2004R0838 — MT — 09.07.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 838/2004 tat-28 ta' April 2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p.52) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 239 |
16 |
9.7.2004 |
||
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 838/2004
tat-28 ta' April 2004
dwar miżuri transitorji għall-importazzjoni ta' banana fil-Komunità minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja and l-Islovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 u l-Artikolu 57 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-banana ( 1 ),
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2001 ( 2 ) jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 għal dak li jirrigwarda arranġamenti għall-importazzjoni ta' banana fil-Komunità. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2004 li jaddotta miżuri speċifiċi bil-għan li jaddatta l-arranġamenti għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq importazzjonijiet ta' banana bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda fl-1 ta' Mejju 2004 ( 3 ) adotta l-ewwel miżuri bil-għan ta' l-adeżjoni ta' għaxar Stati Membri ġodda fil-Komunità. L-għan ta' dawk il-miżuri huwa li jidentifika l-operaturi stabbiliti fil-Komunità kif kostitwiti fit-30 ta' April 2004 li fornew is-swieq ta' l-Istati Membri ġodda u li jissodisfaw l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001, fil-kaz ta' operaturi tradizzjonali, u l-Artikolu 6 sa 12 ta' dak ir-Regolament, fil-kaz ta' operaturi mhux tradizzjonali. Fl-istess ħin, l-Istati Membri l-ġodda adottaw disposizzjonijiet simili skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom. |
|
(3) |
Il-miżuri transitorji neċessarji għandhom jiġu adottati sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti eżistenti fl-Istati Membri ġodda qabel l-adeżjoni għall-arranġamenti dwar importazzjoni fis-seħħ taħt l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-banana. |
|
(4) |
Sabiex tiġi assigurata provvista fis-suq, partikolarment fl-Istati Membri ġodda, għanda tiġi ffissata kwantità addizzjonali, 'il fuq u aktar mill-kwoti miftuħa għal importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw minnterzi pajjiżi bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 bl-istess kondizzjonijiet fil-kaz ta' tariffi. Tali ffissar għandu jkun transitorju u ma għandux jiġġudika bil-quddiem l-esitu tan-negozjati għaddejjin fl-ambitu ta' l-Oranizzazzjoni Dinjija dwar il-Kummerċ (WTO) bħala riżultat ta' l-adeżjoni ta' membri ġodda., Aktar, ma għandux jipprekludi l-possibbiltà ta' żieda jekk ikun hemm bżonn biex tlaħħaq ma' neċessitajiet li huma ġustifikati minħabba d-domanda. |
|
(5) |
Din il-kwantità addizzjonali għandha tiġi amministrata bl-użu ta' mekkaniżmi u strumenti magħmula bir-Regolament (KE) Nru 896/2001 għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffi eżistenti. Madankollu, billi dawn l-arranġamenti huma transitorji, din il-kwantità addizzjonali għanda tkun ġestita separatament mill-kwoti tat-tariffi. |
|
(6) |
Taħt il-mekkaniżmi introdotti b'Regolament (KE) Nru 896/2001, il-kwantità addizzjonali għandha titqassam bejn iż-żewġ kategoriji ta' operaturi definit fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u regoli jridu jiġu adottati biex tiġi stabbilita kwantità ta' riferenza speċifika għal kull operatur tradizzjonali u allokazzjoni speċifika għal kull operatur mhux tradizzjonali Għandu jkun speċifikat li t-tqassim msemmi hawn fuq u l-kalkolu tal-kwantitajiet ta' riferenza u allokazzjonijiet jirrigwardaw operaturi li fornew is-swieq ta' l-Istati Membri ġodda fis-snin qabel l-adeżjoni. |
|
(7) |
Minħabba d-diffikultajiet misjuba fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 414/2004, partikolarment fiċ-ċertifikazzjoni ta' banana li kienet is-suġġett ta' importazzjoni primarja matul il-perjodu ta' riferenza 2000-02 kienet attwalment meħlusa għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Istati Membri ġodda, u l-emenda ta' dik id-disposizzjoni bir-Regolament (KE) Nru 689/2004 ( 4 ), kwantità jew allokazzjoni ta' riferenza proviżorja, skond ma jkun il-kaz, għandha tiġi ffissata għal kull operatur sabiex dawn jiġu mogħtija liċenzi ta' importazzjoni bħala l-ewwel biċċa fil-bidu ta' Mejju 2004. Il-għan ta' din id-disposizzjoni fissa hu biex jippermetti l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jagħmlu verifiki u jivverifikaw id-dokumenti ta' sostenn sottomessi mill-operaturi, biex jikkoreġu dikjarazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 414/2004 u biex jirrettifikaw, fejn neċessarju, in-notifikazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 7(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien xieraq qabel il-biċċa li tmiss ta' kwantitajiet addizzjonali tinfetaħ. |
