|
26.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 274/2014
tat-12 ta' Diċembru 2014
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2015/2141]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/289/UE tal-15 ta’ Mejju 2014 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi pinoksaden u meptildinokap (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 13zzzzk (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 922/2014) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
|
“13zzzzl. |
32014 D 0289: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/289/UE tal-15 ta’ Mejju 2014 li tippermetti lill-Istati Membri jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi pinoksaden u meptildinokap (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 114).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/289/UE fil-lingwa Iżlandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dak inhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 203/2014 tat-30 ta’ Settembru 2014 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 147, 17.5.2014, p. 114.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.