SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla)
15 ta’ Mejju 2008 ( *1 )
“Moviment liberu tal-ħaddiema — Diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza — Kategorija ta’ ‘assistenti għalliema ta’ skambju’ — Ex assistenti għalliema ta’ lingwa barranija — Rikonoxximent tad-drittijiet miksuba”
Fil-Kawża C-276/07,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Corte d’appello di Firenze (l-Italja), permezz ta’ Deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Ġunju 2007, fil-proċeduri
Nancy Delay
vs
Università degli studi di Firenze,
Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS),
Repubblica italiana,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),
komposta minn U. Lõhmus, President tal-Awla, J. N. Cunha Rodrigues (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-6 ta’ Marzu 2008,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal N. Delay, minn L. Picotti, avvocato, |
|
— |
għall-Università degli studi di Firenze, minn R. de Angelis u S. de Felice, avvocatesse, |
|
— |
għall-Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), minn L. Maritato, A. Coretti u F. Correra, avvocati, |
|
— |
għar-Repubblica italiana, minn I. M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn E. Traversa u L. Pignataro, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 39 KE. |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn N. Delay minn naħa waħda u l-Università degli studi di Firenze, l-Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) u r-Repubblica italiana min-naħa l-oħra, dwar ir-rikonoxximent tad-drittijiet tagħha miksuba matul l-eżerċizzju tal-kariga ta’ assistent għalliem ta’ skambju (“lettore di scambio”). |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali
|
3 |
Fis-sistema legali Taljana, teżisti kategorija speċifika ta’ għalliema ta’ lingwa materna barranija, imsejħa “assistenti għalliema ta’ skambju”, li tirriżulta mill-ftehim kulturali konklużi bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Taljana, kif ukoll mil-Liġi Nru 62, tal-24 ta’ Frar 1967 (GURI Nru 65, tat-13 ta’ Marzu 1967, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 62/1967”). |
|
4 |
L-Artikolu 24 tal-Liġi Nru 62/1967 jistipula li: “1. Skont ċerti ftehim kulturali, debitament ratifikati, ċittadini barranin jistgħu jingħataw impjiegi annwali, li jistgħu jiġġeddu suċċessivament, b’deroga għad-dispożizzjonijiet tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 13 tal-liġi Nru 349, tat-18 ta’ Marzu 1958 li jikkorrispondu għal karigi ta’ assistenti għalliema permanenti. 2. L-inkarigu jingħata permezz ta’ deċiżjoni tar-rettur, wara deċiżjoni tal-Fakultà u tal-Iskola, fuq proposta tal-professur tal-katedra relevanti li jagħżel minn lista ta’ tliet persuni nominati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini. 3. Id-dokumenti normalment meħtieġa huma sostitwiti minn dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet diplomatiċi kompetenti li jiċċertifikaw li l-persuna magħżula tissodisfa l-kriterji kollha, inkluż il-kwalifiki meħtieġa mill-Università tal-pajjiż tal-oriġini għar-reklutaġġ ta’ assistenti għalliema. 4. Skont ir-regoli previsti fis-subparagrafi preċedenti, dejjem skont il-ftehim kulturali debitament ratifikati, minbarra l-karigi ta’ assistenti għalliema permanenti, jistgħu jingħataw lil ċittadini barranin, bil-kundizzjoni li tingħata l-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Edukazzjoni Pubblika, karigi speċjali ta’ assistenti għalliema ta’ lingwa jew ta’ lingwa u letteratura barranija. […]” |
|
5 |
