|
17.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 15/2 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u/jew l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tagħhom
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 15/02)
Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni
|
Ir-referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Id-data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
In-numri tal-awtorizzazzjoni |
L-użi awtorizzati |
Id-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2018) 14 |
l-10 ta’ Jannar 2018 |
1,2-dikloroetan Nru tal-KE 203-458-1 Nru tal-CAS 107-06-2 |
BASF SE, Carl-Bosch-Str. 38, 67056 Ludwigshafen am Rhein, Rheinland-Pfalz, il-Ġermanja |
REACH/17/34/0 |
L-użu industrijali bħala solvent u bħala soluzzjoni għall-kristallizzazzjoni fis-sinteżi tas-sustanza attiva bentażon għall-protezzjoni tal-pjanti (Nru tal-KE 246-585-8 u Nru tal-CAS 25057-89) |
It-22 ta’ Novembru 2029 |
Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa li hija teknoloġikament jew ekonomikament fattibbli li jista’ juża l-applikant qabel id-data tat-terminazzjoni |
|
REACH/17/34/1 |
L-użu industrijali bħala solvent u bħala soluzzjoni għall-kristallizzazzjoni fis-sinteżi tas-sustanza attiva bijoċidali flokumafen (Nru tal-KE: 421-960-0 u Nru tal-CAS 90035-08-8) |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
(2) Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm