<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1201127101.case.xml"><NO.CASE>C-374/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0374</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>11274</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11294</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071213">13.12.2007</DATE> — KAWŻA C-374/06</LEFT><RIGHT>BATIG</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20071213">13 ta' Diċembra 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-374/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni tas-<DATE ISO="20060906">6 ta' Settembru 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>BATIG Gesellschaft für Beteiligungen mbH</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Hauptzollamt Bielefeld,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, A. Tizzano, A. Borg Barthet, M. Ilešič (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11275"?><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Registratur: J. Swedenborg, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20070906">6 ta' Settembru 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal BATIG Gesellschaft für Beteiligungen mbH, minn M Dettmeier, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u C. Blaschke, bhala aģenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Fernandes u A. Simões, bhala aģenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn W. Molls, bhala aģent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni li ttiehdet, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-11276"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta' Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 76, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003, ta' l-<DATE ISO="20030414">14 ta' April 2003</DATE>, li jaddatta, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (unanimità) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="122" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="36">ĠU L 122, p. 36</REF.DOC.OJ>, aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>id-Direttiva 92/12<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta' kawża bejn BATIG Gesellschaft für Beteiligungen mbH (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>BATIG<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) u l-Hauptzollamt Bielefeld (aktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Hauptzollamt<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) dwar ir-rifjut ta' dan ta' l-aħħar li jħallas lura l-ammont imħallas għax-xiri ta' marki fiskali li sussegwentement ġew imwaħħla fuq pakketti tassigarretti intiżi għas-suq Ġermaniż iżda nsterqu fl-Irlanda fil-kors ta' dispaċċ.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 92/12 tistabbilixxi l-arranġamenti għal prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11277"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/12 jispeċifika li din id-direttiva hija applikabbli, fuq livell Komunitarju, għat-tabakk maħdum.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/12 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Id-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fiż-żmien tar-rilaxx għall-konsum jew meta jiġu rekordjati nuqqasijiet li għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa skond l-Artikolu 14(3).</TXT><P>Rilaxx għall-konsum ta' prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandha tfisser:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull tluq, inkluż tluq irregolari, minn arranġament ta' sospensjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kull manifattura, inkluża manifattura irregolari, ta' dawk il-prodotti barra arranġament ta' sospensjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>kull importazzjoni ta' dawk il-prodotti, inkluża importazzjoni irregolari, meta dawk il-prodotti ma jkunux tqiegħedu taħt arranġament ta' sospensjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet ta' meta għandu jithallas u [r]-rata ta' dazju tas-sisa li għandhom jiġu addottati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data li fiha jkollu<?PAGE NO="I-11278"?> jitħallas id-dazju fl-Istat Membru fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum jew jiġu rekordjati n-nuqqasijiet. Id-dazju tas-sisa għandu jiġi mpost u miġbur skond il-proċedura stabbilita minn kull Stat membru, b'dan jiġi miftiehem li l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess proċeduri għall-imposizzjoni u ġbir għall-prodotti nazzjonali u għal dawk minn Stati Membri oħra.