L-Artikolu 28 tad-digriet tal-President tar-Repubblika Nru 382, tal-11 ta’ Lulju 1980 (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 20, tal-31 ta’ Lulju 1980), jgħid: “Fil-limiti tal-finanzjamenti disponibbli […] jekk ikun meħtieġ sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet reali għall-eżerċizzju tal-lingwa tal-istudenti li jsegwu korsijiet tal-lingwi, ir-retturi jistgħu jirreklutaw, fuq proposta motivata tal-fakultà kkonċernata u permezz ta’ kuntratt irregolat mid-dritt privat, u dan anki jekk ma jkunx hemm ftehim internazzjonali speċifiċi, assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija ta’ kompetenza stabbilita u rikonoxxuta, verifikata mill-fakultà, u f’ammont mhux għola minn assistent għalliem wieħed għal kull 150 student li fil-fatt isegwu l-kors. […] Il-kuntratti previsti fl-ewwel subparagrafu ma jisgħux jiġu pprorogati wara s-sena akkademika li għaliha jkunu ġew stabbiliti u jistgħu jiġġeddu kull sena għal perijodu massimu ta’ ħames snin. […]” |
|
6 |
Wara s-sentenzi tat-30 ta’ Mejju 1989, Allué u Coonan (33/88, Ġabra p. 1591), u tat-2 ta’ Awwissu 1993, Alluè et (C-259/91, C-331/91 u C-332/91, Ġabra p. I-4309), ir-Repubblika Taljana adottat id-Digriet-Leġiżlattiv Nru 120, tal-21 ta’ April 1995, konvertit bil-Liġi Nru 236, tal-21 ta’ Ġunju 1995 (GURI Nru 143, tal-21 ta’ Ġunju 1995, p. 9, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 236/95”), li kellha bħala għan li tirriforma t-tagħlim tal-lingwi barranin fl-Universitajiet Taljani. |
|
7 |
Il-Liġi Nru 236/95 ipprovdiet erba’ regoli essenzjali:
|
|
8 |
Skont l-Artikolu 1(1) tad-Digriet-Leġiżlattiv Nru 2, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jintroduċi dispożizzjonijiet urġenti dwar il-pagi tal-kollaboraturi lingwistiċi f’ċerti universitajiet u dwar l-ekwivalenzi (GURI Nru 11, tal-15 ta’ Jannar 2004, p. 4): “Sabiex tiġi eżegwita s-sentenza [tas-26 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-212/99, Ġabra p. I-4923)] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja […], il-kollaboraturi lingwistiċi, ex assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija tal-Universitajiet ta’ Basilicata, Milan, Palermo, Pisa, ‘La Sapienza’ ta’ Ruma u tal-istitut universitarju orjentali ta’ Napli, […] għandhom jingħataw, proporzjonalment għan-numru ta’ sigħat ta’ xogħol maħduma, fid-dawl tal-fatt li l-ħin totali ta’ xogħol jammonta għal 500 siegħa, paga li tikkorrispondi għal dik ta’ riċerkaturi kkonfermati għal żmien definit b’effett mid-data tal-ewwel reklutaġġ, salv għal pagi eventwali iktar favorevoli; […]” |
|
9 |
Il-Liġi Nru 230, tat-18 ta’ April 1962, li tirregola l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat (GURI Nru 125, tas-17 ta’ Mejju 1962, iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 230/62”), applikabbli għall-ħaddiema kollha nazzjonali li r-relazzjoni tagħhom ta’ xogħol hija rregolata minn kuntratti rregolati mid-dritt privat, tipprovdi fl-Artikolu 2 tagħha li, “jekk ir-relazzjoni ta’ xogħol tkompli wara d-data ta’ skadenza inizjalment stabbilita jew ulterjorment prorogata, il-kuntratt ta’ xogħol huwa kkunsidrat bħala kuntratt għal żmien mhux determinat mid-data meta ġie ffirmat l-ewwel kuntratt”. |
|
10 |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kategorija tal-assistenti għalliema ta’ skambju qatt ma ġiet abrogata. |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
11 |
