<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-451/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0451</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:861">EU:C:2018:861</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">SENTENZA TAL-<DATE ISO="20181025">25.10.2018</DATE> – Kawża C-451/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Walltopia</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(1)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 987/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14(1)</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema kkollokati</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Ċertifikat A 1</KEYWORD><KEYWORD>Issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjega</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑451/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Qorti Amministrattiva ta’ Veliko Tarnovo, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170719">19 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Walltopia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> AD</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Ewwel Awla, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, E. Regan (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għad-Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo, minn D. Boneva, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u N. Nikolova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(j) u (l) u tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 149, p. 4</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 883/2004<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Walltopia<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> AD u d-Direktor na Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo (id-Direttur tad-Direttorat Territorjali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Pubbliku ta’ Veliko Tarnovo, il-Bulgarija), dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ ħruġ ta’ ċertifikat li jindika l-leġiżlazzjoni applikabbli għal impjegat ta’ Walltopia.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> li jinsab fit-Titolu I ta’ dan ir-regolament, huwa stess intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Disposizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>persuna assigurata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>, fil-kuntest tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti minn Titolu III, Kapitoli 1 u 3, tfisser kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti taħt Titolu II biex ikollu d-dritt għal benefiċċji, dejjem waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser il-post fejn persuna għandha r-residenza abitwali tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet statutorji oħra u kull miżuri ta’ implimentazzjoni oħra kollha marbutin mal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti mill-Artikolu 3(1);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li wkoll jinsab fit-Titolu I ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>“Dan ir-Regolament għandhu japplika għal ċittadini ta’ Stat Membru, persuni mingħajr Stat u refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li huma jew li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u għas-superstiti tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-superstiti ta’ persuni li kienu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, irrispettivament min-nazzjonalità ta’ dawn il-persuni, fejn is-superstiti tagħhom huma ċittadini ta’ Stat Membru jew persuni mingħajr Stat jew refuġjati li għandhom ir-residenza tagħhom f’wieħed mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jinsab fit-Titolu II tiegħu, huwa stess intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Determinazzjoni ta’ Liema Leġislazzjoni Tapplika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta’ l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma’ l-invalidità, pensjonijiet ta’ l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma’ mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Regoli speċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jinsab ukoll fit-Titolu II tiegħu, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem min iħaddem, li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha [iwettaq l-attivitajiet tiegħu] hemmhekk, u li tintbagħat minn dak li jħaddem fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem minn iħaddem, għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm ix-xogħol mhux maħsub li jdum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata oħra.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 987/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 987/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Dettalji relatati mal-Artikoli 12 u 13 tar-[Regolament Nru 883/2004]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li jinsab fit-Titolu II ta’ dan l-ewwel regolament, li huwa stess huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Determinazzjoni tal-Leġislazzjoni Applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-[Regolament Nru 883/2004], <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-prinċipal tagħha, liema prinċipal normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u li tintbagħat mill-prinċipal tagħha fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> għandha [tista’] tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[i]ċ-ċittadini għandhom dritt għas-sigurtà soċjali u għall-għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51(2) ta’ dik il-kostituzzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Il-persuni li b’mod provviżorju jinsabu mingħajr impjieg għandhom jibbenefikaw mis-sigurtà soċjali f’kundizzjonijiet u skont modalitajiet stabbiliti mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(1) tal-imsemmija kostituzzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Iċ-ċittadini għandhom id-dritt għal assigurazzjoni għall-mard li tiggarantixxi għajnuna medika aċċessibbli u għal kura medika b’xejn skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura previsti mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tax-Xogħol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 121(1) tal-Kodeks na truda (il-Kodiċi tax-Xogħol) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Jekk il-ħtiġijiet tal-impriża jkunu jeħtieġu dan, il-persuna li timpjega tista’ tikkolloka lill-ħaddiem jew lill-impjegat, għat-twettiq tal-obbligi ta’ xogħol, barra mill-post tax-xogħol tiegħu għal perijodu li ma jistax jaqbeż 30 jum tal-kalendarju konsekuttivi.