Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annulament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja (ĠU L 55, p.6) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża għas-sospensjoni tad-dazji antidumping.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Frar 2008, li tiċħad it-talba ta’ Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) intiża għas-sospensjoni tad-dazji antidumping.
2) Il-Kummissjoni hija ammessa tintervjeni fil-Kawża T‑190/08 insostenn tat-talbiet tal-Kunsill.
3) Ir-Reġistratur għandu jibgħat lill-Kummissjoni kopja tal-atti ta’ proċedura kollha nnotifikati lill-partijiet.
4) Għandu jiġi ffissat terminu sabiex il-Kummissjoni tippreżenta nota ta’ intervent.
5) Id-deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u għal miżuri istruttorji hija rriżervata.
6) CHEMK u KF huma kkundannati għall-ispejjeż li jikkonċernaw l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà. Il-kumplament tal-ispejjeż huma rriżervati.