|
2.
|
Jiddeċiedi li l-Kumitat ta' Inkjesta għandu:
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li taġixxi fuq l-evidenza ta' ksur serju u sistematiku tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 li jseħħ meta l-annimali jiġu ttrasportati ħajjin ġewwa l-Unjoni u lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni ġiet infurmata regolarment bil-ksur sistematiku u sever li jseħħ waqt it-trasport tal-annimali ħajjin. Mill-2007, il-Kummissjoni rċeviet madwar 200 rapport dwar ksur tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. Fl-2016, id-ditta legali Conte & Giacomini, f'isem l-Animal Welfare Foundation/Tierschutzbund Zürich (AWF/TSB), ressqet ilment formali quddiem il-Kummissjoni dwar il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 waqt it-trasport tal-annimali mill-Ewropa lejn it-Turkija bit-triq (4), u talbet lill-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri involuti fi prattiki illegali,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni ta' spazju u dwar l-ispazju għar-ras stabbiliti fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punt (g), ta’ u fil-Kapitolu II, punt 1.2, il-Kapitolu III, punt 2.3, u l-Kapitolu VII tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-mezzi ta' trasport bit-triq u ta' bastimenti għat-trasport tal-bhejjem, stabbiliti fl-Artikoli 7, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar it-tisqija u t-tagħlif fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punt (h), ta’, u fil-Kapitolu V, punt 1.4, punt 1.5 u punt 2.1 (a) u (b), u fil-Kapitolu VI, punti 1.3 u 2.2 tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar il-materjal ta' friex stabbiliti fil-Kapitolu II, punt 1.1 (h) u punt 1.5, u fil-Kapitolu VI, punt 1.2, tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar it-temperatura u s-sistema ta' ventilazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu II, punt 1.1(b), fil-Kapitolu III, punt 2.6, u fil-Kapitolu VI, punt 3.1, tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, il-projbizzjoni tat-trasport ta' annimali li ma jkunux f'saħħithom prevista fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punt (b), ta’, u fil-Kapitolu I tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni ta' ċerti annimali stabbiliti fil-Kapitolu III, punt 1.12, tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar vjaġġi fuq distanza twila stabbiliti fl-Artikolu 14 ta’, u fil-Kapitolu VI tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu stabbiliti fl-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li, f'każ ta' ksur, jieħdu miżuri speċifiċi u jinnotifikaw il-ksur, stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar l-obbligu tal-awtorità kompetenti li tipprevjeni u tnaqqas id-dewmien waqt it-trasport, u l-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f'dan il-każ, stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport ta' annimali mhux miftuma, stabbiliti fil-Kapitolu V, punt 1.4(a), tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasport ta' annimali ħajjin bil-baħar, inklużi l-prattiki ta' tagħbija u l-istrutturi fuq il-bastimenti, stabbiliti fl-Artikoli 19, 20 u 21 ta’, u fil-Kapitolu II, punti 1 u 3, il-Kapitolu III, punt 1, u l-Kapitolu IV tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar il-mezzi ta' trasport stabbiliti fil-Kapitolu II, punti 1, 2 u 5, tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġar tal-annimali, inklużi l-operazzjonijiet ta' tagħbija u ta' ħatt stabbiliti fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu, punt (e), ta’, u fil-Kapitolu III, punti 1.2, 1.3, 1.4, 1.6, 1.7, 1.8, 1.9, u 1.11 tal-Anness I, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar tar-rotta u r-reġistru tal-vjaġġ stabbiliti fl-Artikolu 5(4), l-Artikolu 8, l-Artikolu 14(1), punti (a), (b) u (c), u l-Artikolu 21(2) ta’, u fl-Anness II, għar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'’mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, id-dispożizzjonijiet dwar id-dmirijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 10 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tinforza b'mod effettiv, u tal-Istati Membri li jimplimentaw u jinfurzaw b'mod effettiv, ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 barra l-Unjoni, f'konformità mas-sentenza tat-23 ta' April 2015 tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) fil-Kawża C-424/13; fis-sentenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li r-Regolament (KE) Nru 1/2005 jimponi obbligi serji mhux biss fuq it-trasport ta' annimali vertebrati ħajjin li jsir kollu kemm hu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll fuq operazzjonijiet ta' trasport li jkollhom il-punt tat-tluq tagħhom f'dak it-territorju u d-destinazzjoni tagħhom f'pajjiż terz. Fl-istess sentenza l-Qorti ddeċidiet li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità meta jawtorizzaw vjaġġi li jsiru f'pajjiżi terzi,
|
|
—
|
jinvestiga nuqqasijiet potenzjali ta' osservanza tad-dmir ta' kooperazzjoni sinċiera stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li huma rilevanti għall-kamp ta' applikazzjoni tal-inkjesta; għal dak l-għan, jivvaluta, b'mod partikolari, jekk kwalunkwe nuqqas ta' osservanza bħal dan jistax jirriżulta mill-allegat nuqqas li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat l-operat ta' mezzi ta' trasport b'tali mod li l-identità tas-sidien benefiċjarji tinħeba mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti, u intermedjarji oħrajn, u jiġi ffaċilitat il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1/2005,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-missjoni tal-OIE li timplimenta standards internazzjonali għall-benesseri tal-annimali waqt it-trasport,
|
|
—
|
jinvestiga l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tirrispetta l-valuri kummerċjali tal-Unjoni stipulati fl-istrateġija kummerċjali l-ġdida tal-UE “Kummerċ għal Kulħadd”, speċjalment b'rabta mal-prattiki orribbli ta' trasport iddokumentati f'pajjiżi terzi, li huma kritiċi mhux biss mill-perspettiva tal-benesseri tal-annimali, iżda anke f'termini ta' sigurtà tal-ikel u saħħa pubblika,
|
|
—
|
jagħmel kull rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa f'din il-kwistjoni, inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija hawn fuq;
|
|