ma jistax ikun iqsar minn perijodu ta’ żmien li jkopri r-rimunerazzjoni ta’ l-aħħar tliet xhur tar-relazzjoni ta’ impjieg qabel u/jew wara d-data msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jinkludu dan il-perijodu minimu ta’ tliet xhur f’perijodu ta’ żmien ta’ referenza ta’ mhux anqas minn sitt xhur.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri li jkollhom perijodu ta’ żmien ta’ referenza ta’ mhux anqas minn 18-il xahar jistgħu jillimitaw il-perijodu li għalih jiġu sodisfatti l-pretensjonijiet pendenti mill-istituzzjoni ta’ garanzija għal tmien ġimgħat. F’dan il-każ, dawk il-perijodi ta’ żmien li jkunu l-aktar favorevoli għall-impjegat għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-perijodu minimu ta’ żmien.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti massimi rigward il-ħlasijiet magħmula mill-istituzzjoni ta’ garanzija. Dawn il-limiti massimi m’għandhomx jaqgħu taħt livell li jkun soċjalment kompatibbli ma’ l-għan soċjali ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw din il-għażla, għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-metodi użati sabiex jiġi stabbilit il-limitu massimu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-real decreto legislativo 2/2015, (id-Digriet Leġiżlattiv Irjali 2/2015), tat‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 255, tal‑<DATE ISO="20151024">24 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 100224), approva t-Test Irriformulat tal-Ley del Estatuto de los Trabajadores (il-Liġi dwar l-Istatut tal-Ħaddiema, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Istatut tal-Ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). L-Artikolu 33(1)(2) u (5) ta’ dan l-istatut huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[Fogasa], korp awtonomu li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Impjieg u għas-Sigurtà Soċjali, li għandu personalità ġuridika u l-kapaċità li jaġixxi sabiex iwettaq l-għanijiet tiegħu, għandu jħallas lill-impjegati l-ammont tas-salarji li ma setgħux jitħallsu lilhom minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjegahom jew minħabba l-proċedura kollettiva ta’ arranġament mal-kredituri li għaliha hija suġġetta l-persuna li timpjegahom.</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet tas-subparagrafu preċedenti, għandu jitqies bħala salarju l-ammont irrikonoxxut bħala tali f’att ta’ konċiljazzjoni jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja għat-titoli kollha msemmija fl-Artikolu 26(1), kif ukoll is-salarji dovuti matul il-proċedura ta’ kontestazzjoni ta’ tkeċċija fil-każijiet previsti mil-liġi, mingħajr ma l-[Fogasa] jista’ jħallas, taħt titolu jew ieħor, konġuntament jew separatament, somma ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tad-doppju tas-salarju minimu interprofessjonali ta’ kuljum, inkluża l-parti proporzjonali tal-bonus, man-numru ta’ ġranet ta’ salarju mhux imħallsa, sa limitu ta’ għoxrin ġurnata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fis-subparagrafu preċedenti, il-[Fogasa] għandu jħallas il-kumpens rrikonoxxut permezz ta’ deċiżjoni, digriet, att ta’ konċiljazzjoni ġudizzjarja jew deċiżjoni amministrattiva, favur ħaddiema minħabba t-tkeċċija jew it-terminazzjoni tal-kuntratti konformement mal-Artikoli 50, 51 u 52 ta’ din il-liġi jew it-terminazzjoni tal-kuntratti konformement mal-Artikolu 64 tal-Liġi 22/2003, tad‑<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, fuq il-falliment, kif ukoll il-kumpens minħabba terminazzjoni tal-kuntratti temporanji jew għal żmien determinat fil-każijiet previsti mil-liġi. Fil-każijiet kollha, dan il-ħlas għandu jsir fil-limitu massimu ta’ sena, dejjem sa fejn is-salarju ta’ kuljum, li jservi bħala bażi għall-kalkolu, ma jistax jeċċedi d-doppju tas-salarju minimu interprofessjonali, inkluża l-parti proporzjonali tal-bonus.</ALINEA><ALINEA>L-ammont tal-kumpens, għall-finijiet biss tal-ħlas tiegħu mill-[Fogasa] f’każ ta’ tkeċċija jew ta’ waqfien tal-kuntratt skont l-Artikolu 50 ta’ din il-liġi, huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’ 30 jum għal kull sena ta’ servizz u ma jistax jaqbeż il-limitu indikat fis-subparagrafu preċedenti.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[Fogasa] huwa ffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni li jimpjegaw kollha […] indipendentement minn jekk ikunux pubbliċi jew privati.