European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C

C/2025/6754

23.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6754)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Suvereto”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1266-AM03 — 29.9.2025

1.   Isem il-prodott

Suvereto

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbid

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

L-Italja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija

6.    Kwalifika bħala emenda standard

Huwa kkonfermat li l-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skont dan.

Din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, billi:

—

ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika;

—

ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku;

—

ma tinvolvi l-ebda restrizzjoni ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.    Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Intestatura

Żieda ta’ żewġ tipi ġodda ta’ nbid (Kategorija tal-inbid), inklużi l-varjetajiet rispettivi ta’ għeneb

Deskrizzjoni

Żdiedu żewġ tipi ġodda ta’ nbid monovarjetali, jiġifieri Suvereto Cabernet Franc u Suvereto Syrah.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1, 2, 4 u 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Tikkonċerna wkoll it-taqsimiet “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed”, “Rendimenti massimi” u “Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid” tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Bidla fit-taħlita varjetali għat-tip ta’ nbid Suvereto rosso (Kategorija tal-inbid)

Deskrizzjoni

It-taħlita varjetali permessa għat-tip ta’ nbid Suvereto rosso (Kategorija tal-inbid) issa tinkludi l-varjetajiet ta’ għeneb Sangiovese, Cabernet Franc u Syrah, flimkien mal-Cabernet Sauvignon u mal-Merlot eżistenti.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Tikkonċerna wkoll it-taqsima tal-“Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid” tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Bidla fit-taħlita varjetali għall-varjetajiet ta’ għeneb monovarjetali eżistenti

Deskrizzjoni

It-taħlita varjetali għall-varjetajiet ta’ għeneb monovarjetali eżistenti, jiġifieri Suvereto Sangiovese, Suvereto Merlot u Suvereto Cabernet Sauvignon ġiet emendata, u żdied il-perċentwal tal-varjetà ta’ għeneb rispettiva minn 85 % għal 100 %.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Bidla fir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid lest

Deskrizzjoni

Ir-rendiment massimu tal-għeneb fl-inbid lest żdied minn 68 % għal 70 %.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Id-data tar-rilaxx tal-inbejjed għall-konsum tressqet ’il quddiem

Deskrizzjoni

Id-data tar-rilaxx tal-inbejjed għall-konsum tressqet ’il quddiem mill-1 ta’ Ġunju għall-1 ta’ Mejju.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Bidla fit-tqaddim għall-inbejjed bit-terminu “Riserva”

Deskrizzjoni

L-inbejjed tat-tip “Riserva” jridu jitqaddmu għal mill-inqas 24 xahar, li minnhom mill-inqas 12-il xahar iridu jsiru fi btieti tal-injam u 6 xhur fil-flixkun.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Tikkonċerna wkoll it-taqsima dwar “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Deskrizzjoni tal-parametri organolettiċi u fiżikokimiċi tat-tipi ġodda ta’ nbid

Deskrizzjoni

Ingħatat deskrizzjoni tal-parametri organolettiċi u fiżikokimiċi tat-tipi ġodda ta’ nbid Suvereto Cabernet Franc u Suvereto Syrah.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Obbligu li fuq it-tikketta jkun hemm unità ġeografika usa’

Deskrizzjoni

L-unità ġeografika usa’ “Toscana” trid tkun indikata fuq it-tikketta.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Aġġornament tad-dettalji tal-korp ta’ kontroll

Deskrizzjoni

Wara l-emendi li saru fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-informazzjoni obbligatorja li tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma għadhiex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u lanqas il-kompiti speċifiċi tagħhom.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Istati Membri iridu jagħmlu pubbliċi l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati u l-persuni fiżiċi li jissemmew fl-Artikolu 39(3) ta’ dak ir-Regolament għal kull prodott deżinjat b’indikazzjoni ġeografika u jridu jżommu dik l-informazzjoni aġġornata.

Għalhekk, ġie emendat l-artikolu b’referenzi għall-korp ta’ kontroll, u l-informazzjoni fih ġiet sostitwita b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

Emendi editorjali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test

Deskrizzjoni

Saru emendi editorjali tal-artikoli tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test.

