<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-89/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0089</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:771">EU:C:2020:771</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20201001">1.10.2020</DATE> – Kawża C‑89/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Inter Consulting</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Kroat.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 54</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT></KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Identiċità tal-fatti materjali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑89/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Općinski sud u Puli (il-Qorti tal-Kontea ta’ Pula, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20200217">17 ta’ Frar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20200220">20 ta’ Frar 2020</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">GR,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">HS,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">IT,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Inter Consulting d.o.o</HT>., fi stralċ,</P></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb (Relatur), President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE> bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija<?PAGE NO="2"?> bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9), iffirmata f’Schengen fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> u li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19950326">26 ta’ Marzu 1995</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>KIFS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra GR, HS u IT kif ukoll Inter Consulting d.o.o., fi stralċ, li huma akkużati li wettqu jew inkoraġġixxew jew għenu sabiex jitwettqu, fil-Kroazja, fatti kklassifikati bħala abbuż ta’ fiduċja fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L‑Att ta’ Adeżjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għall-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="112" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 112, p. 21</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Att ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen kif imsemmija fil-Protokoll dwar l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (minn hawn il-quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>il-Protokoll ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>), anness għat-TUE u t-TFUE, u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu, elenkati fl-Anness II, kif ukoll kwalunkwe att ieħor bħal dan adottat qabel id-data tal-adeżjoni, għandhom jorbtu lill-Kroazja, u jkunu applikabbli fiha, mid-data tal-adeżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Anness II tal-Att ta’ Adeżjoni huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Lista ta’ dispożizzjonijiet tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja, fuq u jkunu applikabbli fiha, mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni)<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. F’dan ir-rigward, il-punt 2 ta’ dan l-anness isemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[i]d-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-[KIFS], l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti relatati miegħu […], kif emendati minn uħud mill-atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:</TXT><P>[…] […] [L]-Artikoli 54 sa 58 […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-KIFS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 54 tal-KIFS jinsab fil-Kapitolu 3 tiegħu, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li jinsab fit-Titolu III ta’ din il-konvenzjoni. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Persuna li l-każ tagħha jkun inqata’ b’mod finali f’Parti Kontraenti waħda ma tistax tiġi mixlija f’Parti Kontraenti oħra għall-istess azzjonijiet sakemm, jekk tkun ġiet imposta penali, din tkun ġiet infurzata, tkun fil-fatt fil-proċess li tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi infurzata iżjed taħt il-liġijiet tal-Parti Kontraenti fejn tkun ingħatat is-sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Kroat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ħadd ma jista’ jiġi ġġudikat mill-ġdid jew ikun is-suġġett ta’ proċeduri kriminali fir-rigward ta’ att li fir-rigward tiegħu jkun diġà ġie lliberat jew ikkundannat b’deċiżjoni finali ta’ qorti mogħtija skont il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 246(1) u (2) tal-Kazneni zakon (il-Kodiċi Kriminali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kodiċi Kriminali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jistabbilixxi l-abbuż tal-fiduċja fit-tranżazzjonijiet kummerċjali bħala ksur kriminali ta’ natura ekonomika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fiż-żmien tal-fatti fil-kawża prinċipali, GR kien membru tal-bord tad-diretturi ta’ Skiper hoteli d.o.o. u ta’ Interco Umag d.o.o., Umag (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Interco<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li sussegwentement saret Inter Consulting. Huwa kellu wkoll il-kwalità ta’ soċju fi ħdan Rezidencjia Skiper d.o.o. u kellu ishma f’Alterius d.o.o. HS, min-naħa tiegħu, kien president tal-bord tad-diretturi ta’ Interco u kellu wkoll ishma f’Alterius, filwaqt li IT kien jagħmel stimi tal-valur ta’ proprjetajiet immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE>, iż-Županijsko državno odvjetništvo u Puli (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Kontea ta’ Pula, il-Kroazja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) adotta att