<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.1000963901.case.xml"><NO.CASE>C-463/10 P</NO.CASE><NO.CASE>C-475/10 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0463</NO.CELEX><NO.SEQ>0014.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9671</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9696</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20111013">13.10.2011</DATE> — KAWŻI MAQGĦUDA C-463/10 P U C-475/10 P</LEFT><RIGHT>DEUTSCHE POST U IL-ĠERMANJA vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-463/10 P u C-475/10 P,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ appelli abbażi tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentati, rispettivament, fl-24 u fis-<DATE ISO="20100927">27 ta’ Settembru 2010</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Deutsche Post AG</HT>, stabbilita f’Bonn (il-Ġermanja), irrappreżentata minn J. Sedemund u T. Lübbig, avukati,</P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze, J. Möller u N. Graf Vitzthum, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>appellata,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-9672"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts (Relatur), President tal-Awla, J. Malenovský, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, Deutsche Post AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deutsche Post<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u r-Repubblika Federali tal-Ġermanju jitolbu l-annullament, rispettivament, tad-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-<DATE ISO="20100714">14 ta’ Lulju 2010</DATE>, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-570/08), u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-571/08, iktar ’il<?PAGE NO="I-9673"?> quddiem, flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>digrieti kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli r-rikorsi tagħhom intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-<DATE ISO="20081030">30 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li tipprovdi ordni fuq ir-Repubblika tal-Ġermanja sabiex tipprovdi xi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>att ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) jobbliga lil Stat Membru li jinnotifika għajnuna ġdida lill-Kummissjoni Ewropea li jipprovdi, fin-notifika tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tieħu deċiżjoni skond l-Artikoli 4 u 7<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-informazzjoni provvduta mill-Istat Membru kkonċernat dwar għal miżura notifikata skond l-Artikolu 2 m’hijiex kompluta, għandha titlob l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu preskritt mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni li m’hijiex kompluta, il-Kummissjoni għandha tibgħat fakkar, filwaqt li jippermetti perjodu addizzjonali xieraq li fih għandha tkun provvduta l-informazzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-9674"?><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>In-notifika għandha tinftiehem li hija rtirata jekk l-informazzjoni mitluba m’hijiex provvduta fil-perjodu preskritt […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-Kummissjoni għandha fil-pussess tagħha informazzjoni minn kwalunkwe sors li jirrigwarda allegata għajnuna kontra l-liġi, għandha teżamina dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk meħtieġ, għandha titlob l-informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. L-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 5(1) u (2) għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn, minkejja kif imfakkar skond l-Artikolu 5(2), l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-perjodu preskritt mill-Kummissjoni, jew fejn tipprovdi informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha permezz ta’ deċiżjoni teħtieġ li l-informazzjoni tkun provvduta (minn hawn ’l quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>inġunzjoni ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> [ordni għal informazzjoni]). Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni hi meħtieġa u tippreskrivi perjodu xieraq li fih għandha tingħata.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-eżami ta’ għajnuna llegali possibli għandu jirriżulta f’deċiżjoni skond l-Artikolu 4(2), (3) jew (4). Fil-każ ta’ deċiżjonijiet sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-proċeduri għandhom jingħalqu permezz ta’ deċiżjoni skond l-Artikolu 7. Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma ma’ inġunzjoni ta’ informazzjoni, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta’ l-informazzjoni disponibbli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-9675"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE<HT TYPE="ITALIC">)</HT> Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[f]ejn il-Kummissjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża biex tiffornixxi informazzjoni b’deċiżjoni, hi ħa tindika […] id-dritt ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali msemmija fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG [C 36/07 (ex NN 25/07)]. Sunt ta’ din id-deċiżjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (C 245, p. 21).