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-ewwel subparagraŕu ta' l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 92/12, <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>[f]ejn tkun saret xi irregolarità jew xi reat fil-kors taċ-ċaqliq li jkun jinvolvi l-ħlas ta' dazju tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat jew lirregolarita mill-persuna naturali jew legali li tkun iggarantit il-ħlas tad-dazji tas-sisa skond l-Artikolu 15(3), mingħajr preġudizzju għat-teħid ta' proċeduri kriminali.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) u t-tieni subpargarafu ta' l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 92/12 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1), l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li prodotti rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom għandhom iġorru marki tat-taxxa [marki fiskali] jew marki nazzjonali ta' identifkazzjoni wżati għal għanijiet fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[...]</TXT><P>Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu stabbiliti sabiex jassiguraw li dan l-Artikolu jiġi implementat b'mod xieraq u biex ma jħallix lok għal frodi, evażjoni jew abbuż, Stati Membri għandhom jassiguraw li dawk il-marki ma joħolqux ostakoli għall-moviment hieles tal-prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11279"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 92/12 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Fejn japplika, prodotti soġġetti għaddazju tas-sisa li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum jistgħu, fuq it-talba ta' negozjant fil-kors tan-negozju tiegħu, ikunu eliġibbli għall-ħlas lura taddazju tas-sisa mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum meta ma jkunux maħsuba għall-konsum f'dak l-Istat Membru.</TXT><P>Iżda, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw talba għall-ħlas lura jekk dan ma jkunx jissodisfa l-kriterji ta' korrettezza [...] li jistabbilixxu.</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel id-dispaċċ ta' l-oġġetti, il-konsenjatur għandu jagħmel talba għall-ħlas lura lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tiegħu u jipprovdi xhieda li ddazju tas-sisa jkun tħallas. Iżda, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx jirrifjutaw il-ħlas lura unikament fuq il-bażi tan-nuqqas ta' preżentazzjoni taddokument imħejji mill-istess awtoritajiet li jiċċertifika li l-ħlas inizjali jkun sar;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-11280"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru u li b'hekk ikkollhom markat tat-taxxa [marka fiskali] jew marka ta' identifikazzjoni ta' dak l-Istat Membru jistgħu jkunu eliġibbli għall-ħlas lura tad-dazju tas-sisa dovut mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati Membri li jkunu ħarġu l-marki fiskali jew il-marki ta' identifikazzjoni, b'dan illi l-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru li jkun ħariġhom ikun stabbilixxa li dak l-immarkar jew marki jkunu ġew distrutti.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 2(l)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-<DATE ISO="19951127">27 ta' Novembru 1995</DATE>, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat [maħdum] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="291" DATE.PUB="1995" PAGE.FIRST="40">ĠU L 291, p. 40</REF.DOC.OJ>), is-sigarretti huma kkunsidrati bħala tabakk maħdum.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 (1) tad-Direttiva 95/59/KE jipprovdi, b'mod speċjali, li: <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>[l]-aktar tard fl-istadju finali r-regoli biex tinġabar it-taxxa tas-sisa għandh[om i] kun [u] armonizzai [i]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> u li, <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>[w]aqt l-istadji preċedenti t-taxxa tas-sisa għandha, fil-prinċipju, tinġabar permezz ta' bolol ta' taxxa [marki fiskali]<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Liġi Ġermaniza relattiva għat-taxxi fuq it-tabakk (Tabaksteuergesetz) tal-<DATE ISO="19921221">21 ta' Diċembru 1992</DATE> (BGBl. 1992, I, p. 2150), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali (aktar 'il-quddiem it-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>TabStG<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>), jipprovdi li d-dazju tas-sisa fuq it-tabakk ikopri s-sigarretti, is-sigarri u s-sigarillos, kif ukoll it-tabakk tat-tipjip (tabakk maħdum).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11281"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tat-TabStG, intitolat <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Użu ta' marki fiskali, dikjarazzjoni għal finijiet tat-taxxa<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk, it-taxxa għandha titħallas permezz ta' l-użu ta' marki fiskali. L-użu jinkludi t-tħassir u t-twaħħil ta' marki fiskali ŕuq ilpakketti individwali. Għandhom jintużaw il-marki fiskali meta t-taxxa ssir dovuta.