|
28.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 86/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 284/2008
tas-27 ta’ Marzu 2008
li jintroduċi ċertu denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Lingot du Nord (IĠP), Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP), Marrone di Roccadaspide (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Lingot du Nord” u t-talbiet imressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” u “Marrone di Roccadaspide” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma rreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 151, 5.7.2007, p. 21 (Lingot du Nord), ĠU C 160, 13.7.2007, p. 15 (Cipolla Rossa di Tropea Calabria), ĠU C 160, 13.7.2007, p. 19 (Marrone di Roccadaspide).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
FRANZA
Lingot du Nord (IĠP)
L-ITALJA
Cipolla Rossa di Tropea Calabria (IĠP)
Marrone di Roccadaspide (IĠP)