31970R1471



Official Journal L 164 , 27/07/1970 P. 0041 - 0041
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0051
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0437
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0051
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0502
Greek special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0119
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 1 P. 0077
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 1 P. 0077


Ir-Regolament (KEE) Nru 1471/70 tal-Kunsill

ta' l- 20 ta' Lulju 1970

li jistabbilixxi proċedura komuni għaż-żieda awtonoma ta' importazzjonijiet għall-Komunità jew ta' prodotti soġġetti għal miżuri ta' kontroll volontarju minn pajjiżi esportaturi

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi ċerti pajjiżi terzi jagħtu lill-Komunità impenji biex ikun applikat kontroll volontarju fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti;

Billi jista' madankollu ikun meħtieġ li jkun hemm żieda awtonoma ta' importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' dawn il-prodotti;

Billi għandha tkun stabbilita proċedura komuni għal dan il-għan;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Billi ftehim konkluż bejn il-Komunità u pajjiż terz jipprovdi għall-applikazzjoni ta' kontroll volontarju fuq l-esportazzjonijiet minn dak il-pajjiż lill-Komunità, u meta l-Komunità tiddeċiedi li tipproponi jew taċċetta li dak il-pajjiż terz għandu jżid l-esportazzjonijiet tiegħu lill-Komunità tal-prodott partikolari, id-deċiżjoni mill-Komunità għandha tittieħed skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1023/70 [1] tal-25 ta' Mejju 1970 li jistabbilixxi proċedura komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti kwantitattivi, wara li jkun ikkunsidrat debitament:

(a) il-ħtiġiet ta' politika ekonomika u kummerċjali, kemm jekk awtonoma jew konvenzjonali;

(b) is-sitwazzjoni tas-suq fil-Komunità għall-prodott in kwistjoni;

(ċ) il-fatt li huwa mixtieq li jkun evitat li l-ksib ta' l-għan imfittex fil-konklużjoni ta' ftehim ma' pajjiż terz jkun fil-perikolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għan-notifika ta' pajjiż terz konċernat rigward l-azzjoni meħuda.

3. Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjonijiet speċjali ta' ċertu ftehim ta' kontroll volontarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 2(2) u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1023/70.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 Lulju 1970.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Scheel

[1] ĠU Nru L 124, 8.6.1970, p. 1.

--------------------------------------------------