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tal-Kodeks za sotsialno osiguriavane (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Huma koperti b’mod obbligatorju, għal mard tas-soltu u maternità, invalidità minħabba mard tas-soltu, xjuħija jew mewt, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, mard okkupazzjonali u qgħad skont dan il-kodiċi, il-ħaddiema u l-impjegati, irrispettivament min-natura tax-xogħol tagħhom, mir-remunerazzjoni u mis-sors tad-dħul, bl-eċċezzjoni tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4a(1); il-persuni li jaqgħu taħt il-programmi ta’ assistenza tal-maternità u ta’ għajnuna għall-impjiet ma humiex koperti mill-assigurazzjoni għall-qgħad jekk il-programm rilevanti jipprevedi dan.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-Artikolu 9(2) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Huwa meqjus bħala perijodu assigurat, mingħajr ħlas ta’ kontribuzzjonijiet soċjali, it-tul ta’ żmien li fih il-persuna tkun irċeviet allowances tal-qgħad.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-punt 1 tal-Artikolu 33(1) taz-Zakon za zdravnoto osiguriavane (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni għall-Mard) jirriżulta li kull ċittadin Bulgaru li ma huwiex ukoll ċittadin ta’ pajjiż ieħor huwa neċessarjament kopert mis-sistema nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 40(1) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-persuna assigurata, ikkalkolati skont l-Artikolu 29(3), għandhom ikunu stabbiliti fid-dawl tad-dħul li ġej u għandhom jinġabru kif ġej:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="040.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>għall-persuni li jirċievu allowances tal-qgħad – l-ammont tal-allowances imħallsa; il-kontribuzzjonijiet għandhom jittieħdu mill-baġit tal-Istat u għandhom jinġabru sa mhux iktar tard mill-10 tax-xahar ta’ wara dak li jirreferu għalih.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 40(5) tal-imsemmija liġi jipprevedi, b’mod partikolari, li kull persuna li mhix suġġetta għal sħubija skont il-paragrafi 1, 2 u 3 hija obbligata tħallas kontribuzzjonijiet soċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet dwar il-Kollokament tal-Impjegati u l-Apprentistati ta’ Speċjalizzazzjoni barra l-pajjiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tan-Naredba za sluzhebnite komandirovki i spetsializatsii v chuzhbina (id-Digriet dwar il-Kollokament tal-Impjegati u l-Apprentistati ta’ Speċjalizzazzjoni barra l-Pajjiż) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Il-kollokament barra l-pajjiż huwa meta persuna tintbagħat barra l-pajjiż sabiex twettaq xogħol konkret fuq ordni tal-korp li jikkolloka lill-persuna.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, Walltopia, stabbilita fil-Bulgarija, ikkonkludiet kuntratt ta’ xogħol ma’ Petyo Stefanov Punchev, ċittadin Bulgaru, dwar servizzi li kellhom jitwettqu f’Sofija (il-Bulgarija) mis-<DATE ISO="20160916">16 ta’ Settembru 2016</DATE>. Dan il-kuntratt kien jipprevedi perijodu ta’ prova ta’ sitt xhur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Qabel, P. Punchev kien ħadem għal diversi persuni li jimpjegaw, u l-aħħar relazzjoni ta’ xogħol intemmet fl-<DATE ISO="20150301">1 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>P. Punchev ġie kkollokat minn Walltopia fir-Renju Unit bejn is-26 ta’ Settembru u s-<DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20161025">25 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Walltopia keċċiet lil P. Punchev.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE>, Walltopia talbet lit-Teritorialna direktsia na Natsionalnata agentsia za prihodite – Veliko Tarnovo (id-Direttorat Territorjali tal-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul Pubbliku ta’ Veliko Tarnovo) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>awtorità nazzjonali inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) il-ħruġ taċ-ċertifikat A 1 li jattesta li l-leġiżlazzjoni Bulgara kienet applikabbli għal P. Punchev waqt il-kollokament tiegħu. Fit-talba tagħha, Walltopia kienet tispeċifika, b’mod partikolari, id-data tal-impriża li P. Punchev kien ġie kkollokat għandha u t-tul tal-kollokament. Hija kienet issemmi wkoll li l-persuna kkonċernata kienet ġiet irreklutata bl-għan li jsir dan il-kollokament u li, matulu, kienet baqgħet impjegata ta’ Walltopia u rremunerata minn din tal-aħħar u li kienet ibbenefikat minn assigurazzjoni soċjali li tkopri r-riskji għas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20170127">27 ta’ Jannar 2017</DATE>, l-ispettur superjuri tad-dħul tal-awtorità nazzjonali inkwistjoni rrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat mitlub, minħabba li r-rekwiżit dwar l-issuġġettar tal-impjegat għal-leġiżlazzjoni Bulgara għal mill-inqas xahar qabel il-kollokament ma kienx issodisfatt. Fil-fatt, peress li ma rċeviex allowances tal-qgħad matul dan il-perijodu, P. Punchev ma setax jitqies li għandu l-kwalità ta’ assigurat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara azzjoni amministrattiva ppreżentata kontra din id-deċiżjoni, din tal-aħħar ġiet ikkonfermata fis-<DATE ISO="20170227">27 ta’ Frar 2017</DATE> permezz ta’ deċiżjoni tad-direttur ta’ din l-istess awtorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, adita b’azzjoni ġudizzjarja kontra dan ir-rifjut, tosserva li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, persuna kkollokata tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjegaha normalment twettaq l-attivitajiet tagħha biss meta ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti, jiġifieri meta l-kollokament ma jkunx ta’ iktar minn 24 xahar u l-persuna ma tintbagħatx biex tieħu post persuna oħra kkollokata. Skont din il-qorti, huwa paċifiku li fil-kawża prinċipali dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-pożizzjoni tal-awtorità nazzjonali inkwistjoni, li tgħid li, qabel il-bidu tal-attività tiegħu bħala impjegat ma’ Walltopia, P. Punchev ma kienx suġġett għal-leġiżlazzjoni Bulgara, hijiex konformi mal-għan u mas-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-assigurazzjoni għall-mard, persuna għandha tħallas il-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji, kemm jekk hija eżerċitat attività jew le. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet iċaħħadha mid-dritt għal benefiċċji soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha wkoll dubji dwar jekk hija għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata meta din tkun ċittadin ta’ Stat Membru, jew tar-residenza abitwali ta’ dik il-persuna, fis-sens tal-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 883/2004. F’każ fejn la ċ-ċittadinanza u lanqas ir-residenza abitwali ma jkunu elementi rilevanti għall-interpretazzjoni, l-imsemmija qorti tistaqsi dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi interpretata l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>suġġetta għal-leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li tinsab fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, flimkien mal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>soġġetta għal-leġiżlazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Qorti Amministrattiva ta’ Veliko Tarnovo, il-Bulgarija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament [Nru 987/2009] u tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament [Nru 883/2004] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna impjegata msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna li timpjegaha, fid-dawl tal-fatt li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(l) tar-Regolament [Nru 883/2004], f’dan l-Istat Membru, din il-persuna ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata eżattament qabel bdiet l-attivitajiet tagħha bħala persuna impjegata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kontenut u tat-tifsira tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>suġġetta għal-leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> prevista fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament [Nru 987/2009] flimkien mal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>suġġetta għal-leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> prevista fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament [Nru 883/2004], il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni n-nazzjonalità tal-persuna [tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna għandha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru] f’sitwazzjoni fejn [il-persuna impjegata], sempliċement minħabba n-nazzjonalità tagħha, kienet fi kwalunkwe każ suġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li d-domanda preċedenti tingħata wkoll risposta fin-negattiv: għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kunċetti msemmija f’din id-domanda, il-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni r-residenza abitwali u kontinwa tal-persuna fis-sens tal-Artikolu 1(j) tar-Regolament [Nru 883/2004]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ li t-tielet domanda tingħata wkoll risposta fin-negattiv: liema elementi ta’ interpretazzjoni għandha tuża l-qorti nazzjonali sabiex tiddetermina l-kontenut tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>suġġetta għal-leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> [li tidher] fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament [Nru 883/2004] u tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>suġġetta għal-leġislazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [li tidher] fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament [Nru 987/2009], fid-dawl tal-applikazzjoni preċiża ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-erba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, għandux jiġi interpretat fis-sens li impjegat irreklutat bl-għan li jiġi kkollokat fi Stat Membru ieħor għandu jitqies li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, meta, immedjatament qabel il-bidu tal-attività tiegħu bħala impjegat, u minkejja li ma kellux il-kwalità ta’ persuna assigurata taħt din il-leġiżlazzjoni, dan l-impjegat kellu ċ-ċittadinanza tal-imsemmi Stat Membru u r-residenza tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 883/2004, kienet tinsab f’dan l-istess Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li P. Punchev, ċittadin Bulgaru, ġie ingaġġat minn Walltopia bl-għan li jiġi kkollokat fir-Renju Unit. Sussegwentement, l-awtorità nazzjonali inkwistjoni irrifjutat li toħroġ lil Walltopia ċertifikat A 1 li jattesta li l-leġiżlazzjoni Bulgara kienet applikabbli għal P. Punchev, għar-raġuni li dan tal-aħħar ma kienx suġġett għal dik il-leġiżlazzjoni għal minn tal-inqas xahar qabel il-kollokament tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem persuna li timpjega li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemmhekk, u din l-ewwel persuna tiġi kkollokata, mill-persuna li timpjega, fi Stat<?PAGE NO="8"?> Membru ieħor sabiex taħdem f’isem il-persuna li timpjega, għandha tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm ix-xogħol mhux maħsub li jdum iktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna kkollokata oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009 jippreċiża li persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem il-persuna li timpjega, liema persuna li timpjega normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemmhekk, u li tiġi kkollokata, minn din il-persuna li timpjega, fi Stat Membru ieħor, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>għandha [tista’] tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, mill-kliem stess tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009 jirriżulta li l-fatt li persuna tiġi rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor ma għandux jipprekludi li hija tista’ tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem min iħaddem, li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha [iwettaq l-attivitajiet tiegħu] hemmhekk, u li tintbagħat minn dak li jħaddem fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, b’tali mod li, meta dan ikun