|
(8) |
Bl-iskop li tiġi mmaniġġjata din il-kwantità disponibbli ko-effiċjenti ta' aġġustament li għandhom jiġu applikati lill-kwantitajiet notifikati mill-Istati Membri, għandhom jiġu ffissati. |
|
(9) |
Sabiex tiġi assigurata provvista adegwata fis-suq, u partikolarment biex tiġi assigurata kotra kontinwa ta' importazzjoni fl-Istati Membri ġodda, il-miżuri transitorji għandhom jinkludu l-ħruġ ta' licenzi bl-iskop ta' ħelsien għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid. Għaldaqstant, sigurtajiet depositati għandhom jiġu meħlusa fil-proporzjon tal-kwantitajiet meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fi Stati Membru ġdid. |
|
(10) |
Għall-istess fini, perjodu inizjali għandu jkun miftuħ għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni fil-bidu ta' Mejju 2004 qabel il-perjodu ta' sottomissjoni tat-tielet kwart. |
|
(11) |
Biex ikun żgurat li l-kwantità addizzjonali hija amministrata separatament u l-użu ta' liċenzi ta' importazzjoni monitorjat kif mitlub mir-regoli, l-entraturi speċifiċi li għandhom jitniżżlu fuq il-liċenzi għandhom jiġu stipulati. Barra minn dan, id-disposizzjonijiet applikabbi għal-liċenzi allokati mill-ġdid u għat-trasferiment ta' liċenzi bejn operaturi għandhom jiġu adottati. |
|
(12) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandu jiġi adattat sabiex jinkludi l-awtoritatijiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġodda responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-iskema. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni Għall-Banana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tifsir
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) “Il-Komunità ta' ħmistax” tfisser il-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta' April 2004;
(b) “Stati Membri ġodda” tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvja, il-Lituwanja, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja;
(ċ) “Il-Komunità Mkabbra” tfisser il-Komunità kif ikkostitwita fl-1 ta' May 2004;
(d) “importazzjoni primarja” tfisser l-operaazzjoni ekonomika kif mfissra fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 bil-għan ta' bejgħ f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri ġodda;
(e) “kwantità minima” tfisser il-kwantità minima kif spjegata fit-tielet sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 stabbilita abbażi ta' l-importazzjonijiet primarji kollha mwettqa bl-iskop li jfornu s-swieq ta' l-Istati Membri ġodda;
(f) “awtoritajiet kompetenti” jfissru l-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 896/2001, kif emendat b'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għan
Dan ir-Regolament jintroduċi l-miżuri transitorji neċessarji sabiex jiffaċilitaw it-transizzjoni mill-arranġamenti fis-seħħ fl-Istati Membri ġodda qabel l-adeżjoni tagħhom għall-Komunità ta' ħmistax għall-arranġamenti tal-kwota ta' tariffi ta' importazzjoni mdaħħla bir-Regolamenti (KEE) Nru 404/93 u (KE) Nru 896/2001.
Regolament (KE) Nru 896/2001 għandu japplika soġġett għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Kwantità addizzjonali
1. Kwantità ta' 300 000 tunnellata metrika, piż nett, għanda tkun disponibbli għall-importazzjoni ta' banana fl-Istati Membri ġodda għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004.
Din il-kwantità għandha tkun disponibbli għall-importazzjoni ta' prodotti ta' oriġini li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93.
Importazzjonijiet koperti minn dik il-kwantità għandhom ikunu soġġetti għad-dazji ffissati fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' hawn fuq.
2. Il-kwantità ffissata fil-paragrafu 1 tista' tiżdied jekk tkun osservata żieda fid-domanda fl-Istati Membri ġodda.
Artikolu 4
Aċċess għall-kwantità addizzjonali
1. Aċċess għall-kwantità addizzjonali ffissata fl-Artikolu 3 għandha tkun miftuħa lil operaturi tradizzjonali u mhux tradizzjonali stabbiliti fil-Komunità mkabbra li jissodisfaw l-bżonnijiet ta' l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 414/2004, skond ma jkun il-kaz.
2. 249 000 tunnellata tal-kwantità għanda tkun disponibbli lil operaturi tradizzjonali u 51 000 tunnellata lil operaturi mhux tradizzjonali.
Article 5
Quantity available for the second period for the issue of licences in July 2004
A quantity of 105 000 tonnes shall be available for the second period for the issue of licences in July 2004 with a view to the importation of bananas into the new Member States. 87 150 tonnes of that quantity shall be available to traditional operators and 17 850 tonnes to non-traditional operators.
Article 6
Specific reference quantity for traditional operators for the period from 1 May to 31 December 2004
1. The competent authority of the Member State of registration shall give each traditional operator who carried out the minimum quantity of primary imports of bananas with a view to their sale in one or more of the new Member States during one of the years in the reference period 2000, 2001 or 2002 a specific reference quantity for the period from 1 May to 31 December 2004 based on the average of primary imports which that operator carried out during the above three-year period. This reference quantity shall be established on the basis of the supporting documents referred to in Article 6(2) and the first subparagraph of Article 6(4) of Regulation (EC) No 414/2004.
This specific reference quantity shall be obtained by multiplying the annual average of primary imports referred to in the previous subparagraph by a coefficient of 0.667.
2. In the light of the Member States’ notifications and the quantity fixed in Article 3, the Commission shall, if necessary, set an adjustment coefficient to be applied to the specific reference quantity of each traditional operator.
3. The competent authorities shall inform each operator of its specific reference quantity, as adjusted where necessary by the adjustment coefficient referred to in paragraph 2, no later than the second working day following publication of the regulation fixing that coefficient.
Article 7
Specific allocation to non-traditional operators for the period from 1 May to 31 December 2004
1. The competent authorities shall establish a specific allocation for each non-traditional operator registered with them, for the period from 1 May to 31 December 2004.
In the light of the Member States’ notifications and the quantity fixed in Article 3, the Commission shall, if necessary, set an adjustment coefficient to be applied to the application for a specific allocation made by each non-traditional operator.
2. The competent authorities shall inform each non-traditional operator of its allocation no later than the second working day following publication of the regulation fixing that coefficient.
Article 8
Submission of licence applications and issue of licences
1. Operators shall submit their import licence applications to the competent authorities of the Member State in which they are registered.
2. Import licences, hereinafter referred to as “accession licences”, shall be issued only for the release for free circulation in a new Member State.
3. Licence applications shall bear the words: “accession licence”, “traditional operator” or “non-traditional operator”, as the case may be, and “Regulation (EC) No 838/2004. Licence only valid in a new Member State”.
These entries shall be entered in Box 20 of the licence.
Article 8a
Submission of licence applications and issue of licences in July 2004 for the second period
1. For the second period, licence applications shall be submitted no later than the sixth working day following publication of this Regulation.
To be accepted, the licence applications submitted by a single operator may not total a quantity greater than:
(a) 35 % of the specific reference quantity notified in accordance with Article 6(3), in the case of traditional operators;
(b) 35 % of the specific allocation notified in accordance with Article 7(2), in the case of non-traditional operators.
The competent national authorities shall issue import licences immediately.
2. Import licences issued under this Article shall be valid from the day of issue and shall expire on 7 October 2004.
Article 8b
Submission of licence applications and issue of licences in September 2004 for the third period
1. For the third period for the issue of licences in September 2004, applications for licences shall be submitted in accordance with Article 15 of Regulation (EC) No 896/2001.
2. To be accepted, import licence applications for the additional quantity,
(a) submitted by a traditional operator may not relate to a quantity exceeding the difference between the reference quantity established pursuant to Article 6(3) and the sum of the quantities covered by import licences issued for the first two periods respectively in May and July;
(b) submitted by a non-traditional operator may not relate to a quantity exceeding the difference between the allocation notified pursuant to Article 7(2) and the sum of the quantities covered by import licences issued for the first two periods respectively in May and July.
3. The licences referred to in this Article shall be issued in accordance with Article 18 of Regulation (EC) No 896/2001.
Artikolu 9
Rilaxx tal-garanziji
1. Sigurtajiet kontra l-liċenzi ta' importazzjoni ta' operaturi tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandhom jiġu rilaxxjati fil-proporzjon tal-kwantitajiet meħlusa għaċ-ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid.