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-manifattur jew l-importutatur għandu jordna l-marki fiskali fuq il-formola stabbilita mill-amministrazzjoni u għandu jikkalkula fiha huwa stess l-ammont dovut għall-marki fiskali (dikjarazzjoni għal finijiet tat-taxxa). [...] It-taxxa ssir dovuta bil-fatt tax-xiri tal-marki fiskali u din fl-ammont ta' taxxa li dawn ta' l-aħħar jirrappreżentaw. Meta l-marki fiskali jiġu kkunsinnati, wieħed għandu jikkunsidra li d-data tax-xiri hija t-tieni ġurnata tax-xogħol wara d-dispaċċ. Ixxerrej huwa d-debitur [...]<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tat-TabStG, intitolat <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Eżenzjoni, ħlas lura tat-taxxa<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, jispeċifika, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>Fuq talba, għandha tingħata eżenzjoni mit-taxxa jew għandu jsir ħlas lura tat-taxxa, jekk il-prodotti tat-tabakk jiddaħħlu ġo maħżen tat-taxxa jew jiġu ttrasportati jew esportati taħt sorveljanza fiskali tat-territorju fiskali lejn Stat Membru ieħor. L-importaturi u d-destinatarji awtorizzati li mhumiex magazziniera għandhom jibbenefikaw ukoll mill-eżenzjoni mit-taxxa jew mill-Mas lura tat-taxxa jekk il-prodotti tat-tabakk Ii importaw jew irċevew ikunu ġew meqruda jew reżi mhux xierqa għall-konsum taħt sorveljanza fiskali.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-11282"?><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk it-taxxa tkun ġiet imħallsa permezz ta' l-użu ta' marki fiskali, hija tista' tkun suġġetta għal eżenzjoni jew għal ħlas lura biss jekk il-marki fiskali jkunu ġew meqruda jew annullati taħt sorveljanza fiskali u jekk il-kontenut tal-pakketti jkun għadu sħiħ.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-paragrafu 1 japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-ammont dovut għall-marki fiskali, jekk marki fiskali li jkunu għadhom ma ġewx ikkanċellati jiġu restitwiti lill-Hauptzollamt jew jekk marki fiskali kkanċellati jiġu meqruda jew annullati taħt sorveljanza fiskali u jekk it-taxxa tkun għadha mhijiex dovuta.<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>FU ta' April 2004, Tuxedo GmbH (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Tuxedo<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>) — li BATIG hija laventi kawża tagħha — xtrat mingħand il-Hauptzollamt marki fiskali li jammontaw għal valur totali ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">184170.46</FT> għal sigarretti manifatturati fl-Irlanda minn P.J. Carroll &amp; Co. Ltd (aktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>Carroll<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>) u intiżi għas-suq Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Tuxedo bagħtet dawn il-marki fiskali lil Carroll, li waħħlithom fuq il-pakketti individwali tas-sigarretti. Sussegwentement, Caroli bagħtet dawn il-pakketti lil soċju kummerċjali stabbilit fl-Olanda fil-kuntest ta' l-arranġament ta' sospensjoni intra Komunitarju. Madankollu, fid-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, is-sigarretti koliha ġew misruqa filport ta' Dublin (I-Irlanda).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Carroll hallset lill-amministrazzjoni doganali Irlandiża EUR <FT TYPE="DECIMAL">277587.30</FT> bhala dazju tas-sisa minħabba l-ħruġ tas-sigarretti mill-arranġament ta' sospensjoni fi-Irlanda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11283"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040818">18 ta' Awwissu 2004</DATE>, Tuxedo talbet lill-Hauptzollamt il-ħlas lura ta' l-ammont ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">184445.64</FT> li hija kienet hallset għax-xiri tal-marki fiskali, minħabba li dawn limarki ma setgħux jintużaw aktar biex titħallas it-taxxa Ġermaniza fuq it-tabakk. Fil-fatt, skond Tuxedo, seta' jiġi preżunt li s-sigarretti koliha misruqa kienu sejrin jinbiegħu fuq is-suq iswed Brittanniku.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040830">30 ta' Awwissu 2004</DATE>, ikkonfermata wara li ġiet ikkontestata minn Tuxedo, permezz ta' deċiżjoni tal-<DATE ISO="20041015">15 ta' Ottubru 2004</DATE>, il-Hauptzollamt irrifjuta l-ħlas lura minħabba li x-xerrej kellu jerfa' r-riskju tat-telf tal-marki fiskali. Il-Hauptzollamt kkunsidra li ma setax jiġi eskluż li l-pakketti tas-sigarretti misruqa, li fuqhom kellhom imwaħħla l-imsemmija marki, jiġu mibjugħa fit-territorju fiskali Ġermaniż. Minbarra dan, huwa sostna li l-marki fiskali la kienu ġew meqruda u lanqas ġew annullati, kif jeżiġi l-Artikolu 22(3) tat-TabStG.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għaldaqstant Tuxedo ressqet rikors quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf. Hija ssostni essenzjalment li somma dovuta għall-marki fiskali li mhijiex assorbita minn taxxa sussegwenti jew simultanja fuq it-tabakk tmur kontra d-Direttiva 92/12. Fil-fatt, jirriżulta minn din id-Direttiva li d-dazji tas-sisa jistgħu jinġabru biss fl-Istat Membru li fih ikun sar il-ksur jew tkun saret l-irregolarità fil-kors ta' l-arranġament ta' sospensjoni, anki meta Stat Membru ieħor jirrikjedi l-użu ta' marki fiskali. Fil-każ kuntrarju, id-dazji tas-sisa jiġu mmultiplikati, liema fatt ikollu impatt fuq il-kummerċ intra Komunitarju fis-sens tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 92/12.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt dan jikkontestah billi jsostni li, bix-xiri tal-marki fiskali Ġermaniżi, id-dejn relattiv għalihom sar do vut. Mhuwiex possibbbli li jitħallas lura l-ammont imħallas għal dan il-għan, minħabba n-nuqqas ta' restituzzjoni, ta' qerda jew ta' annullament ta' l-imsemmija marki. Apparti t-taxxa fuq it-tabakk miġbura fi-Irlanda, ma teżisti ebda taxxa Ġermaniza oħra fuq it-tabakk, iżda jeżisti dejn li jirriżulta mixxiri ta' marki fiskali Ġermaniżi, b'tali mod li wieħed ma jistax jitkellem dwar<?PAGE NO="I-11284"?> tassazzjoni doppja. Ċertament li jeżisti piż doppju, iżda dan huwa inerenti fid-Direttiva 92/12. Ma jeżistix ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija suġġetta għad-dazju tas-sisisa, għaliex dan il-piż doppju jkun jeżisti biss fl-ipoteżi ta' irregolarità preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Billi kkunsidra li l-interpretazzjoni tad-Direttiva 92/12 kienet meħtieġa għalih biex jiddeċiedi l-kontroversja pendenti quddiemu, il-Finanzgericht Düsseldorf ddeċieda li jissospendi l-proċedimenti u jressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Id-Direttiva [92/12] għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru li ġabar dazji tas-sisa applikabbli għal prodotti tat-tabakk permezz tal-ħruġ ta' marki fiskali huwa obbligai li jhallas lura lix-xerrej ta' l-imsemmija marki fiskali l-ammont minfuq għalihom, meta I-prodotti tat-tabakk li jġorru dawn il-marki fiskali fi Stat Membru iehor jitilqu b'mod irregolari minn arranġament ta' sospensjoni, bil-konsegwenza li dan l-Istat Membru [iehor] jiġbor dazji tas-sisa applikabbli għall-prodotti tat-tabakk mingħand in-negozjant li huwa stabbilit hemmhekk, li bagħat il-prodottti tat-tabakk fil-kuntest ta' l-arraġament ta' sospensjoni intra Komunitarju?<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-marki fiskali mixtrija minn Tuxedo mingħand l-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi ġew imwaħħla fuq il-prodotti tat-tabakk meta dawn ta' l-aħħar kienu għadhom taħt l-arrangament ta' sospensjoni u, għaldaqstant, meta l-obbligu li jitħallas id-dazju tas-sisa kien għadu ma jeżistix.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11285"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Minbarra dan, huwa paċifiku li BATIG, li hija l-aventi kawża ta' Tuxedo, ma kinitx f pożizzjoni li ġġib il-prova, quddiem l-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi, li I-prodotti tat-tabakk, li nsterqu fl-Irlanda fil-kors ta' dispaċċ, ma nbiegħux fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva 92/12 tipprekludix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi l-ħlas lura ta' l-ammont imħallas għax-xiri ta' marki fiskali ta' dan l-Istat Membru meta dawn limarki jkunu ġew imwaħħla fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum fl-imsemmi Stat Membru, meta dawn il-prodotti jkunu ġew misruqa fi Stat Membru ieħor, liema fatt ta' lok għall-ħlas tad-dazji tas-sisa f'dan l-Istat Membru l-ieħor, u meta ma nġabitx il-prova li I-prodotti misruqa mhumiex sejrin jinbiegħu fl-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/12 jispeċifika li d-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fiż-żmien tar-rilaxx għall-konsum u li l-kundizzjonijiet ta' meta għandu jitħallas u r-rata tad-dazju tas-sisa Ii għandhom jiġu adottati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data li fiha jkollu jitħallas id-dazju fl-Istat Membru fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum. L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 92/12 jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jeħtieġu li prodotti intiżi għar-rilaxx għall-konsum fit-territorju tagħhom jġorru marki