26.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Ottubru 2007

li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5170)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/689/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tal-Kapitolu 4 tat-Taqsima B ta’ l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) jistipulaw ċerti rekwiżiti strutturali għal stabbilimenti li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn ir-Regolamenti.

(2)

L-Anness VI, Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafi (a) u (ċ) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jistipulaw li ċerti rekwiżiti strutturali stipulati f’dawn ir-Regolamenti m’għandhomx japplikaw għall-istabbilimenti fil-Bulgarija mniżżla fil-Kapitoli I u II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009, taħt ċerti kundizzjonijiet.

(3)

Il-Kapitolu I ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw mingħajr separazzjoni ħalib konformi u ħalib mhux konformi filwaqt li l-Kapitolu II ta’ dan l-Appendiċi jelenka stabbilimenti konformi awtorizzati li jirċievu u jipproċessaw b’mod separat ħalib konformi u ħalib mhux konformi.

(4)

Dawn il-listi ta’ stabbilimenti ġew emendati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE tat-22 ta’ Diċembru li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti ta’ ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (3).

(5)

Il-Bulgarija issa rrivediet is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib u vvalutat mill-ġdid l-istabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I u fil-Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI.

(6)

Skond din l-evalwazzjoni l-istabbilimenti elenkati fil-Kapitolu I mhumiex konformi mar-rekwiżiti strutturali tar-Regolament (KE) 852/2004. Għalhekk dawn l-istabbilimenti għandhom jitħassru mil-lista fil-Kapitolu I. Ħdax-il stabbiliment biss li m’għandhomx diffikultajiet prattiċi fit-trattament xieraq ta’ żewġ linji ta’ produzzjoni separati għandhom jibqgħu fil-lista fil-Kapitolu II.

(7)

Għaċ-ċarezza tal-leġislazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li l-listi ta’ stabbilimenti li jinsabu fil-Kapitoli I u II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jinbidlu bil-listi li jinsabu fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.


ANNESS

“Appendiċi għall-Anness VI

KAPITOLU I

Lista ta’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib li jipproċessaw ħalib mhux konformi msemmija fil-Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafu (a), ta’ l-Anness VI

KAPITOLU II

Lista ta’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar – kemm ta’ ħalib konformi kif ukoll ta’ ħalib mhux konformi msemmija fil-Kapitolu 4, Taqsima B, paragrafi (a) u (ċ), ta’ l-Anness VI

Nru

Nru Vet.

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Sit tal-bini ikkonċernat

Reġjun ta’ Veliko Tarnovo — Nru 4

1.

BG 0412010

‘Bi Si Si Handel’ OOD

gr. Elena

ul. ‘Treti mart’ 19

Reġjun ta’ Vidin — Nru 5

2.

BG 0512025

‘El Bi Bulgarikum’ EAD

gr.Vidin

YUPZ

Reġjun ta’ Vratsa — Nru 6

3.

BG 0612027

‘Mlechen ray - 99’ EOOD

gr.Vratsa

4.

BG 0612043

ET ‘Zorov-91-Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

Reġjun ta’ Plovdiv — Nru 16

5.

BG 1612001

‘OMK’ AD

gr. Plovdiv

bul. ‘Dunav’ 3

6.

BG 1612011

‘Em Dzhey Deriz’ EOOD

gr.Karlovo

bul. ‘Osvobozhdenie’ 69

Reġjun ta’ Silistra — Nru 19

7.

BG 1912013

‘ZHOSI’ OOD

s. Chernolik

Reġjun ta’ Sliven — Nru 20

8.

BG 2012020

‘Yotovi’ OOD

gr. Sliven

kv. ‘Rechitsa’

Reġjun ta’ Targovishte — Nru 25

9.

BG 2512020

‘Mizia-Milk’ OOD

gr.Targovishte

Industrialna zona

Reġjun ta’ Haskovo — Nru 26

10.

BG 2612047

‘Balgarsko sirene’ OOD

gr.Haskovo

bul. ‘Saedinenie’ 94

Reġjun ta’ Shumen — No 27

11.

BG 2712014

‘Stars kampani’ OOD

gr.Shumen

ul. ‘Trakiyska’ 3”