N. Delay, ċittadina Belġjana, ġiet impjegata bħala assistent għalliem ta’ skambju mill-Università degli studi di Firenze mill-1 ta’ Novembru 1986 sal-31 ta’ Ottubru 1994 fuq il-bażi ta’ kuntratt għal żmien determinat li suċċessivament ġew imġedda. N. Delay l-ewwel ipparteċipat f’kompetizzjoni organizzata mill-Kummissarjat Ġenerali għar-relazzjonijiet Internazzjonali ta’ Brussell għal assistenti għalliema tal-lingwa u tal-letteratura Franċiża. Imbagħad, peress li għaddiet mill-kompetizzjoni, il-curriculum vitæ tagħha ntbagħat lill-imsemmija università, flimkien ma’ l-ismijiet tal-kandidati l-oħra li għaddew mill-kompetizzjoni ġew ittrasferiti, sabiex din tagħżel assistent għalliem ta’ skambju. |
|
12 |
Fil-31 ta’ Ottubru 1994 il-kuntratt tagħha ma ġġeddidx, billi isimha ma deherx iktar fil-lista mogħtija lill-Università degli studi di Firenze mill-awtoritajiet Belġjani. |
|
13 |
Fit-28 ta’ Diċembru 1994, wara xahrejn mingħajr ma eżerċitat ebda attività professjonali, N. Delay ikkonkludiet ma’ din l-istess università kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat irregolat mil-Liġi Nru 236/95 applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1994 għall-kollaboraturi lingwistiċi. |
|
14 |
Minkejja l-ekwivalenza tal-karigi, il-paga ffissata skont is-sistema l-ġdida kienet iktar baxxa minn dik li N. Delay kienet tirċievi qabel. Peress li ma setax jintlaħaq ftehim mal-Università degli studi di Firenze, N. Delay ippreżentat rikors quddiem it-Tribunale di Firenze fil-21 ta’ Lulju 2003 bil-għan, b’mod partikolari, li l-kuntratt tagħha jiġi rrikonoxxut bħala kuntratt għal żmien mhux determinat mill-1 ta’ Novembru 1986, jiġifieri mill-bidu tar-relazzjoni professjonali tagħha mal-Università degli studi di Firenze. N. Delay essenzjalment riedet tibbenefika mis-sistema dwar ir-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mill-ex assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija pprovduta fid-Digriet-Leġiżlattiv Nru 2, tal-14 ta’ Jannar 2004. |
|
15 |
It-Tribunale di Firenze ċaħad it-talba tagħha billi kkunsidra, b’mod partikolari, li l-assistenti għalliema ta’ skambju jikostitwixxu kategorija kompletament distinta minn dik tal-assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija li tibqa’ suġġetta għal leġiżlazzjoni speċjali. |
|
16 |
N. Delay appellat minn din is-sentenza quddiem il-Corte d’appello di Firenze li, billi kkunsidrat li mhuwiex evidenti li l-prinċipji stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2006, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-119/04, Ġabra p. I-6885), ġew irrispettati fil-każ tal-assistenti għalliema ta’ skambju, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti: “L-Artikolu 39 [KE] u l-atti derivati minnu (b’mod partikolari, l-interpretazzjonijiet mogħtija permezz tas-sentenzi [iċċitati] tas-26 ta’ Ġunju 2001, [Il-Kummissjoni vs L-Italja], u tat-18 ta’ Lulju 2006, [Il-Kummissjoni vs L-Italja] jistgħu jiġu interpretati fis-sens li hija leġittima s-sistema applikabbli għall-hekk imsejħa “lettori di scambio” li, filwaqt li diġà jkunu marbuta (skont il-Liġi Nru. 62/1967) b’kuntratt tax-xogħol għal żmien determinat, ma tiġix iggarantita lilhom, fil-mument tas-sostituzzjoni ta’ tali kuntratt ma’ kuntratt għal żmien mhux determinat, iż-żamma tad-drittijiet kollha tagħhom miksuba minnhom mid-data meta ġew impjegati għall-ewwel darba, b’effett mhux biss fuq is-sistema taż-żiediet fil-paga, iżda wkoll fuq l-anzjanità u fuq il-ħlas, min-naħa ta’ min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet soċjali?” |
Fuq id-domanda preliminari
|
17 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq issir taf jekk l-Artikolu 39(2) KE jipprekludix li, fil-kuntest tas-sostituzzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat bħala assistent għalliem ta’ skambju minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat bħala kollaboratur lingwistiku, jiġi rrifjutat fil-konfront ta’ persuna li tinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali r-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mid-data tal-ewwel reklutaġġ tagħha, b’konsegwenzi għal dak li jirrigwarda l-paga, it-teħid in kunsiderazzjoni tal-anzjanità u l-ħlas, minn min iħaddem, ta’ kontribuzzjonijiet għal skema ta’ sigurtà soċjali. |
