Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0062 - 0063
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/241/KE tas-26 ta' Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/391/KE tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-kwestjonarju li għandu x'jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (l-IPPC) (l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2h (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/391/KE) fl-Anness XX mal-Ftehim: "kif emendata bi: - 32003 D 0241: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/241/KE tas-26 ta' Marzu 2003 (ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 17)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/241/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103 tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29. [2] ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 17. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------