02010D0625 — MT — 17.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Ottubru 2010 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7084) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 277 21.10.2010, p. 27) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 344 |
83 |
17.12.2016 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Ottubru 2010
skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali f’Andorra
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7084)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/625/UE)
Artikolu 1
Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, Andorra hija meqjusa li tipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni għal dejta personali trasferita mill-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-adegwatezza ta’ protezzjoni pprovduta f’Andorra bil-għan li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva li jappartjenu għall-ipproċessar tad-dejta personali fi ħdan l-Istati Membri.
Artikolu 3
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE li twassal għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn l-Andorra sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku ta' Andorra li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk l-Andorra tkompli tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-istandard ta' protezzjoni f'Andorra tonqos milli tiżgura t-tali konformità.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi ta' Andorra responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra tali interferenzi.
4. Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' Andorra u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi limitat l-iskop tagħha.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kull konklużjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni f’Andorra hija adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kull evidenza li din id-Deċiżjoni qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiġin sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni sal-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.