13.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/588

tas-6 ta’ April 2021

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti

(“Stelvio”/“Stilfser” (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Stelvio”/“Stilfser”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1132/2013 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament (4), f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

L-avviż ta’ oppożizzjoni ppreżentat mill-Iżvezja fit-23 ta’ Diċembru 2020 ma kienx segwit minn dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni motivata, għalhekk l-oppożizzjoni tiegħu titqies li ġiet irtirata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Stelvio/Stilfser” (DOP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d’olive de Nîmes (DPO) — Huile d’olive de Corse jew Huile d’olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell’Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trás-os-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)), ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1132/2013 tas-7 ta’ Novembru 2013 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Stelvio/Stilfser (DPO)] (ĠU L 302, 13.11.2013, p. 20).

(4)   ĠU C 317, 25.9.2020, p. 25.