15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta’ Frar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 37da (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim:

“, kif emendat permezz ta':

—

32011 D 0107: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/107/UE tal-10 ta’ Frar 2011 (ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2011/107/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 85.

(2)   ĠU L 43, 17.2.2011, p. 33.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.