ta’ akkuża kontra GR, HS, IT u Interco. Permezz ta’ dan l-att, huwa allega, minn naħa, li GR u Interco wettqu abbuż ta’ fiduċja fi tranżazzjonijiet kummerċjali, fis-sens tal-Artikolu 246(1) u (2) tal-Kodiċi Kriminali, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, u, min-naħa l-oħra, li HS u IT inkoraġġixxew u għenu rispettivament fit-twettiq ta’ dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-imsemmi att ta’ akkuża, kif riprodott fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jirriżulta li, bejn ix-xhur ta’ Diċembru 2004 u ta’ Ġunju 2006, GR u HS ħadmu sabiex Interco tixtri proprjetà immobbli li tinsab fuq diversi porzjonijiet ta’ art ġirien fil-komun ta’ Savudrija (il-Kroazja), post previst minn Skiper Hoteli sabiex twettaq proġett ta’ proprjetà immobbli ta’ akkomodazzjoni turistika. Sussegwentement, dawn l-istess persuni għamlu mod li Skiper Hoteli tixtri dawn il-proprjetajiet immobbli bi prezz nettament ogħla minn dak tas-suq, b’mod li Interco tibbenefika minn vantaġġ illegali għad-detriment ta’ Skiper Hoteli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istess att ta’ akkuża jindika li, bejn ix-xhur ta’ Novembru 2004 u ta’ Novembru 2005, GR u HS aġixxew ukoll bil-għan li GR u kumpanniji oħra rrappreżentati minn din tal-aħħar ibigħu lil Skiper Hoteli, bi prezz nettament ogħla minn dak li jikkorrispondi għall-valur reali tagħhom, l-ishma miżmuma minn GR u dawn il-kumpanniji l-oħra f’Alterius, peress li l-provvista ta’ assi inizjali ta’ din l-aħħar kumpannija kien magħmul minn proprjetajiet immobbli mibnija fuq porzjonijiet ta’ art ġirien li jinsabu fit-territorju tal-komun ta’ Savudrija. Għal dan il-għan, GR u HS għamlu, permezz ta’ Rezidencjia Skiper u bil-kompliċità ta’ IT, stima li kienet tissopravvaluta l-valur tal-proprjetajiet immobbli kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula ġie kkonfermat permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160505">5 ta’ Mejju 2016</DATE> tal-Awla Kriminali tal-qorti tar-rinviju, iż-Županijski sud u Puli (il-Qorti tal-Kontea ta’ Pula, il-Kroazja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Matul is-seduta preliminari quddiem il-qorti tar-rinviju, GR u HS talbu s-sospensjoni tal-proċeduri kriminali, minħabba li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jipprekludi l-proċeduri li huma s-suġġett tagħhom quddiem din il-qorti. F’dan ir-rigward, huma sostnew li huma kienu diġà ġew akkużati kriminalment għall-istess fatti fl-Awstrija u li din il-proċedura kriminali kienet ingħalqet permezz ta’ sentenza definittiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tindika li l-awtoritajiet kriminali Awstrijaċi kienu fil-fatt bdew proċeduri kontra żewġ ex membri tal-bord tad-diretturi ta’ Hypo Alpe Adria Bank International AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Hypo Alpe Adria Bank<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), stabbiliment bankarju fl-Awstrija, kif ukoll kontra GR u HS bħala kompliċi ta’ dawn iż-żewġ ex membri. Skont l-att ta’ akkuża stabbilit mill-iStaatsanwaltschaft Klagenfurt (il-Prosekutur ta’ Klagenfurt, l-Awstrija), ippreżentat quddiem il-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) fid-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>, l-imsemmija ex membri tal-bord tad-diretturi wettqu abbuż ta’ fiduċja, fis-sens tal-iStrafgesetzbuch (il-Kodiċi Kriminali), billi approvaw, bejn ix-xhur ta’ Settembru 2002 u ta’ Lulju 2005, l-għoti ta’ krediti lil Rezidencjia Skiper u lil Skiper Hoteli, għall-ammont totali ta’ EUR 105 miljun, mingħajr ma osservaw ir-rekwiżiti relatati mal-provvista ta’ fondi proprji adegwati u mal-kontroll tal-użu ta’ dawn il-fondi u lanqas ma ħadu inkunsiderazzjoni, minn naħa, l-assenza ta’ dokumentazzjoni relatata mal-konkretizzazzjoni tal-proġetti li tiġġustifika l-għoti ta’ dawn il-krediti u, min-naħa l-oħra, tal-insuffiċjenza ta’ garanzija ta’ ħlas kif ukoll tal-kapaċità ta’ rimbors tal-kumpanniji kkonċernati. Barra minn hekk, GR u HS ġew akkużati li, billi talbu l-għoti tal-imsemmija krediti, inkoraġġixxew lill-istess ex membri sabiex iwettqu l-ksur allegat jew li kkontribwixxew għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara talba ta’ HS, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt ikkonferma wkoll, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> indirizzata lill-avukati tiegħu, li, fir-rigward tal-proċeduri mibdija kontra GR u HS, l-att ta’ akkuża li huwa kien stabbilixxa kien ikopri wkoll il-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli lil Skiper Hoteli b’Alterius bħala intermedjarja għal prezz eċċessivament għoli kif ukoll il-ħlas dubjuż tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija), mogħtija fit-<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE>, iż-żewġ ex membri tal-bord tad-diretturi ta’ Hypo Alpe Adria Bank ġew parzjalment irrikonoxxuti ħatja tal-fatti li kienu akkużati bihom u ġew ikkundannati talli approvaw wieħed mill-krediti mogħtija lil Skiper Hoteli, għal ammont ta’ iktar minn EUR 70 miljun. Min-naħa l-oħra, GR u HS ġew illiberati għal dak li jikkonċerna l-akkuża li kienu inkoraġġixxew jew ikkontribwixxew rispettivament għat-twettiq tar-reati kriminali allegati li huma akkużati bihom l-ex membri tal-bord tad-diretturi ta’ Hypo Alpe Adria Bank. Din is-sentenza saret definittiva wara ċ-ċaħda, fl-<DATE ISO="20190304">4 ta’ Marzu 2019</DATE>, tal-appell ippreżentat kontra tagħha quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula, ukoll adit b’reati kriminali oħra marbuta ma’ Hypo Alpe Adria Bank, diversi drabi matul is-sena 2014 talab lill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt jivverifika jekk dan tal-aħħar kienx qiegħed imexxi fl-Awstrija proċedura parallela għal dik mibdija fil-Kroazja. Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-prosekutur ta’ Klagenfurt, identika, essenzjalment, għal dik sussegwentement esposta fid-dispożittiv tal-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt imsemmi fil-punt 14 ta’ dan id-digriet, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula qies li l-fatti eżaminati mill-prosekutur ta’ Klagenfurt u mil-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt) ma kinux legalment rilevanti għall-finijiet tal-karatterizzazzjoni tar-reat kriminali li huwa s-suġġett tal-proċedura kriminali fil-kawża prinċipali, ma kellhomx rabta mal-fatti deskritti fl-att ta’ akkuża tiegħu tat-<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE> u għalhekk ma kellhomx jiġu kkunsidrati li diġà ġew deċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi ż-Županijski sud u Puli (il-Qorti tal-Kontea ta’ Pula) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ksur tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jikkonċerna biss il-fatti deċiżivi indikati fid-dispożittiv tal-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula tat-<DATE ISO="20150928">28 ta’ Settembru 2015</DATE> meta mqabbla mal-fatti deċiżivi msemmija fid-dispożittiv tal-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt tad-<?PAGE NO="5"?><DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE> u fid-dispożittiv tas-sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt) tat-<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE>, ikkonfermata bis-sentenza tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) tal-<DATE ISO="20190304">4 ta’ Marzu 2019</DATE>, jew tali ksur jikkonċerna wkoll konstatazzjoni oħra relatata:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>mal-fatti esposti fil-motivi tas-sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt) tat-<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE>, ikkonfermata bis-sentenza tal-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema);</P></ITEM><ITEM><P>mal-fatti li kienu jirrigwardaw il-proċedura ta’ investigazzjoni mmexxija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt kontra diversi persuni, b’mod partikolari kontra GR u HS, u li sussegwentement tħallew barra fl-att ta’ akkuża tal-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt tat-<DATE ISO="20150109">9 ta’ Jannar 2015</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta talba għal deċiżjoni preliminari tkun manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali li bis-saħħa tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-qrati nazzjonali l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li dawn jeħtieġu sabiex isolvu t-tilwima li jkunu mitluba jiddeċiedu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tingħata, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Kancelaria Medius</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑495/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:431">EU:C:2020:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika n-natura eżatta tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq domanda magħmula minn qorti nazzjonali biss meta jkun jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mitluba bl-ebda mod ma hija relatata mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Kancelaria Medius</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑495/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:431">EU:C:2020:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li d-deċiżjoni tar-rinviju sservi ta’ bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali tispjega, f’din id-deċiżjoni, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali u tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija titlob l-interpretazzjoni tagħhom, kif ukoll ir-rabta li din tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>C.F. (Contrôle fiscal)</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑430/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:429">EU:C:2020:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti kumulattivi li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jinsabu b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura, li l-qorti tar-rinviju hija meqjusa li taf dwarhom u li hija obbligata tosserva bir-reqqa (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>UNESA <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/18 sa C‑83/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:934">EU:C:2019:934</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Dawn ir-rekwiżiti jidhru wkoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-qrati nazzjonali dwar il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ talbiet għal deċiżjonijiet preliminari (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="380" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 380, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-informazzjoni fid-deċiżjonijiet tar-rinviju ma tippermettix biss lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposti utli, iżda tagħti wkoll il-possibbiltà lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lil partijiet interessati oħra li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiżgura li din il-possibbiltà tiġi protetta, fid-dawl tal-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, huma biss id-deċiżjonijiet tar-rinviju li jiġu nnotifikati lill-partijiet ikkonċernati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Asociación Profesional Elite Taxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑434/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:981">EU:C:2017:981</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>MC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑827/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:416">EU:C:2019:416</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tissodisfax, b’mod manifest, ir-rekwiżiti mfakkra fil-punti 24 u 25 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 54 tal-KIFS għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> jinkisirx minħabba identiċità tal-fatti materjali fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija f’żewġ Stati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-proċeduri kriminali għadhom pendenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-fatti msemmija fl-att ta’ akkuża stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor kif ukoll fid-dispożittiv tas-sentenza definittiva li ngħatat fih, iżda wkoll dawk imsemmija fil-motivi ta’ dik is-sentenza u dawk li kienet tirrigwarda l-proċedura ta’ investigazzjoni iżda li ma ssemmewx fl-att ta’ akkuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li l-kriterju rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 54 tal-KIFS japplikax huwa dak tal-identiċità tal-fatti materjali, inkluż fis-sens li l-fatti materjali li fuqhom huma bbażati l-proċeduri kriminali mibdija fiż-żewġ Stati Membri kkonċernati għandhom jikkostitwixxu ġabra ta’ azzjonijiet inseparabbilment marbuta fiż-żmien, fl-ispazju kif ukoll mill-iskop tagħhom (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Kraaijenbrink</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:444">EU:C:2007:444</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħti risposta utli għad-domanda magħmula, huwa neċessarju li ċ-ċirkustanzi fattwali li fuqhom huma bbażati l-proċeduri kriminali mibdija fil-Kroazja u fl-Awstrija rispettivament kif ukoll ir-raġunijiet li għalihom il-qorti tar-rinviju jista’ jkollha tqis li dawn iċ-ċirkustanzi huma marbuta b’mod indissoċjabbli bejniethom ikunu esposti b’livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni suffiċjenti fit-talba għal deċiżjoni preliminari, u dan bla ħsara għall-fatt li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt preċedenti, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja iżda l-qorti tar-rinviju biss li għandha tiddetermina jekk hemmx jew le identiċità tal-fatti materjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, minn naħa, il-qorti tar-rinviju tonqos milli tindika, anki jekk b’mod sommarju iżda preċiż, ir-rabta li tgħaqqad il-fatti eżaminati fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri kriminali rispettivi, il-fatti msemmija fil-motivi tas-sentenza definittiva mogħtija fit-<DATE ISO="20161103">3 ta’ Novembru 2016</DATE> mil-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt), il-fatti li kienu ġew eżaminati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Klagenfurt iżda li ma kinux ġew formalment miżmuma fl-att ta’ akkuża stabbilit minn dan tal-aħħar kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Pula kien investiga dwar ksur marbut ma’ dak li kien diġà s-suġġett ta’ proċedura kriminali fl-Awstrija. Min-naħa l-oħra, dik il-qorti sempliċement tirriproduċi l-kontenut tal-atti ta’ akkuża stabbiliti minn dawn iż-żewġ Uffiċċji tal-Prosekutur nazzjonali kif ukoll id-dispożittiv tas-sentenza tal-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt), mingħajr ma tispjega l-fatti b’mod li tagħti stampa sħiħa loġika u<?PAGE NO="7"?> komprensibbli. Minn dan jirriżulta li l-qorti tar-rinviju ma esponietx b’livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni suffiċjenti l-fatti rilevanti kollha jew l-informazzjoni fattwali li fuqhom hija bbażata d-domanda u għalhekk ma ssodisfatx ir-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, billi kkuntentat ruħha li tirriproduċi fil-qosor l-allegazzjonijiet ta’ GR u ta’ HS ibbażati fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> mingħajr ma tispjega, fir-rigward tad-dokumenti invokati minn dawn l-istess persuni, sa fejn jista’ eventwalment jiġi konkluż li l-fatti materjali huma identiċi u billi naqset, barra minn hekk, milli tispjega l-kontenut tad-domanda magħmula, kemm fid-dritt kif ukoll fir-rigward tal-fatti rilevanti, kif ukoll id-dubji li hija kellha fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT> b’rabta mal-kriterju tal-identiċità tal-fatti u, skont il-każ, mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam, il-qorti tar-rinviju naqset milli tispjega b’livell ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni suffiċjenti r-raġunijiet li wassluha sabiex tagħmel din id-domanda u, għaldaqstant, ma ssodisfatx ir-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 94(c) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi deċiż, li skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-qorti tar-rinviju għandha d-dritt li tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari ġdida meta tkun f’pożizzjoni li tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi kollha li jippermettulha tiddeċiedi dwar id-domanda magħmula (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Trapeza Peiraios</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/19</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:452">EU:C:2019:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Jadransko osiguranje</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑651/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:613">EU:C:2019:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari magħmula miż-Županijski sud u Puli (il-Qorti tal-Kontea ta’ Pula, il-Kroazja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20200217">17 ta’ Frar 2020</DATE>, hija manifestament inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>