|
4.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 34/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 102/2009
tat-3 ta’ Frar 2009
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-għalf (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skont id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-addittiv imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament tressqet qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Il-kummenti tal-bidu dwar din l-applikazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-applikazzjoni għalhekk se tibqa’ titqies skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium NCIMB 10415 kien awtorizzat proviżorjament għall-klieb u l-qtates mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (3). Dan kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għall-għoġġiela mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 (4), għat-tiġieġ għat-tismin u l-ħnieżer għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 943/2005 (5), għaż-żrigħ mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (6) u għall-ħnienes mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 252/2006 (7). |
|
(6) |
Tressqet informazzjoni ġdida b'appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu għall-klieb u l-qtates. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Mikroorganiżmi” kif speċifikat fl-Anness, hija awtorizzata għall-użu mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf tal-annimali taħt il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1
(2) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 192.
(4) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 50.
(5) ĠU L 159, 22.6.2005, p. 6. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 397.
(6) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 217.
(7) ĠU L 44, 15.2.2006, p. 3. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 177.
ANNESS
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||
|
Mikroorganiżmi |
||||||||
|
E 1705 |
Enterococcus faecium NCIMB 10415 |
Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li fiha minimu ta' forma ta' microencapsulated: 5 × 109 CFU/g |
Klieb |
— |
4,5 × 106 |
2,0 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting. |
Mingħajr limitu ta' żmien |
|
Qtates |
5,0 × 106 |
8,0 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura għall-ħżin, il-perjodu tal-ħżin, u l-istabbilità għall-pelleting. |
|||||