European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4347

31.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Case M.12057 – BROSE SITECH / PROSEAT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4347)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brose Sitech Sp. z o.o. (“Brose Sitech”, il-Polonja), taħt il-kontroll aħħari ta’ Brose SE (“Brose Group”, il-Ġermanja),

—

In-negozju tal-fowm, tal-finitura u tal-komponenti ħfief Proseat (“Proseat”), li jikkonsisti minn (i) Proseat Verwaltung GmbH, il-Ġermanja, (ii) Proseat GmbH & Co. KG, il-Ġermanja, u s-sussidjarja tagħha, (iii) Proseat Mladá Boleslav s.r.o., ir-Repubblika Ċeka, (iv) Proseat Sp. z o.o, il-Polonja, u (v) Proseat Foam Manufacturing S.L.U., Spanja, li bħalissa kollha huma taħt il-kontroll aħħari ta’ Sekisui Kasei Co. Ltd. (il-Ġappun).

Brose Sitech se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Proseat kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Brose Sitech hija fornitur ta’ sits sħaħ għall-industrija tal-karozzi. Brose group jissupplixxi diversi komponenti u sistemi tal-karozzi,

—

Proseat huwa fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ fowm iffurmat, u komponenti interni u ħfief għall-industrija tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12057 — BROSE SITECH / PROSEAT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4347/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)