Official Journal L 279 , 02/10/1987 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0148
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 24 P. 0148
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 1987 li temenda d-Direttiva 80/215/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti tal-laħam (87/491/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]; Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 80/215/KEE [4], kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [5], jiddefinixxi t-tipi ta’ kura li x’aktarx jeqirdu l-aġenti responsabbli għall-mard tal-bhejjem fil-prodotti tal-laħam bil-ħsieb li jiġi permess kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti bħal dawn taħt ċerti kondizzjonijiet; Billi l-esperjenza miksuba kif ukoll l-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u fit-teknoloġija tal-laħam jgħinu sabiex issir kura ġdida li tipprovdi l-garanziji meħtieġa li jridu jintużaw; Billi l-Kumitat Veterinarju Xjentifiku ħareġ b’opinjoni favorevoli rigward l-użu tal-kura ġdida għall-ipproċessar ta’ prodotti tal-laħam tal-majjal fl-Istati Membri li fihom id-deni tal-majjal Afrikan ikun prevalenti; Billi l-inklużjoni ta’ din il-kura fost l-oħrajn diġà preskritti għandha tiffaċilita l-moviment ħieles fil-Komunità, li għandu jżid il-valur tal-produzzjoni waqt li jevita r-riskju li jixxerred il-mard; Billi fil-preżent hemm xi ftit ta’ l-inċertezza dwar liema disposizzjonijiet tat-Trattat jistgħu jservu bħala bażi għall-adozzjoni tal-miżuri in kwistjoni, partikolarment sa ma tingħata s-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ Nru 68/86; billi, eċċezzjonalment, l-unika bażi legali għalhekk, għandha tkun, għalissa, it-Trattat innifsu, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Artikolu 3 tad-Direttiva 80/215/KEE qiegħed b’hekk jiġi emendat kif ġej: (a) Fl-ewwel inċiż, "l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE" qiegħed jinbidel bi "l-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/433/KEE". (b) fit-tieni inċiż, "(a)" qed titħassar. Artikolu 2 L-Artikolu 4 tad-Direttiva 80/215/KEE qiegħed b’hekk jiġi emendat kif ġej: 1. Il-paragrafu 1 qiegħed jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-kliem introduttorju, ‘l-Artikolu 1 tad-Direttiva 64/433/KEE’ qed jinbidel bi ‘l-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/433/KEE’. (b) il-Punt (a) qed jinbidel b’dan li ġej: "(a) l-ipproċessar permezz tas-sħana sar: (i) jew f’kontenitur ermetikament issiġillat, b’valur Fc ta’ 3,00 jew aktar; (ii) jew taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin - sakemm il-prodotti kkonċernati jiġu pproċessati esklużivament minn jew bil-laħam tal-majjal minn irziezet jew, fil-każ ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7a (1), minn żoni li ma jkunux soġġetti għal ordnijiet ta’ projbizzjoni fuq il-bażi tal-politika sanitarja, wara li tiġi stabbilita l-eżistenza tad-deni tal-majjal Afrikan: - il-laħam irid ikun tneħħielu l-għadam kollu u l-glandoli limfatiċi prinċipali, - il-biċċa laħam li għandha tiġi pproċessata ma tridx tkun tiżen aktar minn ħames kilogrammi, - qabel ma tissaħħan, kull biċċa laħam kif imsemmi hawn fuq trid tingħalaq ermetikament f’kontenitur issiġillat biex tinbiegħ fih, - il-laħam fil-kontenitur tiegħu jrid jgħaddi minn proċess ta’ tisħin b’konformità stretta mal-kondizzjonijiet li ġejjin: - il-prodott għandu jinżamm f’temperatura ta’ mill-anqas 60 °Ċ għal perjodu minimu ta’ erba’ sigħat li matulu t-temperatura tkun għall-anqas ta’ 70 °Ċ għal perjodu minimu