Dawn jikkonsistu fit-tħassir ta’ referenzi leġiżlattivi żbaljati u korrezzjonijiet ta’ termini tekniċi li ma għadhomx jintużaw (eż. “reġistru għad-dwieli” ġiet sostitwita b’“reġistru tad-dwieli”).

Din l-emenda tikkonċerna l-artikoli kollha fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Din l-emenda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Suvereto”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1266-AM03 — 29.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

Suvereto

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

L-Italja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.

Inbid

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Suvereto u Suvereto Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, xi kultant intens, jgħajjat, b’tendenzi li jqarreb lejn il-granata.

Aroma:

Riħa: ta’ dwieli, delikata.

Togħma

Togħma: xotta, bellusija, armonjuża, robusta, possibilment b’noti tal-injam.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

4,50

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % (13,00 % fil-każ tar-Riserva).

Estratt minimu mingħajr zokkor: 25,00 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Suvereto Sangiovese u Suvereto Sangiovese Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza

Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens jew granata, ta’ kulur jgħajjat, b’tendenzi li jqarreb lejn il-granata.

Aroma

Riħa: delikata, fina, distintiva.

Togħma

Togħma: xotta, bellusija, armonjuża, robusta, possibilment b’noti tal-injam

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

4,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % (13,00 % fil-każ tar-Riserva).

Estratt minimu mingħajr zokkor: 25,00 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Suvereto Merlot u Suvereto Merlot Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza

Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens jew lewn il-granata.

Aroma

Riħa: delikata u distintiva.

Togħma

Togħma: xotta, armonjuża, robusta.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

4,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % (13,00 % fil-każ tar-Riserva).

Estratt mingħajr zokkor: 25,00 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Suvereto Cabernet Sauvignon u Suvereto Cabernet Sauvignon Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza

Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens jew lewn il-granata.

Aroma

Riħa: delikata u distintiva, eleganti.

Togħma

Togħma: xotta u armonjuża, robusta.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

4,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % (13,00 % fil-każ tar-Riserva).

Estratt mingħajr zokkor: 25,00 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Suvereto Cabernet Franc u Suvereto Cabernet Franc Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza

Kulur: aħmar lewn ir-rubin intens jew lewn il-granata.

Aroma

Riħa: delikata u distintiva, eleganti.

Togħma

Togħma: xotta, armonjuża, robusta.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

“html:technicalFile.applicationDescriptio”

Karatteristiċi analitiċi:

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

“maxAlcoholStrength”

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

“minAlcoholStrength”

Aċidità totali minima:

4,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

“maxAcidity”

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

“maxSO2”

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % (13,00 % fil-każ tar-Riserva).

Estratt mingħajr zokkor: 25,00 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Suvereto Syrah u Suvereto Syrah Riserva – Kategorija tal-inbid (1)

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Terminu Riserva

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

L-inbejjed tad-DOP Suvereto jistgħu jiġu ttikkettati bħala Riserva jekk jgħaddu minn perjodu ta’ tqaddim ta’ mhux inqas minn 24 xahar, inkluż minimu ta’ 12-il xahar fi btieti tal-injam u 6 xhur fil-flixkun. Il-perjodu ta’ tqaddim għandu jibda fl-1 ta’ Novembru tas-sena li fiha jkun inħasad l-għeneb.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Suvereto Rosso, Sangiovese, Merlot, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Syrah

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

9 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Suvereto Rosso, Sangiovese, Merlot, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Syrah

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

63

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Suvereto Rosso, Sangiovese, Merlot, Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Syrah – tip Riserva

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

8 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Suvereto DOP Riserva Sangiovese, Merlot, Cabernet Sauvignon

Rendiment massimu:

Rendiment massimu:

56

Unità ta’ rendiment massimu:

ettolitri għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Cabernet franc N. - Cabernet

—

Cabernet sauvignon N. - Cabernet

—

Merlot N.

—

Sangiovese N. - Sangioveto

—

Syrah N.

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Iż-żona tal-produzzjoni għall-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ nbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u garantita Suvereto tinsab fil-provinċja ta’ Livorno. Din tinkludi art għall-vitikultura ta’ kwalità fit-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalità ta’ Suvereto.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

Sommarju tar-rabta

Rabta maż-żona ġeografika

Fatturi naturali rilevanti għar-rabta

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi t-territorju tal-muniċipalità ta’ Suvereto, li l-kompożizzjoni ġeoloġika tiegħu tinkludi ġebel tal-ġir mimli kavitajiet u ġebel tal-ġir iswed stratifikat li jmur lura għat-Triassiku Medju sa Tard. Il-parti mimlija għoljiet li tmiss mal-wied fiha litoloġiji tad-dominji Toskani, Awstroalpini u tal-Liguria, filwaqt li fil-pjanuri d-depożiti huma l-aktar neoawtoktoni.

