9.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 453/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10432 — PTTGC / Allnex)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 453/03)

1.   

Fid-29 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PTT Global Chemical Public Company Limited (“PTTGC”, it-Tajlandja), li tappartjeni għall-grupp PTT Public Company Limited (it-Tajlandja),

—

Allnex Holding GmbH (“Allnex”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Advent International Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka).

PTTGC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Allnex kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PTTGC: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti petrokimiċi u kimiċi għal firxa wiesgħa ta’ klijenti fl-industriji downstream,

—

Allnex: l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-provvista ta’ reżini ta’ kisi industrijali sintetiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10432 — PTTGC / Allnex

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).