|
31.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10870 - CAPVEST / NATRA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 329/04)
1.
Fit-22 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CapVest LLP (“CapVest”, ir-Renju Unit) |
|
— |
Natra S.A.U. (“Natra”, Spanja) |
CapVest se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Natra.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CapVest hija ditta ta’ ekwità privata ta’ nofs is-suq iffukata primarjament fuq l-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ investimenti fl-industriji tal-kura tas-saħħa, il-prodotti mhux dewwiema tal-konsumaturi, it-teknoloġija tal-informazzjoni, il-manifattura, it-telekomunikazzjoni/il-midja/it-teknoloġija, u x-xjenzi tal-ħajja, l-aktar fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq. CapVest tikkontrolla l-kumpaniji Lakeview u Second Nature, żewġ fornituri ta’ deżerti u snacks; |
|
— |
Natra hija kumpanija li tipproduċi u tqassam iċ-ċikkulata u l-ingredjenti tal-kawkaw madwar id-dinja kollha. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10870 – CAPVEST / NATRA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).