European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6748

19.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12192 - STONEPEAK / REPSOL / OUTPOST SOLAR SELLCO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6748)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Stonepeak Partners LP (flimkien mal-affiljati kollha tagħha, “Stonepeak”, l-Istati Uniti),

—

Repsol Renewables OpCo LLC (“Repsol Renewables”, l-Istati Uniti), ikkontrollata unikament minn Repsol S.A. (“Repsol”, Spanja).

Stonepeak u Repsol Renewables se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Outpost Solar SellCo LLC (l-“impriża konġunta fil-mira”, l-Istati Uniti), ikkontrollata unikament minn Repsol Renewables.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Stonepeak hija ditta ta’ investiment alternattiv globali li tispeċjalizza fl-infrastruttura u fl-assi reali,

—

Repsol Renewables hija sussidjarja ta’ Repsol, kumpanija multinazzjonali Spanjola tal-enerġija u petrokimika li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Madrid, Spanja. Repsol hija integrata vertikalment u topera fl-oqsma kollha tal-industrija taż-żejt u tal-gass, inklużi l-esplorazzjoni u l-produzzjoni, ir-raffinar, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, il-petrokimiċi, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, u l-kummerċ. L-istrateġija tan-negozju ta’ Repsol tinkludi wkoll diviżjoni għall-enerġija rinnovabbli.

3.   

L-impriża konġunta fil-mira tippossjedi u topera l-Outpost Project, proġett ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija solari li jinsab f’Webb County, Texas, l-Istati Uniti.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12192 — STONEPEAK / REPSOL / OUTPOST SOLAR SELLCO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6748/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)