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li kien fiha xi domandi dwar id-dħul u l-ispejjeż ta’ Deutsche Post, għall-perijodu bejn is-sena 1989 u s-sena 2007. Fit-12 u fil-<DATE ISO="20080821">21 ta’ Awwissu 2008</DATE>, il-Kummissjoni bagħtitilha ittra ta’ tfakkir, fejn talbitha mill-ġdid sabiex tibgħat l-informazzjoni mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-risposti tagħha tal-<DATE ISO="20080805">5 ta’ Awwissu</DATE>, tal-<DATE ISO="20080814">14 ta’ Awwissu</DATE> u tad-<DATE ISO="20080929">29 ta’ Settembru 2008</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kkonfermat li hija tirrifjuta li tibgħat l-informazzjoni dwar il-prodotti u l-ispejjeż ta’ Deutsche Post sussegwenti għas-sena 1995. Hija allegat b’mod partikolari, li l-eżami tal-Kummissjoni kellu jkun limitat għall-perijodu bejn is-sena 1989 u s-sena 1994, u li r-risposta għall-imsemmija domandi kienet teħtieġ investiment ta’ ħin u ta’ xogħol sproporzjonat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9676"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tal-att ikkontestat, il-Kummissjoni ordnat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, skont tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, sabiex tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tirrispondi għad-domandi inkwistjoni f’20 ġurnata. Il-Kummissjoni żiedet li jekk, minkejja din l-ordni, l-awtoritajiet Ġermaniżi ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba fit-terminu stabbilit, hija kienet ser tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digrieti kkontestati</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezzi ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Deutsche Post (Kawża T-570/08) u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Kawża T-571/08) ippreżentaw rikors kull wieħed intiż għall-annullament tal-att ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezzi ta’ atti separati ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kummissjoni qajmet, f’kull kawża, eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà abbażi tal-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġeneral laqgħet din l-eċċezzjoni billi ddeċidiet li l-att ikkontestat ma jikkostitwixxix att li ista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’hekk, fil-punti 24 sa 26 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, u fil-punti 22 sa 25 tad-digriet, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tirrileva minn naħa, li hemm lok li tiġi eżaminata s-sustanza ta’ att, u mhux il-forma tiegħu, sabiex jiġi ddeterminat jekk jikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, u, min-naħa l-oħra, li miżuri intermedjarji li l-għan tagħha huwa li tipprepara d-deċiżjoni finali u li ma għandhiex effetti legali ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tirreferi b’mod partikolari għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, IBM vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="60/81" PAGE.ECR="2639" YEAR="1981">60/81, Ġabra p. 2639</REF.DOC.ECR>, punti 9 u 10),<?PAGE NO="I-9677"?> kif ukoll tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/06 P" PAGE.ECR="I-5829" YEAR="2008">C-521/06 P, Ġabra p. I-5829</REF.DOC.ECR>, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effetti tal-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali tenfasizza, fil-punti 29 u 30 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, kif ukoll 28 u 29 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, li ma hemm l-ebda sanzjoni prevista jekk l-Istat Membru ma jirrispondix għal deċiżjoni li tordna li tingħata informazzjoni. Tali ordni għandha fil-mira tagħha r-rispett għall-prinċipju ta’ kontradittorju.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-punti 31 u 32 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, kif ukoll fil-punti 30 u 31 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tindika li l-att ikkontestat jaqa’ fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ta’ eżami tal-miżura inkwistjoni, bejn id-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u d-deċiżjoni finali. Skont il-Qorti Ġenerali, l-att ikkontestat ma jippreġudikax id-deċiżjoni finali, peress li f’din il-fażi, il-Kummissjoni tkun għada tista’ tikkonstata n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, il-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern jew l-inkompatibbiltà tagħha. Isegwi li, skont il-Qorti Ġenerali, l-att ikkontestat jikkostitwixxi miżura intermedjarja li l-għan tagħha huwa li tipprepara d-deċiżjoni finali għall-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Bħala risposta għall-argument ta’ Deutsche Post u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li, billi jirreferu għall-ġurisprudenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/99" PAGE.ECR="I-7303" YEAR="2001">C-400/99, Ġabra p. I-7303</REF.DOC.ECR>) isostnu li n-natura provviżorja ta’ att ma timplikax neċessarjament li dan ma jistax jiġi kkontestat, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra, fil-punti 36 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, u 35 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, li l-effett ta’ tali deċiżjoni ta’ ftuħ u dawk tal-att ikkontestat ma humiex paragunabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9678"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni proċedurali ta’ Deutsche Post u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-att ikkontestat, il-Qorti Ġenerali sostniet, fil-punt 42 tad-digrieti kkontestati, li huwa r-rifjut tal-awtoritajiet Ġermaniżi li jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa, li kienet tinsab fl-att ikkontestat, u mhux l-att ikkontestat bħala tali li jista’ jċaħħad lill-individwi kkonċernati mill-possibbiltà li jikkritikaw in-natura inkompleta tal-bażi fattwali tad-deċiżjoni finali. Skont il-Qorti Ġenerali, għalkemm l-awtoritajiet Ġermaniżi jikkunsidraw li l-infromazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ma hijiex neċessarja sabiex jiġu stabbiliti l-fatti jew li r-riċerka mitluba kienet oneruża wisq fil-konfront tar-riżultat mistenni, huma setgħu jinjoraw l-ordni li saret fuqhom.