fiskali. Finalment, l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 95/59 jipprovdi li waqt l-istadji li jippreċedu dak ta' armonizzazzjoni tar-regoli għall-ġbir tad-dazju tas-sisa, dan ta' l-aħħar għandu, fil-prinċipju, jinġabar permezz ta' marki fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dawn id-dispożizzjonijiet, jidher li l-ħruġ ta' marki fiskali minn Stat Membru lil negozjant jikkostitwixxi, għal dak l-Istat Membru, metodu ta' ġbir bilquddiem tad-dazju tas-sisa fuq il-prodotti Ii n-negozjant għandu l-intenzjoni Ii jirilaxxa għall-konsum fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11286"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minbarra dan, huwa paċifiku li malli marka fiskali tiġi mwaħħla fuq pakketti individwali tas-sigarretti bħal dawk in kwistjoni fil-kawża principali, din ma tistax tinqala mingħajr ma tinqered. Għalhekk, meta negozjant iwaħħal il-marki fiskali maħruġa minn Stat Membru fuq prodotti bħal dawn, li għandu l-ħsieb jirrilaxxa għall-konsum f'dan l-Istat Membru, għandu jiġi kkunsidrat li l-imsemmi Stat Membru jkun ġabar bil-quddiem id-dazju tas-sisa fuq dawn l-istess prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>B'dan il-mod, fil-kawża principali, BATIG hallset bil-quddiem id-dazju tas-sisa Ġermaniż għall-prodotti misruqa.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minbarra dan, meta, bħal fil-kawża principali, prodotti tat-tabakk li jiċċaqalqu waqt li d-dazju tas-sisa jkun sospiż jiġu misruqa, is-serq tagħhom jikkostitwixxi tluq irregolari minn arranġament ta' sospensjoni fis-sens ta' l-Artikolu 6(l)(a) tad-Direttiva 92/12, b'mod li d-dazju tas-sisa jsir dovut fl-Istat Membru li fih seħħ is-serq, skond l-Artikolu 20(1) ta l-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B'dan il-mod, fil-kawża principali, id-dazju tas-sisa fuq il-prodotti misruqa sar dovut fl-Irlanda.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-marki fiskali ma setgħux jintużaw biex jitħallas id-dazju tas-sisa ma jimplikax neċessarjament li jeżisti, għan-negozjanti kkonċernati, dritt għall-ħlas lura ta l-ammont imħallas għax-xiri ta l-imsemmija marki.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif enfasizza ġustament l-Avukat Generali fil-punti 33 sa 35 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Ii tat lok għas-sentenza tal-<DATE ISO="20060615">15 ta' Gunju 2006</DATE>, Heintz van Landewijck (C-494/04, Gabra p. l-5381), il-marki fiskali għandhom valur intrinsiku li jiddistingwihom minn semplici rċevuta li tixhed li tħallset somma flus lill-awtoritajiet fiskali ta' l-Istat Membru li ħareġ dawn il-marki.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11287"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F'każ li jintilfu, marki bħal dawn jistgħu jintużaw għal finijiet illegali, għaliex is-sempliċi preżenza tagħhom fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa tikkostitwixxi preżunzjoni li d-dazju tas-sisa ġie mħallas fl-Istat Membru li ħareġ dawn il-marki, u, għaldaqstant, tawtorizza t-tqegħid ta' dawn il-prodotti fis-suq ta' dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li s-suq tas-sigarretti huwa, kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment propizju għall-iżvilupp ta' kümmere illegali [sentenzi ta' l-<DATE ISO="20021210">10 ta' Diċembru 2002</DATE>, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-491/01" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11453">C-491/01, Ġabra p. I-11453, punt 87</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, British American Tobacco, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-4683">C-222/01, Ġabra p. I-4683, punt 72</REF.DOC.ECR>].</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta negozjant li xtara marki fiskali mhuwiex f'pożizzjoni li jġib ilprova li dawn il-marki mhumiex ser jintużaw biex jinbiegħu prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki, dan l-Istat għandu interess leġittimu li jirrifjuta li jhallas lura l-ammont imhallas.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f'dan is-sens fis-sentenza tagħha Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, li fiha l-punt in kwistjoni kien jekk id-Direttiva 92/12 tipprekludix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li ma tipprovdix għall-hlas lura ta' l-ammont tad-dazju tas-sisa mhallas permezz tax-xiri ta' marki fiskali, meta dawn il-marki fiskali ntilfu qabel ma ġew imwaħħla.