il-każ, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet l-oħra previsti minn din l-aħħar dispożizzjoni, li ma humiex is-suġġett ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, din il-persuna tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih, il-persuna li timpjega, normalment twettaq l-attivitajiet tagħha, skont din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ma huwiex meħtieġ li persuna li tiġi rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor tkun eżerċitat, fl-Istat Membru fejn il-persuna li timpjegaha normalment twettaq l-attivitajiet tagħha, attività bħala persuna impjegata f’isem din tal-aħħar qabel il-kollokament tagħha, mill-kliem tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009 jirriżulta madankollu li, immedjatament qabel il-bidu tal-kollokament tagħha, din il-persuna għandha tkun diġà suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-persuna li timpjegaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009 hija konċiljabbli mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, liema artikolu jipprovdi, kif tfakkar fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, li, jekk il-kundizzjonijiet kollha previsti minn din l-aħħar dispożizzjoni huma ssodisfatti, il-persuna kkonċernata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>tibqa’ suġġetta<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega li tikkollokaha hija stabbilita, u dan jikkonferma li din il-persuna għandha tkun diġà suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni qabel il-kollokament tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-interpretazzjoni li tgħid li persuna rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor għandha tkun diġà suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-persuna li timpjega li tikkollokaha sabiex is-sitwazzjoni tagħha tkun taqa’ taħt l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, liema dispożizzjoni hija waħda li tidderoga mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 11(3)(a) ta’ dan ir-regolament, hija kkonfermata wkoll mill-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 12(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-aħħar dispożizzjoni għandha l-għan, b’mod partikolari, li tippromwovi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-benefiċċju tal-impriżi li jagħmlu użu minnha billi jibagħtu lil xi ħaddiema fi Stati Membri oħra għajr dak li jkunu stabbiliti fih. Tali dispożizzjoni għaldaqstant hija intiża li tegħleb l-ostakoli li jistgħu jxekklu l-moviment liberu tal-ħaddiema u wkoll li tiffavorixxi l-interpenetrazzjoni ekonomika billi tevita l-kumplikazzjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-ħaddiema u għall-impriżi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000210">10 ta’ Frar 2000</DATE>, <NAME.CASE>FTS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:75">EU:C:2000:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, sabiex jiġi evitat li impriża stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru tiġi obbligata tirreġistra l-ħaddiema tagħha, li normalment huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat, fl-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor fejn ser jintbagħtu sabiex iwettqu xogħol għal tul ta’ żmien limitat – li jirrendi iktar ikkomplikat l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi – l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004 jippermetti lill-impriża li żżomm l-affiljazzjoni tal-ħaddiema tagħha fl-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-ewwel Stat Membru sa fejn din l-impriża tosserva l-kundizzjonijiet li jirregolaw din il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000210">10 ta’ Frar 2000</DATE>, <NAME.CASE>FTS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:75">EU:C:2000:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi eżaminat jekk persuna rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor u li tkun tinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ P. Punchev għandhiex tkun ikkunsidrata bħala li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, [kienet] diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, li jinkludi l-Artikoli 11 sa 16 ta’ dan tal-aħħar, jikkostitwixxu sistema kompleta u uniformi ta’ regoli ta’ kunflitti tal-liġijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bħala għan mhux biss li tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali u li jiġu evitati l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn dan, iżda wkoll li jiġi prekluż li l-persuni li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jiġu mċaħħda minn protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tolley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:74">EU:C:2017:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, meta persuna taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 883/2004, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan tal-aħħar, ir-regola ta’ uniċità stabbilita fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament bħala prinċipju hija applikabbli u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tal-imsemmi regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tolley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:74">EU:C:2017:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Nru 883/2004, dan għandu unikament bħala għan li jiddetermina, bla ħsara għall-Artikoli 12 sa 16 ta’ dan ir-regolament, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni li jkunu jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ din id-dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Tolley</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑430/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:74">EU:C:2017:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tidher li tqis li s-sitwazzjoni ta’ P. Punchev immedjatament qabel il-bidu tal-attivita tiegħu bħala impjegat ma’ Walltopia ma kienet taqa’ taħt ebda waħda mill-ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 11(3)(a) sa (d) tar-Regolament Nru 883/2004, fatt dan li għandu jiġi vverifikat minn din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Jekk dan kellu jkun il-każ, mill-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Bulgara kienet, fi kwalunkwe