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tikkonkludi, fil-punti 46 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, u fil-punt 45 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, li l-att ikkontestat ma jikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (C-463/10 P)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Deutsche Post titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla l-att ikkontestat, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-9679"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Deutsche Post għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C-475/10 P)</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-9680"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’digriet tal-<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li jgħaqqad flimkien il-Kawżi C-463/10 P u C-475/10 P, għall-finijiet tal-proċedura orali kif ukoll għas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appelli</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Insostenn tal-appelli tagħhom, Deutsche Post u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja jsostnu li, fid-digrieti kkontestati, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>att li jista’ jiġi kkontestat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. F’dan ir-rigward huma jinvokaw ħames aggravji. L-ewwel wieħed ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 288 TFUE, it-tieni wieħed fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza li tipprovdi li fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, l-atti preparatorji jistgħu jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati, it-tielet wieħed fuq interpretazzjoni żbaljata tal-effetti ġuridiċi ta’ ordni għal informazzjoni, ir-raba’ wieħed fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u fl-aħħar, il-ħames wieħed ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membri fuq il-bażi tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li l-ewwel erba’ aggravji huma marbuta mill-qrib, għandhom jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Deutsche Post isostnu li l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, jippermetti b’mod espress lill-Kummissjoni sabiex tadotta deċiżjoni formali. Abbażi tal-Artikolu 288 TFUE, tali deċiżjoni tkun obbligatorja u tikkostitwixxi b’hekk, minn natura tagħha stess, att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens<?PAGE NO="I-9681"?> tal-Artikolu 263 TFUE. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 26 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq u fil-punt 25 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-forma tal-att ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-fatt li l-att ikkontestat jikkostitwixxi miżura intermedjarja fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami ta’ għajnuna mill-Istat ma jippreġudikax il-kwalità tiegħu ta’ att li jista’ jiġi kkontestat. Fil-fatt, l-interessi tal-partijiet interessati ma jkunux suffiċjentement protetti min-natura li tista’ tiġi kkontestata tad-deċiżjoni finali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Wara, l-appellanti jsostnu li, indipendentement mill-forma tal-att ikkontestat, u bil-kontra ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 46 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq u 45 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, ordni għal informazzjoni abbażi tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 tipproduċi effetti ġuridiċi obbligatorji, direttament fuq l-Istat Membru u l-impriża kkonċernata. Skont ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tali deċiżjoni tagħlaq il-proċedura amministrattiva dwar l-għajnuna mill-Istat sa fejn din tippermetti lill-Kummissjoni, fil-każ fejn l-Istat Membru konċernat jonqos milli jikkonforma mal-imsemmija ordni, li tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq il-bazi tal-informazzjoni li tidher fil-fajl. Għaldaqstant, l-Istat Membru li ma jissodisfax l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, moqri flimkien mal-Artikoli 288 TFUE u 4(3) TFUE, ikun jista’ jkun is-suġġett ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrispondi li, skont ġurisprudenza stabbilita, jikkostitwixxu atti jew deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, il-miżuri li joħolqu effetti legali vinkolanti tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jbiddlu b’mod sostanzjali l-pożizzjoni legali tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 9;<?PAGE NO="I-9682"?> tal-<DATE ISO="19991005">5 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/95" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="1999">C-308/95, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 26; tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Spanja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-443/97" PAGE.ECR="I-2415" YEAR="2000">C-443/97, Ġabra p. I-2415</REF.DOC.ECR>, punt 27; tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/96" PAGE.ECR="I-4723" YEAR="2000">C-147/96, Ġabra p. I-4723</REF.DOC.ECR>, punt 25, kif ukoll tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Reynolds Tobacco <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-131/03 P" PAGE.ECR="I-7795" YEAR="2006">C-131/03 P, Ġabra p. I-7795</REF.DOC.ECR>, punt 54). Tali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE ma tipproduċix neċessarjament tali effetti. Skont il-Kummissjoni, ma hijiex il-forma tal-att jew tad-deċiżjoni inkwistjoni, iżda s-sustanza tiegħu, li tiddetermina n-natura tiegħu ta’ att li jista’ jiġi kkontestat. Konsegwentement, rikors għal annullament kontra deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE jew att li jieħu forma oħra jkun possibbli biss