</ALINEA><ALINEA>Ir-rata ta’ kontribuzzjoni hija stabbilita mill-Gvern fuq is-salarji li jservu ta’ bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni intiża sabiex tkopri r-riskji marbuta ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mal-mard ikkaġunat mix-xogħol u mal-qgħad fis-sistema tas-sigurtà soċjali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>JL ħadem, mis‑<DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, għal Construcción y Obra Pública Toletum SL (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>impriża inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) bħala wejter, skont kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat u taħt sistema ta’ xogħol part-time ta’ 50 %, jiġifieri 20 siegħa fil-ġimgħa. Huwa rċieva remunerazzjoni stabbilita mill-ftehim kollettiv applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20171226">26 ta’ Diċembru 2017</DATE>, l-impriża inkwistjoni għalqet l-istabbiliment li fih kien jaħdem JL. Hija telqet ukoll mill-bini tagħha kif ukoll mis-sede magħrufa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>JL ippreżenta, quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 41 de Madrid (il-Qorti Industrijali Nru 41 ta’ Madrid, Spanja), rikors intiż għall-kontestazzjoni tat-tkeċċija tiegħu. Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, din il-qorti laqgħet dan ir-rikors, billi ddikjarat li t-tkeċċija ta’ JL kienet inġusta u li l-kuntratt ta’ xogħol ta’ dan tal-aħħar kien intemm. Flimkien ma’ din id-dikjarazzjoni ngħata d-dritt għall-ħlas ta’ kumpens ta’ EUR 433.13 kif ukoll tas-salarji mid-data tat-tkeċċija sad-data ta’ din is-sentenza, għal ammont ta’ EUR 6 170.75.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li l-impriża inkwistjoni ġiet iddikjarata insolventi fl‑<DATE ISO="20181220">20 ta’ Diċembru 2018</DATE>, il-Fogasa kellu jwieġeb <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għad-djun ta’ din tal-aħħar relattivi għal dan il-kumpens u għal dawn is-salarji, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>JL ressaq quddiem il-qorti tar-rinviju azzjoni għall-ħlas kontra l-Fogasa, sabiex jikkontesta l-ammont li dan kien iddeċieda li jħallsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-qrati Spanjoli jinterpretaw l-Artikolu 33(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema fis-sens li, f’dak li jirrigwarda l-ħlas lil ħaddiem part-time tas-salarji u tal-kumpens li jitħallsu mill-Fogasa fil-każ ta’ insolvenza ta’ impriża, il-limitu legali previst f’din id-dispożizzjoni, li jikkorrispondi għad-doppju tas-salarju minimu interprofessjonali (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>SMI<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) ta’ kuljum, għandu jitnaqqas proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol imwettaq minn dan il-ħaddiem meta mqabbel mal-ħin tax-xogħol ordinarju ta’ ħaddiem full-time li jagħmel l-istess xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, għal ħaddiem part-time, din id-dispożizzjoni interpretata b’dan il-mod twassal għal tnaqqis doppju. Minn naħa, il-bażi tas-salarji ta’ dan il-ħaddiem hija diġà mnaqqsa minħabba n-natura parzjali tax-xogħol tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà tal-Fogasa jagħti lok għal tnaqqis ġdid fil-kuntest tal-kalkolu tal-ammont impost fuq dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, dan it-tnaqqis doppju jikkostitwixxi żvantaġġ partikolari għall-ħaddiema part-time. Sa fejn, fi Spanja, kif jirriżulta mill-istatistiċi msemmija fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Villar Láiz</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑161/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:382">EU:C:2019:382</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), proporzjon sinjifikattivament ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel huma ħaddiema part-time, din il-qorti tistaqsi jekk l-applikazzjoni tal-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema twassalx għal diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess, li tmur kontra d-Direttivi 79/7 u 2006/54.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 41 de Madrid (il-Qorti Industrijali Nru 41 ta’ Madrid, Spanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7/KEE u l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva [2006/54] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni [ta’] Stat Membru […], bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-bażi retributtiva tal-ħaddiem impjegat fuq bażi part-time, li hija diġà mnaqqsa minħabba li l-impjieg tiegħu huwa part-time, titnaqqas għat-tieni darba fil-mument tal-kalkolu tal-ammont tar-responsabbiltà tal-FOGASA fil-konfront tal-imsemmi ħaddiem impjegat fuq bażi part-time fis-sens tal-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, fil-mument li tittieħed inkunsiderazzjoni<?PAGE NO="7"?> l-imsemmija natura ta’ xogħol part-time, meta mqabbel ma’ ħaddiem impjegat fuq bażi full-time li jinsab f’sitwazzjoni analoga, u sa fejn tali leġiżlazzjoni tippreġudika b’mod partikolari lill-ħaddiema ta’ sess femminil meta mqabbla mal-ħaddiema ta’ sess maskil?