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dik il-kawża, il-kumpannija Heintz van Landewijck SARL kienet xtrat marki fiskali għal-prodotti tat-tabakk mingħand l-awtoritajiet Olandiżi, iżda dawn il-marki kienu ntilfu qabel ma ġew imwaħħla. Din il-kumpannija, li talbet il-ħlas lura ta' l-ammont imħallas għax-xiri ta' dawn il-marki, sostniet, b'mod partikolari, li ma kienx seħħ irrilaxx għall-konsum fi-Olanda tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11288"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 92/12 ma kinitx tipprekludi lill-Istati Membri milli jipprovdu regoli nazzjonali li, fil-każ li jintilfu l-marki fiskali, iqiegħdu r-responsabbiltà finanzjarja għat-telf ta' dawn il-marki fuq ix-xerrej (sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li regoli nazzjonali bħal dawn lanqas ma setgħu jiġu kkunsidrati li jmorru kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità. Fil-fatt, hija kkonstatat li leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lix-xerrej ta' marki fiskali li jikseb il-ħlas lura tagħhom sempliċement billi jallega li ntilfu toħloq ir-riskju li tinkoraġġixxi l-abbuż u I-frodi, li l-prevenzjoni tagħhom tikkostitwixxi preċiżament wieħed mill-għanijiet li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tfittex li tilħaq (sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, punti 42 u 43).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija kkunsidrat li regoli nazzjonali li, fil-każ li jintilfu l-marki fiskali, jqiegħdu r-responsabbiltà finanzjarja għat-telf ta' dawn il-marki fuq ix-xerrej jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-għan ta' prevenzjoni ta' l-użu qarrieqi ta' dawn il-marki u ma jeċċedux dak li huwa neċessarju sabiex jintlahaq dan l-għan peress li ma jeskludux il-possibbiltà ta' hlas lura jew ta' kumpens f'każijiet ohra, bhal meta l-marki jintilfu aċċidentalment jew minhabba forza maġġuri (sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja warrbet espressament l-argument li skondu r-riskju ta' użu abbużiv tal-marki fiskali mitlufa kien minimu, billi kkonstatat li dan ir-riskju ta' użu abużiv ma kienx ineżistenti (sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-kawża li tat lok għas-sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq, il-marki fiskali in kwistjoni fil-kawża prinċipali kienu diġà twaħħlu fuq il-prodotti tat-tabakk intiżi għas-suq Ġermaniż u kienu dawn il-prodotti stess li għebu, billi nsterqu. Madankollu, dawn id-differenzi fattwali ma jistgħux iwasslu għal riżultat differenti minn dak li waslet għalih il-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija kawża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11289"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, id-Direttiva 92/12 ma tirregolax l-ipoteżi ta' l-għajbien ta' prodotti li diġà jġorru marki fiskali ta' Stat Membru qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum f dak l-Istat — bħal fil-kawża prinċipali — aktar milli tirregola dik ta' l-għajbien ta' marki bħal dawn qabel it-twaħħil tagħhom fuq il-prodotti — bħal fil-kawża li tat lok għas-sentenza Heintz van Landewijck, iċċitata aktar 'il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Ċertament, kif issostni l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/12 jiddetermina l-Istat Membru li huwa esklużivament kompetenti biex jiġbor id-dazju tas-sisa fil-każ li tkun saret xi irregolarità jew xi reat fil-kors taċ-ċaqliq, bħalma huwa tluq irregolari minn arranġament ta' sospensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan l-Artikolu, li huwa applikabbli kemm jekk il-prodotti li kienu s-suġġett ta' irregolarità jew reat kellhom marki fiskali ŕuqhom qabel it-twettiq ta' l-irregolarità jew tar-reat kif ukoll jekk ma kellhomx, bl-ebda mod ma jispeċifika jekk huwiex in-negozjant jew l-Istat Membru kkonċernat li għandu jerfa' r-riskju li jġib miegħu l-għajbien tal-marki fiskali li diġà twaħħlu fuq l-imsemmija prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-possibbiltà li wieħed jikseb il-ħlas lura tal-marki fiskali billi jallega sempliċement li I-prodotti li fuqhom dawn ġew imwaħħla għebu, toħloq ir-riskju li tinkoraġġixxi l-abbuż u l-frodi.