2. Sigurtajiet kontra l-allokazzjonijiet ta' operaturi mhux tradizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandhom jiġu rilaxxjati fil-proporzjon tal-kwantitajiet attwalment meħlusa għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru ġdid skond t-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Liċenzi ta' allokazzjoni mill-ġdid
Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 896/2001:
1. Ammonti mhux użati koperti b'liċenza tad-dħul jistgħu jiġu allokati mill-ġdid lill-istess operatur – sew jekk detentur jew transferee – wara applikazzjoni, għall-użu f'perjodu sussegwenti. Tali allokazzjoni mill-ġdid għanda tapplika għal banana importata taħt l-kwantità addizzjonali.
2. Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' allokazzjoni mill-ġdid għandhom jinkludu l-kliem li ġej fil-Kaxxa 20: “Liċenza ta' allokazzjoni mill-ġdid”, “operatur tradizzjonali” jew “operatur mhux tradizzjonali”, skond ma jkun il-kaz, u “L-Artikolu 10 ta' Regolament (KE) Nru 838/2004. Il-liċenza hija valida biss fi Stat Membru ġdid”.
Artikolu 11
Trasferiment ta' liċenzi tad-dħul
Drittijiet li joriġinaw minn liċenzi tad-dħul koperti bil-kwantità addizzjonali għandhom ikunu trasferibbli lil operatur transferee wieħed.
Drittijiet jistgħu jiġu trasferiti biss:
— bejn operaturi tradizzjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5,
— minn operatur tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 5 għal operatur mhux tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 6, jew
— bejn operaturi mhux tradizzjonali kif spjegat fl-Artikolu 6.
Artikolu 12
Aġġustament ta' l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 896/2001
L-Anness I għal dan ir-Regolament huwa żieda ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 896/2001.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja and l-Islovakkja.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ġodda
— ir-Repubblika Ċeka
Fond ta' l-Istat għall-Intervenzjoni Agrikulturali
Ve Smeckách 33
CZ-11000 Praha 1
— l-Estonja
Bord ta' l-Estonja dwar ir-Reġistri u Informazzjoni Agrikulturali
L-Unità ta' Miżuri Kummerċjali
Triq Narva, 3
EE-51009 Krustati
— Ċipru
Ministeru tal-Kummerċ, Industrija u Turiżmu
Import & Export Licensing Unit
CY-1421 Ċipru
— il-Latvja
Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura
Servizz ta' Għajnuna Rurali
Mekkaniżmi tal-Kummerċ
Diviżjoni Dipartiment/Liċenza
Repubblika laukums, 2
LV-1981 Riga
— il-Lituwanja
Aġenzija Nazzjonali tal-Pagamenti
Dipartiment tal-Kummerċ Esteru
Gedimino av. 19
LT-01103 Vilnius-25
— l-Ungerija
Ministeru tal-Ekonomija u Trasport
Uffiċċju tal-Liċenzar u Amministrazzjoni
Margit krt. 85
HU-1024 Budapest
— Malta
Ministeru tal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent
Diviżjoni tas-Servizzi Agrikulturali u Żvilupp Rurali
Triq Ngiered
MT-CMR02 Marsa
— POLONJA
Aġenzija tas-Suq Agrikulturali
Dipartiment tar-Regolament tal-Kummerċ Esteru
6/12 Triq Nowy Swiat.
PL-00-400 Warsaw
— l-Islovenja
Aġenzija għas-Swieq Agrikulturali u Żvilupp Rurali
Dipartiment tal-Kummerċ Esteru
Dunajska Cesta 160
SI-1000 Ljubljana
— l-Islovakkja
Aġenzija Agrikolturali tal-Pagamenti
Dobrovicova 12
SK-81526 Bratislava
( 1 ) ĠU L 47, tal-25.2.1993, pġ. 1. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2587/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, pġ. 13).
( 2 ) ĠU L 126, tat-8.5.2001, pġ. 6. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1439/2003 (ĠU L 204, tat-13.8.2003, pġ. 30).
( 3 ) ĠU L 68, tas-6.3.2004, pġ. 6. Regolament l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 689/2004 (ĠU L 106, tal-15.4.2004, pġ. 17).
( 4 ) ĠU L 106, tal-15.4.4, pġ. 17.