Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0048 - 0048
Artikolu 54 L-Istati Membri l-ġodda għandhom idaħħlu fis-seħħ dawk il-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jikkonformaw, mid-data ta' l-adeżjoni, ma' dawk id-disposizzjonijiet ta' direttivi u deċiżjonijiet fis-sens ta' l-Artikolu 249 tat-Trattat tal-KE u ta' l-Artikolu 161 tat-Trattat ta' l-Euratom, sakemm ma jkunx hemm provvedimenti oħra għal terminu ta' żmien fl-Annessi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 24 jew f'xi disposizzjonijiet oħra ta' dan l-Att jew l-Annessi tiegħu. --------------------------------------------------