|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5168 |
23.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12141 — OAKLEY CAPITAL / GA / AT / BREVO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5168)
1.
Fit-8 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Oakley Viking Luxco S.à.r.l. (“Oakley Capital”, Bermuda), ikkontrollata minn Oakley Capital Group Holdings Limited (Bermuda), |
|
— |
General Atlantic Bloom B.V. (“GA”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn General Atlantic Service Company, L.P. (l-Istati Uniti), |
|
— |
Armand Thiberge (“AT”, Franza), u |
|
— |
Eiffel 65 SAS (“Brevo”, Franza). |
Oakley Capital, GA u AT se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Brevo kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Oakley Capital hija ditta ta’ investiment pan-Ewropea iffukata fuq it-tkabbir li tiffoka fuq l-investiment fis-setturi ewlenin tal-konsumaturi diġitali, tat-teknoloġija, tas-servizzi tan-negozju u tal-edukazzjoni, |
|
— |
GA hija kumpanija azzjonarja tal-investiment li hija parti mill-grupp tal-fondi ta’ investiment General Atlantic, li hija ditta ta’ ekwità privata li tipprovdi kapital u appoġġ strateġiku għall-kumpaniji li qed jikbru fis-setturi tal-klima, tal-konsumaturi, tas-servizzi finanzjarji, tal-kura tas-saħħa, tax-xjenzi tal-ħajja, tat-teknoloġija u tal-infrastrutturi sostenibbli, |
|
— |
AT hija individwu privat li jinvesti fis-setturi tal-enerġija, tas-softwer u tad-droni, |
|
— |
Brevo hija kumpanija tas-software li tfassal u tiddistribwixxi “software-as-a-service” li jippermetti lill-utenti jimmaniġjaw l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ bejgħ u ta’ servizzi tagħhom. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12141 — OAKLEY CAPITAL / GA / AT / BREVO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5168/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)