26.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 176/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9836 — Bunker Holding/OceanConnect Marine)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 176/06)

1.   

Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bunker Holding A/S, (“Bunker Holding”, id-Danimark), parti minn A/S United Shipping & Trading Company li hija finalment proprjetà taċ-ċittadin Daniż, Torben Østergaard-Nielsen,

—

OceanConnect Marine HK Ltd, OceanConnect Marine DMCC, OceanConnect Marine GmbH, u OceanConnect Marine Services LLC (il-“Kumpaniji fil-Mira”), u l-assi relatati man-negozju OceanConnect Marine fil-Korea, Singapor, il-Greċja, ir-Renju Unit, u l-Istati Uniti tal-Amerka (flimkien “OCM”, Singapor), ikkontrollati minn Glencore plc. (“Glencore”).

Bunker Holding (permezz tas-sussidjarji) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OCM kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Bunker Holding: ix-xiri, il-bejgħ u l-provvista ta’ żejt tal-fuel marittimu, żejt tal-gass marittimu, u żewjt tal-lubrifikazzjoni kif ukoll ġestjoni tar-riskju u servizzi assoċjati,

—

OCM: il-kummerċ u s-senserija ta’ fuel marittimu, u t-tħaddim tal-pjattaforma ta’ xiri tal-bunkering online, AuctionConnect.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9836 — Bunker Holding/OceanConnect Marine

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.