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, f'sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, jeżisti riskju mhux negliġibbli li l-prodotti misruqa jinbiegħu fl-Istat Membru li ħareġ il-marki fiskali. Peress li dawn il-prodotti jġorru l-marki fiskali ta' dan l-Istat, huma jistgħu jiddahhlu mingħajr diffikulta fis-suq uffiċjali tal-prodotti tat-tabakk ta' l-imsemmi Stat</TXT></NP><?PAGE NO="I-11290"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Huwa minnu li I-prodotti misruqa jagħtu lok, fi kwalunkwe każ, għall-ġbir tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru fejn ġie kkonstatat il-ħruġ irregolari mill-arranġament ta sospensjoni. Madankollu, kull riskju ta' frodi ma jistax jiġi imwarrab fl-ipoteżi fejn l-ammont ta' dazji tas-sisa fis-seħħ fl-Istat Membru li ħareġ il-marki fiskali huwa ogħla minn dak fis-seħħ fl-Istat Membru fejn ġie kkonstatat il-ħruġ irregolari mill-arranġament ta' sospensjoni. Fil-fatt, f'każ bħal dan, ma jistax jiġi eskluż li negozjant diżonest jallega s-serq tal-merkanzija tiegħu fit-tieni Stat Membru, iħallas f'dan l-Istat dazji tas-sisa f'ammont inferjuri għall-ammont tal-ħlas lura tal-marki fiskali miksub fl-ewwel Stat Membru, u sussegwentement ibigħ din il-merkanzija, li tkun għadha ġġorr l-imsemmija marki, fis-suq ta' dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk wieħed jeskludi l-frodi min-naħa tan-negozjant li jżomm il-merkanzija, il-fatt li d-dazju tas-sisa jkun ġie imħallas fi Stat Membru ieħor m'għandux effett fuq ir-riskju li l-merkanzija, ġaladarba tkun ġiet misruqa, tinbiegħ mill-persuna li għamlet is-serqa fis-suq uffiċjali ta' l-Istat Membru li ħareġ il-marki fiskali, bil-konsegwenza li dan l-Istat Membru jiġi mċaħħad mid-dħul fiskali li għandu dritt jirċievi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ssostni li, ġaladarba l-marki fiskali jiġu imwaħħla fuq ilpakketti għall-bejgħ, huma l-konsegwenzi ta' l-għajbien tal-prodotti nfushom li għandhom jiġu ddeterminati u mhux tal-marki fiskali bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Skond il-Kummissjoni, dawn il-konsegwenzi għandhom jiġu ddeterminati skond irregoli ta' armonizzazzjoni tal-ġbir tad-dazji tas-sisa. Minn naha, jirriżulta mid-Direttiva 92/12 li huwa esklużivament l-Istat Membru fejn seħħet is-serqa li għandu d-dritt li jiġbor id-dazju tas-sisa f'sitwazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Min-naħa l-oħra, l-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, li din id-Direttiva tfittex li tilħaq, jixxejjen jekk fil-kawża prinċipali, minbarra t-taxxa dovuta lill-Irlanda, il-ħlas bil-quddiem jibqa' definittivament f'idejn l-awtoritajiet fiskali Ġermanizi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11291"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti għandhom jiġu mwarrba.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn naha, il-marki fiskali għandhom valur intrinsiku anki wara li jkunu ġew imwaħħla fuq il-prodotti. Kif ġie enfasizzat fil-punti 46 sa 49 ta' din is-sentenza, is-sempliċi preżenza tagħhom fuq il-pakketti għall-bejgħ tal-prodotti misruqa hija ta natura li tinkoraġġixxi l-bejgħ ta' dawn ta' l-aħħar fis-suq uffiċjali ta' l-Istat Membru li ħareġ l-imsemmja marki għad-detriment ta' l-interessi ta' dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Dan ir-riskju huwa differenti minn dak li l-kuntrabandu tal-prodotti tat-tabakk ġeneralment jesponi lil kull Stat Membru għalih. Fil-fatt, il-prodotti tat-tabakk li ma jġorrux marki fiskali ta' Stat Membru jistgħu jinbiegħu biss fis-suq iswed ta' dak l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm id-Direttiva 92/12 effettivament tfittex li tarmonizza lmetodi li bihom jinġabar id-dazju tas-sisa billi tfittex li tilħaq l-għan dupliċi ta' ġbir effettiv tad-dazji tas-sisa fi Stat Membru wieħed, li huwa dak fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur Komunitarju ma stabbilixxiex ilprevenzjoni tat-tassazzjoni doppja bħala prinċipju assolut</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, skond l-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 92/12, meta prodotti rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed li jġorru, għal dan il-għan, marka fiskali ta' dan l-Istat Membru, huma intiżi li jiġu kkonsmati fi Stat Membru iehor u huma mibgħuta hemmhekk, mhuwiex biżżejjed, biex jingħata l-hlas lura tad-dazju tas-sisa mhallas fl-ewwel Stat Membru, li jiġi stabbilit li d-dazju tas-sisa thallas fl-Istat Membru tal-konsum, imma huwa wkoll meħtieġ li l-awtoritajiet fiskali ta' l-ewwel Stat Membru jkunu stabbilew li l-marki fiskali ta' dan l-Istat jkunu ġew distrutti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11292"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li meta l-awtoritiajiet fiskali ta' l-Istat Membru li ħareġ il-marki fiskali ma jistgħux jikkonstataw li l-imsemmija marki jkunu ġew distrutti, il-prodotti li fuqhom dawn ta' l-aħħar ġew imwaħħla jagħtu lok għall-ħlas ta' dazji tas-sisa kemm fl-Istat Membru fejn ġew rilaxxati għall-konsum kif ukoll f dak fejn huma maħsuba li jiġu kkonsmati. Permezz ta' l-imsemmija dispożizzjoni, il-leġiżlatur Komunitarju ffavorixxa l-prevenzjoni ta' abbuż u ta' frodi għad-detriment tal-prinċipju ta' tassazjoni fi Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Ċertament, kif issostni l-Kummissjoni, fis-sitwazzjonijiet