|
13.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1009
tal-10 ta’ Lulju 2020
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 u (UE) Nru 809/2014 fir-rigward ta’ ċerti miżuri li jindirizzaw il-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 12, l-Artikolu 67 u l-Artikolu 75(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (3) jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ emendi fil-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni. Biex tiżdied il-flessibbiltà għall-Istati Membri ħalli jużaw il-programmi tal-iżvilupp rurali b’reazzjoni għall-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (“il-kriżi tal-COVID-19”), jenħtieġ li l-għadd massimu ta’ emendi msemmija f’dak l-Artikolu ma jkunx japplika għall-proposti li jemendaw il-programmi tal-iżvilupp rurali magħmula b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19, li jinkludu wkoll elementi mhux relatati mal-kriżi, diment li dawn il-proposti jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
|
(2) |
L-użu tal-appoġġ tal-FAEŻR għal operazzjonijiet li jtaffu l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-azzjonijiet tal-irkupru jista’ jfisser li objettivi u miri oħra tal-programmi tal-iżvilupp rurali jaf ma jintlaħqux kif ippjanat. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan l-appoġġ jiġi monitorjat fil-livell tal-Unjoni biex ikun jista’ jispjega u jiġġustifika l-użu tal-finanzjament tal-FAEŻR għal dawk il-finijiet. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Ir-Regolament (UE) 2020/872 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) emenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 billi introduċa miżura għal appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 fl-Artikolu 39b ġdid. Għalhekk, jenħtieġ jiġu emendati r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 biex jipprovdu għal kodiċi ta’ miżura u l-indikatur tal-output xieraq għall-miżura l-ġdida. |
|
(4) |
Jenħtieġ jiġi emendat ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (5) li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità, biex jinkludi l-miżura l-ġdida għal appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu IV li japplikaw għall-miżuri tal-iżvilupp rurali mhux relatati mal-erja u mhux relatati mal-annimali. |
|
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 u (UE) Nru 809/2014 jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Minħabba l-urġenza relatata mal-kriżi tal-COVID-19, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Għal tipi ta’ operazzjonijiet meta tiġi identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-fokus tal-oqsma msemmija fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għat-tipi ta’ operazzjonijiet meta tiġi identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jew għal tipi ta’ operazzjonijiet li jappoġġaw il-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-azzjonijiet ta’ rkupru, ir-reġistrazzjoni elettronika tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandha tinkludi marka/i biex jiġu identifikati dawk il-każijiet meta l-operazzjoni għandha komponent li jikkontribwixxi għal wieħed jew aktar minn dawk l-oqsma ta’ fokus jew l-għanijiet.”; |
|
(3) |
l-Anness I huwa emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
l-Anness VII huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emenda fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014
L-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 809/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 46
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan it-Titolu għandu japplika għan-nefqa pubblika mġarrba fil-kuntest tal-miżuri previsti fl-Artikoli 14 sa 20, fl-Artikolu 21(1) għajr għall-primjum annwali skont il-punti (a) u (b), fl-Artikolu 27, fl-Artikolu 28(9), fl-Artikoli 35 u 36, fl-Artikolu 39b u fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 36(a)(vi), (b)(ii), (vi) u (vii), fl-Artikolu 36(b)(i) u (iii) fejn tidħol l-ispiża tal-istabbiliment, u fl-Artikoli 52 u 63 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/872 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta’ miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR) b’rispons għat-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 204, 26.6.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
ANNESS I
Fit-Tabella, fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 808/2014, tiżdied ir-ringiela li ġejja:
|
“L-Artikolu 39b tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 |
21 |
appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 |
21” |
ANNESS II
Fit-Tabella, fil-punt 3 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 808/2014, ir-ringiela dwar l-indikatur tal-output O.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“O.4 |
Għadd ta’ azjendi/benefiċjarji appoġġati |
3 (l-Artikolu 16), 4.1 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6 (l-Artikolu 19), 8.1 sa 8.4 (l-Artikolu 21), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 14 (l-Artikolu 33), 17.1 (l-Artikolu 36), 21 (l-Artikolu 39b) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)” |
ANNESS III
Fil-punt 1(b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 808/2014, l-entrata dwar “Tabella C” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“— |
Tabella C: Tqassim għall-outputs u l-miżuri rilevanti skont it-tip ta’ żona, il-ġeneru u/jew l-età, skont l-operazzjoni għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u skont l-operazzjoni u t-tip ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet li jappoġġaw il-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-azzjonijiet ta’ rkupru” |