meta din id-deċiżjoni jew dan l-att tipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li l-att ikkontestat ma jipproduċix effetti legali vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-appellanti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tispjega li, fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri huma marbuta, skont l-Artikolu 4(3) TUE, li jibagħtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li hija jkollha bżonn sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern. L-obbligu għall-Istat Membru li jqiegħed l-informazzjoni mitluba għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jirriżulta b’hekk mill-Artikolu 4(3) TUE, pjuttost milli mill-ordni għal informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ordni għal informazzjoni hija intiża għall-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva. L-Istat Membru jibbenefika, wara t-talba għal informazzjoni u t-tfakkir previsti fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, flimkien mal-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-regolament, mill-aħħar okkażjoni sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba qabel ma l-Kummissjoni tiddeċiedi fuq il-bażi tal-informazzjoni li tiddisponi minnha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9683"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li hija ma għandha, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, b’differenza minn dak tal-akkordji, l-ebda kompetenza ta’ investigazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tikkjarifika l-fatti mingħajr il-kooperazzjoni leali tal-Istati Membri. Ma hijiex l-ordni għal informazzjoni, iżda r-rifjut tal-Istat Membru li jikkonforma ma’ din l-ordni li jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli. Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni tqis li hija suffiċjentement informata u twaqqaf ir-riċerka għall-informazzjoni ma jipproduċi, fih innifsu, l-ebda effett ġuridiku. Bil-kontra, tipproduċi tali effetti, l-evalwazzjoni ġuridika li hija għandha twettaq fuq il-fatti fid-deċiżjoni finali. Għaldaqstant, ordni għal informazzjoni tikkostitwixxi biss att preparatorju li ma jaffettwax il-pożizzjoni ġuridika tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żżid li l-possibbiltà għall-appellanti sabiex jippreżentaw rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni finali fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, tiżguralhom protezzjoni ġudizzjarja sodisfaċenti. Fil-fatt, l-illegalitajiet eventwali li jivvizzjaw lill-atti preparatorji jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors kontra l-att definittiv fejn dawn jikkostitwixxu fazi ta’ elaborazzjoni (sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq punt 12).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinsisti fuq il-fatt li l-ebda sanzjoni ma tirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza ta’ ordni għal informazzjoni. Billi ma jikkonformax mal-ordni, l-Istat Membru jindika b’mod impliċitu li l-informazzjoni li tiddisponi minnha l-Kummissjoni hija kompleta u li l-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tagħha. Is-sempliċi possibbiltà li proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tista’ tinbeda kontra dan l-Istat Membru la hija sanzjoni u lanqas ċirkustanza tali li taffettwa l-interessi tal-imsemmi Stat. Peress li l-Istati Membri huma marbuta, abbażi tal-Artikolu 4(3) TFUE, li jibagħtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li din ikollha bżonn sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza jew le ta’ għajnuna mill-Istat u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern, proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tista’ tinbeda wkoll fin-nuqqas ta’ ordni għal informazzjoni. Għaldaqstant, l-interessi<?PAGE NO="I-9684"?> tal-Istat Membru jkunu affettwati biss meta l-Kummissjoni tiddeċiedi effettivament li tieħu passi kontra l-Istat Membru għal ksur tat-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita fil-kuntest tar-rikorsi għal annullament ippreżentati minn Stati Membri jew istituzzjonijiet, jirriżulta li huma kkunsidrati bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, kull dispożizzjoni adottata mill-istituzzjonijiet, tkun xi tkun il-forma tagħha, li għandha bħala għan li tipproduċi effetti legali vinkolanti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>AETR<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="22/70" PAGE.ECR="263" YEAR="1971">22/70, Ġabra p. 263</REF.DOC.ECR>, punt 42; tat-<DATE ISO="19940302">2 ta’ Marzu 1994</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/91" PAGE.ECR="I-625" YEAR="1994">C-316/91, Ġabra p. I-625</REF.DOC.ECR>, punt 8; Spanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27; tal-<DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-138/03+C-324/03+C-431/03" PAGE.ECR="I-10043" YEAR="2005">C-138/03, C-324/03 u C-431/03, Ġabra p. I-10043</REF.DOC.ECR>, punt 32; tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/03" PAGE.ECR="I-10217" YEAR="2005">C-301/03, Ġabra p. I-10217</REF.DOC.ECR>, punt 19, kif ukoll tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/07" PAGE.ECR="I-8917" YEAR="2009">C-370/07, Ġabra p. I-8917</REF.DOC.ECR>, punt 42). Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li Stat Membru, bħar-rikorrent fil-Kawża C-475/10 P, jista’ jippreżenta rikors għall-annullament ta’ att li jipproduċi effetti legali vinkolanti mingħajr ma jkollu juri interess ġuridiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19870326">26 ta’ Marzu 1987</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="45/86" PAGE.ECR="1493" YEAR="1987">45/86, Ġabra p. 1493</REF.DOC.ECR>, punt 3, u tal-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Meta rikors għal annullament kontra att adottat minn istituzzjoni huwa ppreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika, il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet li dan jista’ jseħħ biss meta l-effetti legali vinkolanti ta’ dan l-att huma tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti billi jibdlu, b’mod kunsiderevoli, il-pożizzjoni legali tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 9; Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29, u tat-<DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE>, NDSHT vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/09 P" PAGE.ECR="I-11911" YEAR="2010">C-322/09 P, Ġabra p. I-11911</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9685"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ġiet żviluppata fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti li huma kienu d-destinatarji tagħhom. Meta, bħal fil-kawża li wasslet għad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, rikors għal annullament jiġi ppreżentat minn rikorrent bħala parti mhux privileġġjata kontra att li ma huwiex id-destinatarju tiegħu, ir-rekwiżit li jipprovdi li l-effetti ġuridiċi vinkolati tal-miżura kkontestat għandhom ikunu tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jemendaw b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tiegħu, jikkoinċidi mal-kundizzjonijiet imposti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll li, fid-digrieti kkontestati, il-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni billi kkonstatat li l-att ikkontestat ma kkostitwixxiex att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi billi ddeċidiet, fid-digrieti tagħha, li ordni għal informazzjoni adottata abbażi tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, ma tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, hemm għaldaqstant lok, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, li jiġi eżaminat jekk tali ordni tikkostiwixxix att li huwa intiż sabiex jipproduċi effetti legali vinkolati.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi proċedura f’żewġ fażijiet li hija intiża sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tikseb mill-Istat Membru kkonċernat l-informazzjoni neċessarja dwar għajnuna allegatament illegali sabiex din tkun tista’ tevalwa n-natura tal-miżura u l-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni fażi, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li l-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprovdilha informazzjoni fir-rigward tal-għajnuna allegatament illegali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9686"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni fażi, jekk l-Istat Membru, minkejja li diġà jkun irċieva nota ta’ tfakkir, ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fit-terminu stabbilit, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għandha permezz ta’ deċiżjoni teħtieġ li l-informazzjoni tkun provvduta<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Konsegwentement, it-tieni fażi tal-proċedura sseħħ permezz tal-adozzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE mill-Kummissjoni, fatt li barra minn hekk, din l-istituzzjoni ma tikkontestax.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, abbażi tal-Artikolu 288 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni għandha torbot fl-intier tagħha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Billi pprovda li ordni għal informazzjoni tieħu l-forma ta’ deċiżjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jattribwixxi natura vinkolanti lil tali att.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 hija intiża sabiex tipproduċi effetti legali vinkolanti fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza u tikkostitwixxi, għaldaqstant, att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-analiżi preċedenti hija msaħħa mill-ġurisprudenza dwar id-deċiżjonijiet ta’ talbiet ta’ informazzjoni meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), li, bħall-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 659/1999, kien jipprovdi proċedura ta’ żewġ fażijiet, fejn it-tieni fażi kien fiha l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19800626">26 ta’ Ġunju 1980</DATE>, National Panasonic vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="136/79" PAGE.ECR="2033" YEAR="1980">136/79, Ġabra p. 2033</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="19891018">18 ta’ Ottubru 1989</DATE>, Orkem vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="374/87" PAGE.ECR="3283" YEAR="1989">374/87, Ġabra p. 3283</REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003, jirriżulta mingħajr dubju li talba għal informazzjoni meħuda fil-forma ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9687"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza ċċitata mill-Qorti Ġenerali fid-digrieti kkontestati, li tipprovdi li għandha tiġi eżaminata s-sustanza ta’ att u mhux il-forma tiegħu sabiex tiġi evalwata n-natura vinkolanti tiegħu, ma tbiddilx lil din l-analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li tallega l-Kummissjoni, in-nuqqas ta’ sanzjoni prevista mir-Regolament Nru 659/1999 fil-każ fejn l-Istat Membru ma jikkonformax ma’ ordni għal informazzjoni ma jikkostitwixxix element determinanti sabiex jiġi evalwat jekk att jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Billi ddeċidiet, fil-punti 31, 32 u 46 tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, kif ukoll fil-punti 30, 31 u 45 tad-digriet Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, li, minħabba n-natura preparatorja tiegħu, l-att ikkontestat, ma jikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali wkoll wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li huwa minnu li l-miżuri intermedjarji, li l-għan tagħhom huwa li tiġi ppreparata d-deċiżjoni finali, ma jikkostitwixxux, bħala prinċipju, atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara s-sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 10; Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42, u tas-<DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-362/08 P" PAGE.ECR="I-669" YEAR="2010">C-362/08 P, Ġabra p. I-669</REF.DOC.ECR>, punt 52). Madankollu, l-atti intermedjarji b’hekk previsti huma qabel kollox atti li jesprimu opinjoni provviżorja tal-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20; tal-<DATE ISO="19900314">14 ta’ Marzu 1990</DATE>, Nashua Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-133/87+C-150/87" PAGE.ECR="I-719" YEAR="1990">C-133/87 u C-150/87, Ġabra p. I-719</REF.DOC.ECR>, punti 8 sa 10; tat-<DATE ISO="19970318">18 ta’ Marzu 1997</DATE>, Guérin automobiles vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/95 P" PAGE.ECR="I-1503" YEAR="1997">C-282/95 P, Ġabra p. I-1503</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/96" PAGE.ECR="I-4723" YEAR="2000">C-147/96, Ġabra p. I-4723</REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9688"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, rikors għal annullament ippreżentat kontra l-atti li jesprimu opinjoni provviżorja tal-Kummissjoni, jista’ jobbliga lill-qorti tal-Unjoni sabiex twettaq evalwazzjoni fuq il-kwistjonijiet li fuqhom l-istituzzjoni kkonċernata għad ma kellhiex l-opportunità tesprimi ruħha u, b’hekk, tinħoloq antiċipazzjoni ta’ dibattiti fuq il-mertu u konfużjoni tal-fażijiet differenti tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. L-aċċettazzjoni ta’ tali rikors ikun għaldaqstant inkompatibbli mas-sistemi ta’ tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-qorti tal-Unjoni u l-mezzi ta’ appell, previsti mit-Trattat, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-iżvolġiment regolari tal-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni (ara s-sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawża preżenti, rikors għal annullament ippreżentat kontra l-att ikkontestat, li permezz tiegħu l-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet Ġermaniżi xi informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż ta’ Deutsche Post, għall-perijodu bejn is-sena 1989 u s-sena 2007, ma jwassalx għal riskju ta’ konfużjoni tal-fażijiet differenti tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji (sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20). Fil-fatt, tali rikors għal annullament ma għandux iwassal lill-qorti tal-Unjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat jew dwar il-kompatibbiltà eventwali tagħha mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Isegwi li, mill-ġurisprudenza jirriżulta li att intermedjarju lanqas ma jista’ jiġi appellat jekk jiġi stabbilit li l-illegalità li huwa vvizzjat biha dan l-att tista’ tiġi invokata insostenn ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali li għaliha jikkostitwixxi att ta’ tfassil. F’tali ċirkustanzi, ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura jiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti (ara s-sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 12; tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, AKZO Chemie u AKZO Chemie UK vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="53/85" PAGE.ECR="1965" YEAR="1986">53/85, Ġabra p. 1965</REF.DOC.ECR>, punt 19, kif ukoll tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 63).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, jekk din il-kundizzjoni tal-aħħar ma tkunx sodisfatta, jiġi kkunsidrat li l-att intermedjarju, indipendentement mill-kwistjoni jekk dan jesprimix opinjoni provviżorja tal-istituzzjoni kkonċernata — jipproduċi effetti ġuridiċi awtonomi u,<?PAGE NO="I-9689"?> għaldaqstant, għandu jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara s-sentenzi AKZO Chemie u AKZO Chemie UK vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20; tat-<DATE ISO="19911128">28 ta’ Novembru 1991</DATE>, BEUC vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-170/89" PAGE.ECR="I-5709" YEAR="1991">C-170/89, Ġabra p. I-5709</REF.DOC.ECR>, punti 9 sa 11; tas-<DATE ISO="19940616">16 ta’ Ġunju 1994</DATE>, SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/93 P" PAGE.ECR="I-2681" YEAR="1994">C-39/93 P, Ġabra p. I-2681</REF.DOC.ECR>, punt 28; tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 57 sa 68, kif ukoll Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għandu jiġi kkonstatat li l-ordni għal informazzjoni meħuda skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 tipproduċi effetti ġuridiċi awtonomi.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura dwar l-allegata għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post ma hijiex tali li tiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fir-rigward tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, minn naħa, li jekk, kif jallegaw l-appellanti fil-kawżi preżenti, l-ordni hija sproporzjonata sa fejn l-informazzjoni mitluba ma hijiex relevanti għall-evalwazzjoni tal-miżura statali fid-dawl tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, l-illegalitajiet li jivvizzjaw lill-att intermedjarju ma jistgħux jaffettwaw il-legalità tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, peress li din id-deċiżjoni tal-aħħar ma hijiex ibbażata fuq l-informazzjoni miksuba b’risposta għall-imsemmija ordni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta l-Kummissjoni tordna, skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, lil Stat Membru sabiex jipprovdi l-informazzjoni mitluba, hija tadotta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE. Isegwi li r-rifjut tal-Istat Membru<?PAGE NO="I-9690"?