każ, applikabbli għal P. Punchev immedjatament qabel il-bidu tal-attività tiegħu bħala impjegat ma’ Walltopia. Fil-fatt, skont din l-aħħar dispożizzjoni, kull persuna li għaliha ma japplikax l-Artikolu 11(3)(a) sa (d) ta’ dan ir-regolament għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmi regolament li jiggarantixxulha benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra. Issa, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, immedjatament qabel il-bidu ta’ din l-attività, P. Punchev kellu r-residenza tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 883/2004, fil-Bulgarija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Sussegwentement, filwaqt li ċ-ċittadinanza ta’ persuna tista’, f’każ ta’ ħtieġa, tkun rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk din taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tar-Regolament Nru 883/2004, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tiegħu, madankollu hija ma għandhiex tingħadd, bħala tali, bħala wieħed mill-kriterji stabbiliti mir-regoli ta’ kunflitt li jinsabu fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament, b’tali mod li, f’dan il-każ, il-fatt li P. Punchev għandu ċ-ċittadinanza Bulgara ma jistax, fi kwalunkwe każ, waħdu, ikun determinanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmija regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-fatt li l-awtorità nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali qieset li, peress li P. Punchev ma kienx baqagħlu drittijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa u ma kienx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>persuna assigurata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> taħt id-dritt Bulgaru, il-leġiżlazzjoni Bulgara ma kinitx applikabbli fil-konfront tiegħu, hemm lok li jitfakkar li, ċertament, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004 għandhom bħala għan uniku d-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament. Bħala tali, dawn ma għandhomx l-għan li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt jew tal-obbligu li persuna taderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali jew ma’ fergħa jew oħra ta’ tali skema. Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat diversi drabi, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina dawn il-kundizzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900503">3 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Kits van Heijningen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:183">EU:C:1990:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt li wieħed jaderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, l-Istati Membri huma obbligati josservaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fis-seħħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900503">3 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Kits van Heijningen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:183">EU:C:1990:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’mod partikolari, ir-regoli ta’ kunflitt previsti mir-Regolament Nru 883/2004 jimponu ruħhom b’mod imperattiv fuq l-Istati Membri u dawn tal-aħħar, għaldaqstant, ma għandhomx il-possibbiltà li jiddeterminaw sa liema punt il-leġiżlazzjoni tagħhom stess jew dik ta’ Stat Membru ieħor hija applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820923">23 ta’ Settembru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Kuijpers</NAME.CASE>, <NO.CASE>276/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:317">EU:C:1982:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860612">12 ta’ Ġunju 1986</DATE>, <NAME.CASE>Ten Holder</NAME.CASE>, <NO.CASE>302/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:242">EU:C:1986:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>van Delft <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑345/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:610">EU:C:2010:610</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Szoja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:538">EU:C:2017:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet tal-eżistenza tad-dritt li wieħed jaderixxi ma’ skema ta’ sigurtà soċjali għaldaqstant ma jistgħux ikollhom l-effett li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni l-persuni li, skont ir-Regolament Nru 883/2004, din il-leġiżlazzjoni tapplika għalihom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900503">3 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Kits van Heijningen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:183">EU:C:1990:183</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II ta’ dan ir-regolament għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jipprekludu li l-persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jiġu mċaħħda mill-protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, minħabba nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tapplika għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika tal-Bulgarija kienet tapplika għal P. Punchev immedjatament qabel il-bidu tal-attivita tiegħu bħala impjegat ma’ Walltopia, fatt dan li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna impjegata rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, [kienet] diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, minkejja li din il-persuna impjegata ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha bħala persuna impjegata, ladarba f’dak il-mument il-persuna impjegata kellha r-residenza tagħha fl-imsemmi Stat Membru, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20120522">22 ta’ Mejju 2012</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna impjegata rreklutata bl-għan li tiġi kkollokata fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, [kienet] diġà suġġetta għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-prinċipal tagħha<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 987/2009, minkejja li din il-persuna impjegata ma kellhiex il-kwalità ta’ persuna assigurata b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha bħala persuna impjegata, ladarba f’dak il-mument il-persuna impjegata kellha r-residenza tagħha fl-imsemmi Stat Membru, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>