|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1119 |
25.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11408 – SPIE / ROBUR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1119)
1.
Fit-18 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SPIE SA (“SPIE”, Franza), kumpanija pubblika kkwotata fil-Borża ta’ Pariġi, |
|
— |
ROBUR Industry Service Group GmbH (“ROBUR”), proprjetà ta’ ROBUR Industry u Building Service Group GmbH, it-tnejn li huma l-Ġermanja. |
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SPIE tappoġġa lill-klijenti fl-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ bini, impjanti u infrastrutturi fl-oqsma tan-negozju li ġejjin: Servizzi tekniċi f’ (i) Inġinerija Mekkanika u Elettroteknika, (ii) Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, (iii) Ġestjoni tal-Faċilità Teknika u (iv) Networks ta’ Trażmissjoni u Distribuzzjoni, |
|
— |
ROBUR jipprovdi servizzi industrijali u ta’ konsulenza fl-industriji eoliċi, tal-ilma, tal-enerġija, industrijali u tal-ipproċessar, inklużi servizzi ta’ tranżizzjoni tal-enerġija, servizzi ta’ manutenzjoni mekkanika, elettroteknika u elettromekkanika kif ukoll servizzi ta’ trasformazzjoni diġitali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11408 – SPIE / ROBUR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew permezz tal-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1119/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)