|
20.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 372/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1836
tal-15 ta’ Ottubru 2021
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li temenda il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020. |
|
(2) |
L-Artikolu 164(5)(d) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dan il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit, u l-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw dawk id-deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali bħal-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(3) |
Minħabba nuqqas, deċiżjoni waħda u rakkomandazzjoni waħda tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali ma ġewx elenkati fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Erba’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjoni waħda oħra ġew adottati qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni. Għaldaqstant jenħtieġ li dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiżdiedu ma’ dak l-anness. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-Kumitat Konġunt jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 164(5)(d) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ biex jiġu indirizzati dawk l-ommissjonijiet u nuqqasijiet. |
|
(5) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, dwar deċiżjoni li għandha tittieħed f’konformità mal-Artikolu 164(5)(d) tiegħu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. CIGLER KRALJ
ABBOZZ
DEĊIŻJONI NRU …/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM DWAR IL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ MILL-UNJONI EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
ta’...
li temenda l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 164(5)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt (d) tal-Artikolu 164(5) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (“il-Kumitat Konġunt”) li jadotta deċiżjonijiet li jemendaw lil dak il-Ftehim, dment li tali emendi jkunu meħtieġa biex jikkoreġu żbalji, biex jindirizzaw ommissjonijiet jew nuqqasijiet oħrajn, jew biex jindirizzaw sitwazzjonijiet li ma kinux previsti meta ġie ffirmat il-Ftehim, u dment li tali deċiżjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali ta’ dak il-Ftehim. Skont l-Artikolu 166(2) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Konġunt huma vinkolanti għall-Unjoni u għar-Renju Unit. L-Unjoni u r-Renju Unit iridu jimplimentaw it-tali deċiżjonijiet, li għandu jkollhom l-istess effett legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. |
|
(2) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tiġi emendata billi jiżdiedu ħames deċiżjonijiet u żewġ rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li ma kinux elenkati qabel fiha u billi jiġu spstitwiti żewġ deċiżjonijiet. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni Nru A1 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-ħruġ tal-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tiżdied taħt “Leġiżlazzjoni applikabbli (serje A)”; |
|
(2) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. E6 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar id-determinazzjoni ta’ meta messaġġ elettroniku jitqies li legalment wasal fis-sistema tal-Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (Electronic Exchange of Social Security Information, EESSI) (3) tiżdied taħt “Skambju Elettroniku tad-Data (serje E)”; |
|
(3) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H9 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (4) tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”; |
|
(4) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H10 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar il-metodi ta’ ħidma u l-kompożizzjoni tal-Kummissjoni Teknika għall-Ipproċessar tad-Data tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali (5) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet Orizzontali (serje H); |
|
(5) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni Nru. H11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (6) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”; |
|
(6) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Rakkomandazzjoni Nru. H2 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali dwar l-inklużjoni ta’ karatteristiċi ta’ awtentikazzjoni f’Dokumenti Portabbli maħruġa mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru u li turi l-pożizzjoni ta’ persuna għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tiżdied taħt “Kwistjonijiet orizzontali (serje H)”; |
|
(7) |
Fil-Parti I tal-Anness I tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, id-Deċiżjoni S11 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali rigward il-proċeduri ta’ rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (8) għandha tiżdied taħt “Mard (serje S)”; |
|
(8) |
Fil-Parti I tal-Anness I għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandhom jitneħħew l-atti li ġejjin u jiġu sostitwiti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi ….,
Għall-Kumitat Konġunt
Il-Kopresidenti
(2) ĠU C 183, 29.5.2018, p. 5.
(3) ĠU C 355, 4.10.2018, p. 5.
(7) ĠU C 147, 29.4.2019, p. 6.
(8) ĠU C 236, 18.6.2021, p. 4.
(9) ĠU C 263, 20.7.2016, p. 3.
(10) ĠU C 89, 16.3.2021, p. 6.