ta’ 30 minuta, - it-temperatura ta’ għadd rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ kull lott ta’ prodotti trid tiġi mmonitorjata l-ħin kollu. Il-monitoraġġ għandu jsir permezz ta’ apparat awtomatiku li jippermetti li t-temperatura tiġi rrekordjata kemm fiċ-ċentru tal-bċejjeċ li jkunu ta’ piż kemmxejn akbar kif ukoll ġot-tagħmir tat-tisħin, - matul dawn l-operazzjonijiet, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 5a tad-Direttiva 72/461/KEE, kif emendata mid-Direttiva 80/213/KEE [7] ĠU L 47, 21.2.1980, p. 1., għandhom jiġu mħarsa, - wara l-ipproċessar, marka sanitarja pubblika għandha titpoġġa fuq kull wieħed mill-kontenituri msemmija fit-tielet u r-raba’ inċiżi, skond il-punti 31, 32 u 33 tal-Kapitolu VII ta’ l-Anness A mad-Direttiva 77/99/KEE, - L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-ipproċessar previst taħt dan il-punt għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta’ l-istabbilimenti li jkunu jippossjedu t-tagħmir meħtieġ sabiex jiġi żgurat li t-temperaturi preskritti hawn fuq jiġu mħarsa. Fil-każ ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 7a (2), l-ipproċessar jista’ jintuża għal laħam minn żoni soġġetti għal ordni ta’ projbizzjoni wara li jinsab id-deni tal-majjal Afrikan biss wara li tkun ittieħdet deċiżjoni skond l-Artikolu 7b (2)." (ċ) F’ (b), - is-suddiviżjoni (i) qed tinbidel b’dan li ġej: - "(i) l-ipproċessar permezz ta’ tisħin ta’ tipi differenti minn dawk imsemmija f’(a), li fihom it-temperatura ċentrali tittalla’ sa mill-inqas 70 °ċ.", - is-subparagrafu li ġej qed jiżdied mas-suddiviżjoni (ii): "Madankollu, jekk il-marda in kwistjoni tkun il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, dan l-ipproċessar jista’ jiġi applikat għall-perżut ta’ l-għadma li jkun jikkonforma mal-kondizzjonijiet l-oħra previsti fl-ewwel subparagrafu." (d) Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied: "Il-prodotti msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu pproċessati biss taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali u jridu jiġu protetti minn kull kontaminazzjoni jew kontaminazzjoni mill-ġdid." 2. Fil-paragrafu 2: - Is-suddiviżjoni li ġejja għandha tiżdied taħt (a): - "(iii) fejn, bħala riżultat ta’ l-iskoperta jew l-eżistenza kontinwa ta’ deni tal-majjal Afrikan, Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-ipproċessar deskritt fil-paragrafu 1 (a) (ii), dan għandu jiżgura li laħam tal-majjal frisk jiġi mmarkat bit-timbru kif previst fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 72/461/KEE." - Il-Punt (b) qed jinbidel b’dan li ġej: - "(b) iċ-ċertifikat tas-saħħa speċifikat fl-Anness A, Kapitolu VIII, mad-Direttiva 77/99/KEE fih, mingħajr preġudizzju għan-nota fil-qiegħ tal-paġna 3 ta’ dak iċ-ċertifikat, il-kliem li ġej taħt l-intestatura ‘In-natura tal-prodotti’: ‘Ġie ttrattat skond l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 80/215/KEE’ jew ‘Ġie ttrattat skond l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 80/215/KEE.". Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1988, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjoniiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih. Artikolu 4 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Settembru 1987. F’isem il-Kunsill Il-President L. Toernaes [1] ĠU C 55, 3.3.1987, p. 10. [2] ĠU C 156, 15.6.1987, p. 183. [3] ĠU C 68, 16.3.1987, p. 2. [4] ĠU L 47, 21.2.1980, p. 4. [5] ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8. --------------------------------------------------