Il-karatteristiċi tal-ħamrija agrikola fiż-żona kollha huma favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni tad-dwieli. Is-sawra tagħha tinkludi frazzjonijiet granulometriċi ta’ lom, trab ġulġlieni ramli u trab ġulġlieni tafli. Ir-reazzjoni tal-ħamrija hija prinċipalment subalkalina, xi kultant b’pH newtrali, u sa ċertu punt aktar limitat, alkalina.

Il-kontenut ta’ materja organika, bħall-kontenut totali ta’ nitroġenu, ġeneralment ikun taħt il-medja. Min-naħa l-oħra, hemm livelli tajbin ta’ fosforu disponibbli u xi kultant livelli għoljin ħafna ta’ potassju u ta’ kalċju disponibbli.

Minn perspettiva agropedoloġika, ħafna miż-żona hija kkaratterizzata minn ħamrija alluvjali ħafifa (ramlija-ġulġliena u ġulġliena-ramlija) u tqila (ġulġliena u taflija), li lkoll huma fondi u friski.

Il-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona huma tali li joħolqu ambjent partikolarment adattat għal vitikultura ta’ kwalità. It-temperaturi qatt ma jkunu partikolarment ostili (medja ta’ 14 oC), u kundizzjonijiet tat-temp partikolarment ta’ ħsara bħal ġlata tar-rebbiegħa u nixfiet fit-tul huma rari ħafna.

Il-preċipitazzjoni hija mifruxa tajjeb ukoll matul is-sena. Hija kkonċentrata l-aktar fil-bidu tar-rebbiegħa u tal-ħarifa, u l-volum annwali ta’ xita ma jaqbiżx is-650 mm.

Iż-żona tgawdi minn medda tajba ta’ temperaturi li ssaħħaħ b’mod naturali l-irwejjaħ u l-aromi fl-inbejjed. Il-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima huma partikolarment adattati għal vitikultura ta’ kwalità, u jikkonfermaw il-predispożizzjoni naturali taż-żona għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità bi proprjetajiet distintivi ħafna u b’identità b’saħħitha.

Fatturi umani rilevanti għar-rabta

L-istorja tal-vitikultura f’Suvereto tista’ titqabbel ma’ dik tal-Val di Cornia. Bħal f’dak ir-reġjun, bdiet fil-perjodu Etrusk u kompliet mill-bidu sal-aħħar tal-Medju Evu, sal-lum il-ġurnata. Fis-seklu 14, il-familja Gherardesca, sidien tal-art fewdali bi proprjetà minn Cecina sa Follonica, kellhom sehem strumentali fit-tixrid ulterjuri tal-vitikultura f’Suvereto. Il-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid żdiedu u espandew aktar mis-seklu 17 ’il quddiem, hekk kif twaqqfet l-Akkademja ta’ Georgofili u tqassmu l-patrimonji l-kbar. L-ewwel riforma tal-artijiet seħħet madwar l-1830, u wasslet għal żoni ġodda ta’ raba’, kif ukoll vinji u fabbriki tal-inbid ġodda.

L-eqdem rekords li jiddokumentaw standard partikolari ta’ vitikultura jmorru lura għall-1886, meta ħames produtturi minn Suvereto li jagħsru l-għeneb ħadu sehem fil-Wirja Dinjija f’Ruma. Fl-1907 xi produtturi ħadu sehem f’kompetizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid li kienet tinkludi nbejjed mit-Toskana. Fil-perjodu ta’ wara l-gwerra, il-produtturi ta’ Suvereto li jagħsru l-għeneb bdew proċess gradwali ta’ żvilupp u ta’ promozzjoni tal-prodotti tal-inbid tagħhom. Maż-żmien, dan ix-xogħol wassal biex il-Val di Cornia tiġi rikonoxxuta bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta fl-1989, segwita mis-subżona ta’ Suvereto fl-2000.

Karatteristiċi u kwalitajiet attribwibbli għar-rabta

Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Suvereto tkopri t-tipi stipulati fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, li għandhom karatteristiċi analitiċi u organolettiċi rikonoxxibbli, distinti u uniċi. Dawn il-karatteristiċi huma deskritti fl-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Huma espressi b’mod ċar fl-aspetti kollha tad-apparenza, tal-aromi u tat-togħmiet tal-inbejjed, b’personalità u b’identità li huma marbuta sew mal-ambjent ġeografiku. L-inbejjed għandhom tendenza li jkollhom aċidità baxxa. Huma ta’ lewn aħmar lewn ir-rubin skur u intens, b’tendenzi li jqarreb lejn il-granata aktar ma jitqaddem. L-aroma hija intensa, eleganti u vasta, b’noti distintivi tal-varjetajiet ta’ għeneb użati. It-togħma hija sħuna u xotta, tannika b’mod pjaċevoli, b’noti pikkanti u ħjiel ta’ injam fl-inbejjed imqaddma. L-inbejjed huma bbilanċjati tajjeb ħafna, u dan jenfasizza l-armonija perfetta bejn il-varjetajiet tal-għeneb u l-ambjent. L-inbejjed imwarrba għat-tqaddim jiżviluppaw irwejjaħ, aromi u togħmiet aktar b’saħħithom, aktar intensi u persistenti maż-żmien.

Interazzjoni bejn l-ambjent u l-karatteristiċi tal-kwalità

Il-ħamrija u l-klima uniċi u ottimali fiż-żona, partikolarment adattati għall-vitikultura, jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet fejn l-aktar elementi naturali importanti huma ta’ benefiċċju għat-tkabbir u għall-funzjonijiet produttivi kollha tal-pjanti, u b’hekk jiżguraw li l-għeneb jimmatura perfettament. Meta tintgħażel l-art fejn titħawwel vinja, tingħata preferenza lil żoni b’espożizzjoni u b’pożizzjoni ottimali, li jagħmluhom adattati għall-produzzjoni ta’ nbejjed fini u ta’ kwalità għolja. L-istorja antika tal-produzzjoni tal-inbid fiż-żona ta’ Suvereto, flimkien mal-impatt pożittiv tal-isforzi sostnuti mill-vitikulturi maż-żmien, turi r-rabta mill-qrib u l-interazzjoni bejn il-fatturi umani u l-kwalità u l-karatteristiċi uniċi tal-inbejjed koperti minn din id-denominazzjoni. Il-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona jagħmluha partikolarment adattata għal vitikultura ta’ kwalità. Dan jikkonferma li hija naturalment predisposta għall-produzzjoni ta’ nbejjed bi proprjetajiet distintivi ħafna u b’identità b’saħħitha.

Matul is-sekli, in-nies għaddew u kkonsolidaw it-tekniki tradizzjonali tal-vitikultura u tal-produzzjoni tal-inbid f’din iż-żona. Bis-saħħa tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, it-tekniki komplew jittejbu u jiġu rfinuti fiż-żminijiet moderni, u dan wassal għall-inbejjed rinomati prodotti llum il-ġurnata.

11.    Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

Terminu ġeografiku usa’ “Toscana”

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

L-unità ġeografika usa’ “Toscana” trid tkun indikata fuq it-tikketta.

It-tikkettar tad-denominazzjoni Suvereto dejjem irid jinkludi l-kliem li ġej kollu kemm hu u fl-ordni li ġejja:

—

Suvereto

—

Denominazione di Origine Controllata e Garantita (jew l-akronimu DOCG)

—

Toscana.

It-terminu “Toscana” jrid jidher b’karattri tal-istess tip, stil, spazjar, sfumatura u intensità tal-kulur bħal dawk użati għall-kliem Suvereto. Barra minn hekk, it-terminu “Toscana” jrid jidher b’ittri kapitali u/jew żgħar uniformi, meta mqabbla ma’ dawk użati għall-kelma Suvereto, u fuq sfond uniformi għas-sekwenza kollha ta’ indikazzjonijiet elenkati fl-ewwel paragrafu, u l-ittri ma jridux ikunu akbar mid-daqs użat għall-kelma Suvereto.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23470

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6754/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)