|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4356 |
30.7.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1575 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1576 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
(C/2025/4356)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1575 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1576 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti.
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2025/1576, jeħtieġ li l-entitajiet iridu jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.
L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2022/2309, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni 2025/1576.
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135.
(2) ĠU L, 2025/1575, 29.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1575/oj.
(3) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.
(4) ĠU L, 2025/1576, 29.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1576/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4356/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)