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol iqis li d-domanda magħmula hija ta’ natura ipotetika, b’tali mod li hija inammissibbli. Minn naħa, il-qorti tar-rinviju ma stabbilixxietx ir-rilevanza, għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, ta’ eventwali diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-ħaddiema nisa, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tinvolvi, peress li r-rikorrent fil-kawża prinċipali huwa ħaddiem raġel. Min-naħa l-oħra, l-istatistiċi msemmija fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Villar Láiz</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑161/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:382">EU:C:2019:382</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokati mill-qorti tar-rinviju, ma humiex rilevanti għall-finijiet tal-imsemmija tilwima, li hija differenti għal diversi raġunijiet minn dik li wasslet għal din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li tiegħu ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba mressqa minn qorti nazzjonali biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni jew l-eżami tal-validità tiegħu ma għandu ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika, jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tagħti risposta utli għad-domandi li jkunu sarulha kif ukoll sabiex tifhem ir-raġunijiet għalfejn il-qorti nazzjonali tqis li għandha bżonn risposti għal dawn id-domandi sabiex tiddeċiedi t-tilwima pendenti quddiemha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210202">2 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Consob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑481/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:84">EU:C:2021:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta b’mod ċar li JL iqis li huwa żvantaġġat, bħala ħaddiem part-time, mill-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, kif interpretat mill-qrati nazzjonali. Minħabba dan il-fatt, għandu jiġi kkunsidrat li l-eżitu tal-kawża prinċipali huwa affettwat minn deċiżjoni eventwali ta’ dawn tal-aħħar li ma japplikawx din id-dispożizzjoni, fil-każ fejn din tinvolvi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess, li hija s-suġġett tad-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-punt dwar liema huma l-istatistiċi rilevanti għall-finijiet tal-eżami tal-eżistenza ta’ tali diskriminazzjoni indiretta ma jaffettwax l-ammissibbiltà tad-domanda magħmula, iżda jaqa’ taħt il-mertu tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domanda preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta risposta għal domanda magħmula b’mod preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda magħmula ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li, anki jekk, formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt tal-Unjoni, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, irrispettivament minn jekk dik il-qorti għamlitx riferiment għalihom jew le fil-formulazzjoni tad-domanda tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Santen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:531">EU:C:2020:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm id-domanda magħmula ssemmi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, għandu jiġi kkonstatat li l-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fil-ħlas lill-ħaddiem ikkonċernat, mill-Fogasa, ta’ krediti li jirriżultaw minn salarji mhux imħallsa mill-persuna li timpjega minħabba l-insolvenza tagħha, ma jirrigwardax l-iskemi statutorji ta’ protezzjoni kontra r-riskji elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-mard, l-invalidità, ix-xjuħija, l-inċident fuq il-post tax-xogħol, il-mard ikkaġunat mix-xogħol u l-qgħad. Konsegwentement, id-Direttiva 79/7 ma hijiex applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, id-Direttiva 2006/54, imsemmija wkoll fl-imsemmija domanda, hija applikabbli għal tali sitwazzjoni. Fil-fatt, is-salarji li l-Fogasa jiżgura l-ħlas tagħhom jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 2(1)(e) ta’ din id-direttiva. Bl-istess mod, l-allowance ta’ tkeċċija mogħti lil JL, li l-Fogosa huwa wkoll responsabbli għall-ħlas tiegħu, għandu jitqies li jaqa’ taħt dan il-kunċett, sa fejn mill-Artikolu 33(2) tal-Istatut tal-Ħaddiema jirriżulta li l-ammont ta’ tali kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tax-xogħol imwettaq għall-persuna li qabel kienet timpjegah (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Praxair MRC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:379">EU:C:2019:379</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/54, li jissemma fid-domanda magħmula, jiddefinixxi b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>diskriminazzjoni indiretta<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa l-Artikolu 4 tagħha li, għall-istess xogħol jew xogħol li għalih huwa attribwit valur ugwali, jipprevedi l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess fl-elementi u l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’dak li jirrigwarda l-ħlas, mill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli, tas-salarji u tal-kumpens mhux imħallsa lill-ħaddiema minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjegahom, tipprevedi