> kkonċernat li jikkonforma ma’ tali ordni jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li huwa għandu abbażi tat-Trattati fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, Stat Membru destinatarju ta’ deċiżjoni, bħal ordni għal informazzjoni, ma jistax jiġġustifika b’mod validu n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħha fuq il-bażi tal-allegata illegalità tagħha. Fil-fatt, huwa fil-kuntest ta’ proċedura distinta, jiġifieri dik ta’ rikors għal annullament previst fl-Artikolu 263 TFUE li kull kontestazzjoni tal-legalità ta’ tali ordni għandha titwettaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010322">22 ta’ Marzu 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-261/99" PAGE.ECR="I-2537" YEAR="2001">C-261/99, Ġabra p. I-2537</REF.DOC.ECR>, punt 18, u tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-419/06, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-effetti tal-eventwali illegalità relatata mal-att intermedjarju ma jistgħux jiġu annullati minn rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li jirriżulta mill-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 minn naħa ta’ Stat Membru, li ma jagħtix lok għal deċiżjoni li tordna li tingħata informazzjoni, ikun jista’ jiġi kkonstatat indipendentement mit-tmiem ta’ rikors għal annullament eventwali ppreżentat kontra d-deċiżjoni finali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-aħħar, l-argument tal-Kummissjoni li jipprovdi li l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għal annullament kontra deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999 twassal għal sitwazzjoni li fiha, Stat Membru li jirrifjuta li jissodisfa talba għal informazzjoni dwar għajnuna mill-Istat notifikata jew le, igawdi minn protezzjoni ġudizzjarja iktar wiesgħa meta tkun inkwistjoni għajnuna mhux notifikata, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, għal dan il-għan, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprovdi li, jekk l-Istat Membru kkonċernat, wara li jkun ġie mfakkar, ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba minn talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni dwar<?PAGE NO="I-9691"?> għajnuna notifikata, jew jipprovdi l-informazzjoni b’mod mhux komplet, in-notifika hija meqjusa li ġiet irtirata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-irtirar tan-notifika jkollha bħala effett li din l-għajnuna għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mhux notifikata, b’tali mod li r-rifjut tal-Istat Membru kkonċernat li jipprovdi l-informazzjoni mitluba jwassal kemm fil-każ ta’ għajnuna inizjalment notifikata, u kemm fil-każ fejn għajnuna qatt ma ġiet notifikata, għall-adozzjoni ta’ att li jista’ jiġi kkontestat, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Isegwi li, billi ddeċidiet li l-att ikkontestat ma setax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat il-ħames aggravju, hemm lok li l-ewwel sar-raba’ aggravji jiġu milqugħa.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, fil-Kawża C-463/10 P, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każ fejn din kellha tiddeċiedi li l-att ikkontestat jikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, sabiex tipproċedi għal sostituzzjoni ta’ motivi fir-rigward tad-digriet Deutsche Post vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar ’il fuq, sabiex tindika li r-rikors ippreżentat minn Deutsche Post kien inammissibbli, peress li din l-impriża qatt ma kellha interess ġuridiku fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni f’din il-kawża, din l-istituzzjoni kienet fil-fatt sostniet li l-att ikkontestat ma kienx jikkonċerna lil Deutsche Post la direttament, u lanqas indirettament.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, persuna fiżika jew ġuridika tista’ biss tippreżenta azzjoni kontra deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra jekk l-imsemmija deċiżjoni tirrigwardaha direttament u individwalment.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9692"?><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-punt jekk Deutsche Post hijiex direttament ikkonċernata mill-att ikkontestat, li huwa indirizzat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li din il-kundizzjoni titlob li jkunu sodisfatti ż-żewġ kriterji kumulattivi, jiġifieri li l-miżura kkontestata, fl-ewwel lok, toħloq direttament effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-individwu u, fit-tieni nett, ma tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji tagħha li għandhom jimplementawha, peress li din hija ta’ natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli oħra intermedjarji (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ente per le Ville Vesuviane et Ente per le Ville Vesuviane, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-445/07 P+C-455/07 P" PAGE.ECR="I-7993" YEAR="2009">C-445/07 P u C-455/07 P, Ġabra p. I-7993</REF.DOC.ECR>, punt 45 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, din il-kundizzjoni ma hijiex sodisfatta fil-kawża preżenti, peress li l-att ikkontestat jitlob biss lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tibgħat ċerta informazzjoni. Għaldaqstant, din l-ordni ma tagħtix lok għall-adozzjoni ta’ miżura nazzjonali li għandha natura purament awtomatika u li tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ikun l-aġir tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jiddetermina jekk din kinitx