|
18 |
Għandu jiġi mfakkar li skont l-Artikolu 39(2) KE, il-moviment liberu tal-ħaddiema jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza, bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri, għal dak li jirrigwarda l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol. |
|
19 |
L-osservanza tal-prinċipju tat-trattament ugwali, li l-Artikolu 39 KE huwa espressjoni speċifika tiegħu, teħtieġ li sitwazzjonijiet simili ma jkunux trattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jkunux trattati bl-istess mod, sakemm trattament bħal dan ma jkunx oġġettivament ġustifikat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld, C-303/05, Ġabra p. I-3633, punt 56). |
|
20 |
Il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ trattament diskriminatorju applikat fil-konfront ta’ N. Delay b’hekk teżiġi li jiġi verifikat jekk ħaddiem nazzjonali li jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienx jibbenefika minn rikonoxximent tad-drittijiet tiegħu miksuba wara d-data tal-ewwel reklutaġġ tiegħu. |
|
21 |
Għandu jingħad li, meta ħaddiem nazzjonali li r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu hija rregolata mid-dritt privat jibbenefika, skont il-Liġi Nru 230/62, mill-konverżjoni tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu għal żmien determinat għal kuntratt tax-xogħol għal żmien mhux determinat, id-drittijiet miksuba kollha tiegħu huma ggarantiti mid-data tal-ewwel reklutaġġ tiegħu. Din il-garanzija għandha konsewgenzi mhux biss mill-perspettiva taż-żieda tas-salarju, iżda wkoll fir-rigward tal-anzjanità u l-ħlas, minn min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali. |
|
22 |
Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, il-Liġi Nru 230/62 għandha sservi bħala mezz ta’ paragun sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema applikabbli għall- ex assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija, li jkunu saru kollaboraturi lingwistiċi, hijiex simili għas-sistema ġenerali tal-ħaddiema nazzjonali jew jekk, għall-kuntrarju, tagħtihomx inqas protezzjoni (sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25). |
|
23 |
Jekk il-ħaddiema nazzjonali jibbenefikaw, skont il-Liġi Nru 230/62, mir-rikostruzzjoni tal-karriera tagħhom mill-perspettiva taż-żidiet tas-salarju, tal-anzjanità u tal-ħlas, minn min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali, mid-data tal-ewwel reklutaġġ tagħhom, l-ex assistenti għalliema ta’ lingwa materna barranija, li saru kollaboraturi lingwistiċi, ukoll għandhom jibbenefikaw minn rikostruzzjoni simili b’effett mid-data tal-ewwel reklutaġġ tagħhom (sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30). |
|
24 |
Madankollu għandu jiġi mfakkar li l-applikazzjoni tal-Liġi Nru 230/62 għall-ħaddiema nazzjonali tippresupponi t-tkomplija tar-relazzjonijiet ta’ xogħol bejn minn iħaddem u l-ħaddiema. |
|
25 |
Issa, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kuntratt ta’ xogħol ta’ assistent għalliem ta’ skambju ta’ N. Delay skada fil-31 ta’ Ottubru 1994 u li l-kuntratt tagħha ta’ kollaboratur lingwistiku ġie konkluż biss fit-28 ta’ Diċembru 1994, jiġifieri xahrejn wara. |
|
26 |