limitu massimu għal dan il-ħlas fir-rigward tal-ħaddiema full-time, li, fir-rigward tal-ħaddiema part-time, huwa mnaqqas proporzjonalment għall-ħin ta’ xogħol imwettaq minn dawn tal-aħħar meta mqabbel ma dak imwettaq mill-ħaddiema full-time, meta dan it-tnaqqis jaffettwa b’mod partikolari lill-ħaddiema li huma nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/94. Fil-fatt, skont l-Artikolu 1 tagħha, din id-direttiva għandha tapplika għall-krediti tal-impjegati li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħol jew minn relazzjonijiet ta’ xogħol u eżistenti fil-konfront ta’ persuni li jimpjegaw li huma fi stat ta’ insolvenza. Barra minn hekk, minn qari flimkien tal-premessa 3 u tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jistabbilixxu istituzzjoni ta’ garanzija li tiżgura l-ħlas ta’ tali krediti mhux imħallsa, inkluż, meta d-dritt nazzjonali jipprevedi dan, tal-kumpens għad-dannu għal waqfien tar-relazzjoni ta’ xogħol. F’dan il-każ, ir-Renju ta’ Spanja stabbilixxa l-Fogasa bħala istituzzjoni ta’ garanzija, skont l-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-premessa 7 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/94, l-Istati Membri jistgħu jassenjaw limiti massimi għall-ħlasijiet imwettqa mill-istituzzjoni ta’ garanzija, sakemm dawn ma jkunux inqas minn livell soċjalment kompatibbli mal-għan ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, bla<?PAGE NO="9"?> ħsara għall-osservanza ta’ din il-kundizzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, jidher li l-limiti massimi stabbiliti għall-ħlas tal-krediti tal-ħaddiema, bħal dawk previsti fl-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, huma konformi ma’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li, kif jirriżulta mill-punti 32 u 33 ta’ dan id-digriet, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ tali limiti massimi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħaddiema part-time, hijiex konformi mad-Direttiva 2006/54 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>INSS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑843/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:55">EU:C:2021:55</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-evalwazzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju dwar l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess hija bbażata fuq il-premessa doppja li l-Artikolu 33 tal-Istatut tal-Ħaddiema, kif interpretat mill-qrati nazzjonali, jiżvantaġġa l-grupp ta’ ħaddiema part-time, li huwa kkostitwit fil-parti l-kbira minn ħaddiema nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ħaddiem part-time bħal JL huwa s-suġġett ta’ tnaqqis tal-limitu massimu stabbilit għall-ħlas tas-salarji mhux imħallsa, previst fl-Artikolu 33(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema. Filwaqt li dan il-limitu massimu huwa ekwivalenti, għall-ħaddiema full-time, għad-doppju tas-SMI ta’ kuljum, dan jitnaqqas, fir-rigward tal-ħaddiema part-time, proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol ta’ dawn tal-aħħar meta mqabbel mal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema full-time li jagħmlu l-istess xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, minkejja l-indikazzjonijiet f’dan is-sens li jinsabu fil-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju, ma jidhirx li ħaddiem part-time, skont l-imsemmija leġiżlazzjoni, ikun suġġett għal tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>doppju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jikkonsisti, minbarra fis-salarju mnaqqas minħabba n-natura parzjali tal-attività tiegħu, fi tnaqqis <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jikkonċerna l-limitu massimu ffissat għall-ħlas żgurat mill-Fogasa. Fil-fatt, skont l-Artikolu 33(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema, dan l-aħħar tnaqqis ma jitwettaqx abbażi tas-salarju mnaqqas tal-ħaddiem part-time, iżda fuq l-ammont tas-SMI ta’ kuljum, immultiplikat b’tnejn. Għaldaqstant, hija ma tagħtix lok għal tnaqqis supplimentari, iżda hija ddeterminata bl-istess mod bħas-salarju tal-ħaddiem part-time, jiġifieri bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan it-tnaqqis tal-limitu massimu ffissat għall-ħlas f’dak li jikkonċerna l-ħaddiema part-time għandux jitqies li huwa ta’ żvantaġġ għal dawn tal-aħħar meta mqabbla mal-ħaddiema full-time, u għal dan il-għan, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju msemmija fil-punt 38 ta’ dan id-digriet, u eventwalment kuntrarju għad-Direttiva 2006/54, hemm lok li jitfakkar li l-punt 1 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time jipprevedi li, għal dak li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħaddiema part-time ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli mill-ħaddiema full-time kumparabbli sempliċement minħabba l-fatt li huma jaħdmu part-time, sakemm trattament