indirrizata lil Deutsche Post jew kif wasslet lil din l-impriża sabiex tikkomunika l-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, għandu jiġi kkonstatat li l-att ikkontestat jaffettwa direttament lil Deutsche Post fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, Deutsche Post, bħala benefiċjarja tal-miżura li fuqha hija bbażata l-informazzjoni prevista mill-att ikkontestat u bħala possessur ta’ din l-informazzjoni, tkun obbligata li tissodisfa l-ordni għal informazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9693"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kontenut definittiv u eżawrjenti tal-infromazzjoni mitluba jirriżulta mill-att ikkontestat innifsu, mingħajr ma jħalli setgħa ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt jekk Deutsche Post hijiex individwalment ikkonċernata bl-att ikkontestat, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, persuni li ma humiex id-destinatarji ta’ deċiżjoni ma jistgħux jippretendu li huma kkonċernati individwalment ħlief fil-każ li din id-deċiżjoni tolqothom minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom jew minħabba ċirkustanzi li jiddifferenzjawhom mill-persuni l-oħra kollha u, minħabba dan il-fatt, jiġu individwalizzati bl-istess mod bħalma kien ikun individwalizzat id-destinatarju ta’ tali deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071122">22 ta’ Novembru 2007</DATE>, Sniace vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/05 P" PAGE.ECR="I-10005" YEAR="2007">C-260/05 P, Ġabra p. I-10005</REF.DOC.ECR>, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, Deutsche Post ma hijiex individwalment ikkonċernata bl-att ikkontestat peress li dan ma huwiex indirizzat lil din l-impriża u lanqas ma joħloq kwalunkwe obbligu fil-konfront tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-fatt li l-att ikkontestat ma huwiex indirizzat lil Deutsche Post huwa nieqes minn rilevanza għall-evalwazzjoni tal-punt jekk din l-impriża hijiex individwalment ikkonċernata, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, mill-imsemmi att.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Imbagħad, għandu jiġi kkonstatat li l-ordni għal informazzjoni tirrigwarda proċedura ta’ eżami ta’ allegata għajnuna mill-Istat li kienet ibbenefikat minnha Deutsche Post. L-informazzjoni prevista mill-att ikkontestat tikkonċerna biss lil Deutsche Post. Għaldaqstant, din tal-aħħar hija individwalment ikkonċernata mill-imsemmi att fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 71 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9694"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Peress li Deutsche Post hija direttament u individwalment ikkonċernata mill-att ikkontestat, ma hemmx lok li sseħħ, fil-Kawża C-463/10 P, is-sostituzzjoni tal-motivi ssuġġerita mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dak kollu preċedenti jirriżulta li l-appell għandu jintlaqa’ u li d-digrieti kkontestati jiġu annullati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rinviju tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ jew tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi b’mod definittiv, fiż-żewġ kawżi, fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni matul il-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-punti 36 sa 62 ta’ din is-sentenza, l-imsemmija eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ibbażata fuq il-fatt li l-att ikkontestat ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors għal annullament, għandha tiġi miċħuda. Barra minn hekk, sa fejn, fil-Kawża Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-570/08), l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija bbażata wkoll fuq il-fatt li l-att ikkontestat ma jikkonċernax direttament u individwalment l-appellanti, l-imsemmija eċċezzjoni lanqas ma tista’ tiġi milqugħa minħabba r-raġunijiet imsemmija fil-punti 65 sa 75 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9695"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Bil-kontra, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikorsi ppreżentati minn Deutsche Post u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, għal dan il-għan, li t-trattazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali u l-evalwazzjoni magħmula minnha, kienu jirrigwardaw esklużivament l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat peress li l-Qorti Ġenerali laqgħet, fiż-żewġ kawżi, l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità mqajma mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma daħlet fil-mertu u mingħajr ma bdiet il-proċedura orali.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-kawżi għandhom jiġi rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet tal-appellanti għall-annullament tal-att ikkontestat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Peress li l-kawża ġiet irrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali, hemm lok li l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri ta’ appell jiġu rriżervati</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20100714">14 ta’ Lulju 2010</DATE>, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-570/08), u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-571/08), huma annullati.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-9696"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tiddeċiedi fuq it-talbiet ta’ Deutsche Post AG (T-570/08) u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (T-571/08) intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20081030">30 ta’ Ottubru 2008</DATE> li tipprovdi ordni fuq ir-Repubblika tal-Ġermanja sabiex tipprovdi xi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>