Hija l-qorti nazzjonali, li hija l-unika qorti li għandha l-kompetenza biex tevalwa l-fatti u sabiex tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha tistabbilixxi l-eżistenza ta’ rabta ta’ kontinwità bejn il-kariga li N. Delay eżerċitat fi ħdan l-Università degli studi di Firenze bħala assistent għalliem ta’ skambju u dik li din l-università fdatilha bħala kollaboratur lingwistiku. |
|
27 |
L-imsemmija qorti għandha, f’din l-evalwazzjoni, tivverifika, fl-ewwel lok, jekk l-attività professjonali eżerċitata mill-assistenti għalliema ta’ skambju u dik eżerċitata mill-kollaboraturi lingwistiċi għandhomx l-istess kontenut funzjonali fir-rigward, b’mod partikolari, tad-definizzjoni tal-parametri pedagoġiċi tal-korsijiet ta’ taħriġ ta’ lingwi barranin kif ukoll tal-evalwazzjoni tal-konoxxenzi tal-istudenti u, fit-tieni lok, jekk iż-żewġ tipi ta’ karigi in kwistjoni jissodisfawx l-istess ħtiġijiet ta’ tagħlim tal-Universitajiet Taljani. |
|
28 |
Fil-każ li l-qorti tar-rinviju tistabbilixxi li teżisti rabta ta’ kontinwità bejn il-kariga ta’ assistent għalliem ta’ skambju u dik tal-kollaboratur lingwistiku eżerċitata minn N. Delay minkejja l-interruzzjoni temporanja tar-relazzjoni ta’ xogħol ma’ minn iħaddimha, jirriżulta neċessarju li jiġi eżaminat jekk ħaddiem nazzjonali li jkun f’sitwazzjoni simili kienx jibbenefika, skont il-Liġi Nru 230/62, mir-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mid-data tal-ewwel reklutaġġ tiegħu. |
|
29 |
Għal dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, l-effett tal-interruzzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol, għandu jiġi enfasizzat li, fil-punt 28 tas-sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li analiżi ffukata biss fuq is-sustanza u mhux l-aspett proċedurali tas-sistemi legali tippermetti li jiġi stabbilit jekk l-applikazzjoni effettiva tagħhom għal kategoriji differenti ta’ ħaddiema, li jkunu f’sitwazzjonijiet legali simili, twassalx għal sitwazzjonijiet kompatibbli jew, għall-kuntrarju, inkompatibbli mal-prinċipju fundamentali tan-non-diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza. |
|
30 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hi li l-Artikolu 39(2) KE jipprekludi li, fil-kuntest tas-sostituzzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat bħala assistent għalliem ta’ skambju minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat bħala kollaboratur lingwistiku, jiġi rrifjutat fil-konfront ta’ persuna li tinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali r-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mid-data tal-ewwel reklutaġġ tagħha, b’konsegwenzi għal dak li jirrigwarda l-paga, it-teħid in kunsiderazzjoni tal-anzjanità u l-ħlas, minn min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet għal skema ta’ sigurtà soċjali, sakemm ħaddiem nazzjonali f’sitwazzjoni simili kien jibbenefika minn rikonoxximent bħal dan. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. |
Fuq l-ispejjeż
|
31 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 39(2) KE jipprekludi li, fil-kuntest tas-sostituzzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat bħala assistent għalliem ta’ skambju minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat bħala kollaboratur u espert lingwistiku tal-lingwa materna, jiġi rrifjutat fil-konfront ta’ persuna li tinsab fis-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali r-rikonoxximent tad-drittijiet miksuba mid-data tal-ewwel reklutaġġ tagħha, b’konsegwenzi għal dak li jirrigwarda l-paga, it-teħid in kunsiderazzjoni tal-anzjanità u l-ħlas, minn min iħaddem, tal-kontribuzzjonijiet għal skema ta’ sigurtà soċjali, sakemm ħaddiem nazzjonali f’sitwazzjoni simili kien jibbenefika minn rikonoxximent bħal dan. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.