differenti ma jkunx iġġustifikat abbażi ta’ raġunijiet oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, dan ir-rekwiżit ta’ ekwivalenza bejn ħaddiema full-time u ħaddiema part-time fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol huwa impost bla ħsara għall-applikazzjoni xierqa, konformement mal-punt 2 tal-imsemmija Klawżola 4, tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-395/08 u C-396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-kwantità ta’ xogħol effettivament imwettaq minn ħaddiem part-time, meta mqabbel ma’ dik ta’ ħaddiem full-time, jikkostitwixxi kriterju oġġettiv, fis-sens tal-punt 1 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time, li jiġġustifika tnaqqis proporzjonali tad-drittijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ ħaddiem part-time (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑395/08 u C‑396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2332">EU:C:2014:2332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà applikat il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> għal benefiċċji marbuta ma’ relazzjoni ta’ xogħol part-time. Hija ddeċidiet ukoll li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix il-kalkolu, skont dan il-prinċipju, la ta’ pensjoni tal-irtirar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Schönheit u Becker</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑4/02 u C‑5/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:583">EU:C:2003:583</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u lanqas tal-leave annwali mħallas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑486/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:215">EU:C:2010:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u lanqas allowance għall-wild dipendenti mogħtija mill-persuna li timpjega (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2332">EU:C:2014:2332</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li l-applikazzjoni, f’dak li jikkonċerna l-ħaddiema part-time, ta’ aġġustament għal-limitu massimu tal-ħlas iggarantit mill-Fogasa, previst fl-Artikolu 33(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema, li jikkorrispondi għall-perċentwali tal-ħin tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema part-time meta mqabbel mal-ħin tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema full-time li jagħmlu l-istess xogħol, tikkostitwixxi applikazzjoni xierqa tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT>, fis-sens tal-punt 2 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevaw il-Gvern Spanjol u l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-imsemmi aġġustament huwa ta’ natura li jiggarantixxi l-istess ammont massimu ta’ ħlas, mill-Fogasa, tal-krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema għal kull siegħa maħduma u, minħabba dan il-fatt, jiffavorixxi l-ugwaljanza fit-trattament (ara, b’analoġija, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Plaza Bravo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑137/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:771">EU:C:2015:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-fatt li, skont l-Artikolu 33(5) tal-Istatut tal-Ħaddiema, il-Fogasa hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni li jimpjegaw, li r-rata tagħhom hija applikata fuq is-salarji li jservu ta’ bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni intiża sabiex tiffinanzja r-riskji koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqies li tqiegħed fi żvantaġġ kategorija partikolari ta’ ħaddiema, f’dan il-każ dawk li jaħdmu part-time u, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, il-ħaddiema nisa. Għaldaqstant, hija ma tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>diskriminazzjoni indiretta<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-ħlas, mill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli, tas-salarji u tal-kumpens mhux imħallas lill-ħaddiema minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjegahom, tipprevedi limitu massimu għal dan il-ħlas f’dak li jikkonċerna l-ħaddiema full-time, li, fir-rigward tal-ħaddiema part-time, jitnaqqas proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol imwettaq minn dawn tal-aħħar meta mqabbel mal-ħin tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema full-time.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-ħlas, mill-istituzzjoni<?PAGE NO="11"?> nazzjonali responsabbli, tas-salarji u tal-kumpens mhux imħallas lill-ħaddiema minħabba l-insolvenza tal-persuna li timpjegahom, tipprevedi limitu massimu għal dan il-ħlas f’dak li jikkonċerna l-ħaddiema full-time, li, fir-rigward tal-ħaddiema part-time, jitnaqqas proporzjonalment skont il-ħin tax-xogħol imwettaq minn dawn tal-aħħar meta mqabbel mal-ħin tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiema full-time.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>