irregolati mill-Artikolu 22 (1) u (2) tad-Direttiva 92/12, id-dazju tas-sisa li Stat Membru jiġi mitlub iħallas lura kien dovut f'dak l-Istat, filwaqt li fil-każ in kwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dazju tas-sisa qatt ma kien dovut fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, ikun paradossali li l-ħlas lura ta' marki fiskali mwaħħla fuq il-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa jiġi awtorizzat f sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li fíha mhuwa possibbli li ssir ebda verifika tad-destinazzjoni tal-prodotti misruqa, meta l-Artikolu 22(2)(d) tad-Direttiva 92/12 jissuġġetta l-ħlas lura tad-dazju tas-sisa għall-konstatazzjoni li l-marki li juru li d-dazju tas-sisa tħallas ġew distrutti, f ċirkustanzi li fihom hemm inqas riskju ta' abbuż u ta' frodi.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssotni wkoll li Stat Membru mhuwiex intitolat jissuġġetta l-hlas lura tal-marki fiskali għall-prova li dawn ġew distrutti jew li I-prodotti misruqa ma nbiegħux fis-suq ta' l-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki, għaliex huwa impossibli li tinġieb din il-prova.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11293"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Però, anki jekk jitqies li dan huwa l-każ, dan l-argument ma jistax jintlaqa, għaliex hija preċiżament din l-impossibbiltà li turi r-realtà tar-risjku li din il-merkanzija tinbiegħ fl-Istat Membru li ħareġ il-marki fiskali, u, għaldaqstant, ir-realtà tar-riskju li l-imsemmija marki jiġu użati, u li tilleġittima r-rifjut ta' l-Istat Membru li jħallas lura l-prezz għax-xiri tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minbarra dan, apparti s-serqa, jeżistu ipoteżijiet oħra ta' ħlas bil-quddiem tad-dazju tas-sisa permezz tat-twaħħil tal-marki fiskali ta' Stat Membru li ma jiġix segwit mirrilaxx għall-konsum f'dan l-Istat Membru, per eżempju meta negozjant ibiddel iddestinazzjoni tal-prodotti. F'każ bħal dan, innegozjant huwa fpożizzjoni li jġib il-prova li l-marki li diġà twaħħlu ġew distrutti u li jottjeni mill-Istat Membru li hareġ l-imsemmija marki l-hlas lura ta' l-ammont imhallas għax-xiri tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li ma jeżisti ebda obbligu legali li l-marki fiskali jitwaħħlu fuq il-pakketti ta' prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa qabel ma joħorġu mill-arranġament ta' sospensjoni fl-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki, għaliex id-dazji tas-sisa għall-imsemmija prodotti għadhom ma sarux, mid-definizzjoni tagħhom, dovuti. Anki jekk, minħabba bżonnijiet prattiċi, negozjant iwaħħal il-marki fiskali fil-kors tal-proċess ta' ppakkjar tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa waqt li dawn il-prodotti jkunu taħt arranġament ta' sospensjoni, kif għamlet Tuxedo fil-kawża prinċipali, din xorta waħda tibqa għażla magħmula liberament, li nnegozjant għandu jassumi l-konsegwenzi tagħha fil-każ li l-imsemmija prodotti jinsterqu.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda preliminari għandha tkun li d-Direttiva 92/12 ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi l-ħlas lura ta' l-ammont imħallas għax-xiri ta' marki fiskali maħruġa minn dan l-Istat Membru meta dawn il-marki jkunu ġew imwaħħla fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum fl-imsemmi Stat Membru, meta dawn il-prodotti jkunu ġew misruqa fi Stat Membru ieħor, liema fatt ta' lok għall-ħlas tad-dazji tas-sisa f'dan l-Istat Membru l-ieħor, u meta ma nġabitx il-prova li I-prodotti misruqa mhumiex sejrin jinbiegħu fl-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11294"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta' Frar 1992</DATE>, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta' dan it-tip ta' prodotti, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003, ta' l-<DATE ISO="20030414">14 ta' April 2003</DATE>, li jaddatta, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerćizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proćedura ta' konsultazzjoni (unanimità), ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi l-ħlas lura ta' lammont imħallas għax-xiri ta' marki fiskali maħruġa minn dan l-Istat Membru meta dawn il-marki jkunu ġew imwaħħla fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum fl-imsemmi Stat Membru, meta dawn il-prodotti jkunu ġew misruqa fi Stat Membru ieħor, liema fatt ta lok għall-ħlas tad-dazji tas-sisa f'dan l-Istat Membru l-ieħor, u meta ma nġabitx ilprova li l-prodotti misruqa mhumiex sejrin jinbiegħu fl-Istat Membru li ħareġ l-imsemmija marki.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>